Navigation path

Left navigation

Additional tools

Finanzjament ġdid mill-Kummissjoni ta' EUR 34.8 miljun għal soluzzjonijiet ambjentali fis-suq

European Commission - IP/13/443   17/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-17 ta' Mejju 2013

Finanzjament ġdid mill-Kummissjoni ta' EUR 34.8 miljun għal soluzzjonijiet ambjentali fis-suq

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet sejħa għal proposti ta' EUR 31.5 miljun għall-aħjar 45 proġett ta' ekoinnovazzjoni. Il-kumpaniji madwar l-Ewropa għandhom żmien sal-5 ta' Settembru 2013 biex jagħmlu l-proposti tagħhom biex iwasslu soluzzjonijiet ambjentali ġodda fis-suq fil-5 oqsma li ġejjin:

  1. ir-riċiklagg tal-materjal

  2. l-ilma

  3. il-prodotti sostenibbli tal-bini

  4. in-negozju ekoloġiku

  5. il-qasam tal-ikel u x-xorb

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Janez Potočnik, qal: "L-ekoinnovazzjoni mhix sempliċiment speċjalizzazzjoni tan-negozji ekoloġiċi. Il-kompetittività tal-Ewropa fl-għoxrin sena li jmiss se tiddependi fuq il-kapaċità tagħha li tegħleb ir-restrizzjonijiet imposti mir-riżorsi. Se jkunu n-negozji ekoinnovattivi li jagħmlu possibbli din it-trasformazzjoni għall-ekonomija kollha. B'mod speċjali jiena nħeġġeġ lill-Intrapriżi Żgħar u Medji biex japplikaw għall-finanzjament u jgħinu lill-Ewropa tkompli tibni fuq l-avvanzi li għamlet f'setturi bħalma huma dawk tal-ilma u tal-ġestjoni tal-iskart."

Is-sejħa se tkun għal 45 proġett

Primarjament, is-sejħa hija mmirata għan-negozji privati, l-aktar għall-SMEs li żviluppaw prodott, proċess jew servizz ekoloġiku innovattiv, iżda li qed isibuha diffiċli biex joħorġuh fis-suq. Is-sejħa toffri kofinanzjament li jkopri sa 50% tal-ispejjeż tal-proġett, u din is-sena hija mistennija tappoġġja madwar 45 proġett ġdid.

Bħalissa hemm 185 proġett għaddej

Kważi 50 proġett minn dawk tas-sejħa tas-sena l-oħra jinsabu lesti għat-tnedija, filwaqt li diġà qed jitwettqu aktar minn 185 proġett. Eżempji tal-iskemi kurrenti jinkludu: it-titjib tat-teknoloġija biex il-briks użat jerġa' jintuża fl-industrija tal-bini; il-produzzjoni ta' żraben tal-ġilda li ma jkunx fihom kimiki dannużi; l-użu tad-diossidu tal-karbonju (CO2) bħala sors naturali tal-Omega-3; u teknika ġdida għall-manifattura tat-twapet.

Il-Kuntest

L-inizjattiva Ekoinnovazzjoni hija ffinanzjata permezz tal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u għandha baġit ta' madwar EUR 200 miljun għall-perjodu mill-2008 sal-2013. Din tappoġġja prodotti pprovati teknoloġikament li jgħinu biex l-Ewropa tuża aħjar ir-riżorsi naturali tagħha. L-Ekoinnovazzjoni hija qasam ekoloġiku tal-Programm Qafas u tikkontribwixxi għall-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni (EcoAP) Il-programm tmexxih l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

Is-sejħa għall-proposti tal-2013 se tibqa' miftuha sal-5 ta' Settembru. Fis-27 ta' Mejju, fil-Binja Charlemagne fi Brussell, il-Belġju, se jiġi ċċelebrat Jum Ewropew tal-Informazzjoni dwar l-Ekoinnovazzjoni, u matulu se tingħata informazzjoni dettaljata dwar il-prijoritajiet u jingħataw pariri dwar kif wieħed għandu jagħmel biex japplika għall-finanzjament.

Ħoloq:

L-inizjattiva tal-ekoinnovazzjoni CIP: http://ec.europa.eu/environment/eco-innovation/

Sejħa għall-Proposti tal-Ekoinnovazzjoni 2013: http://ec.europa.eu/environment/eco-innovation/apply-funds/call-proposal/index_en.htm

Segwina fuq Twitter: @EU_ecoinno

Eżempji ta' proġetti kkwotati fl-istqarrija għall-istampa:

  1. It-titjib tat-teknoloġija biex il-briks użat jerġa' jintuża fl-industrija tal-bini: REBRICK –http://www.gamlemursten.dk/uk

  2. Il-produzzjoni ta' żraben tal-ġilda li ma jkunx fihom kimiki dannużi: TiLeather project -http://www.tileather.eu/default.aspx

  3. L-użu tad-diossidu tal-karbonju (CO2) bħala sors naturali tal-Omega-3: Phobior project - http://www.ecoduna.com/projects/demo-plant-austria-phobior/

  4. Teknika ġdida għall-manifattura tat-twapet: EuroC2C Carpetchain Project - http://www.desso.com/Desso/EN/EN-Cradle_to_Cradle/EU_Eco-Innovation_Project.html

Kuntatti:

Joe Hennon (+32 2 295 35 93)

Monica Westeren (+32 2 299 18 30)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website