Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-17 ta' Mejju 2013

Il-Kummissjoni tħabbar l-possibbiltà ta' miżuri kontra l-Gżejjer Faeroe fuq is-sajd għall-aringi

Il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat lill-awtoritajiet tas-sajd tal-Gżejjer Faeroe bl-intenzjoni tagħha li tadotta miżuri li jappoġġaw is-sostenibbiltà tas-sajd għall-aringi kondiviż mal-Gżejjer Faeroe. Din in-notifika hija pass preliminari li għandha l-għan li tagħti l-opportunità ta' smiegħ minn qabel lill-Gżejjer Faeroe. Il-miżuri jistgħu jinkludu restrizzjonijiet fl-importazzjonijiet tal-aringi u speċijiet assoċjati mistada b’interessi tal-Gżejjer Faeroe u restrizzjonijiet fuq l-aċċess tal-bastimenti tal-Gżejjer Faeroe fil-portijiet tal-UE ħlief għal raġunijiet ta’ sikurezza.

L-istokk tal-aringa Atlantika-Skandinava qed jiġi mistad min-Norveġja, il-Federazzjoni Russa, l-Islanda, il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni Ewropea b’miżuri ta’ ġestjoni stabbiliti b'mod komuni permezz ta’ konsultazzjoni fost dawn il-pajjiżi. Il-Gżejjer Faeroe rtiraw mill-konsultazzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-istokk għall-2013 u ħabbru li kienu se jistabbilixxu kwota awtonoma fil-livell ta' 145% ogħla mill-kwota tagħhom tal-2012. Dan sar f'kuntest li fih il-partijiet l-oħra kollha tas-sajd kienu qablu li jnaqqsu l-kwoti tagħhom b’26% għal raġunijiet ta’ konservazzjoni.

Permezz ta' din l-azzjoni, is-sostenibbiltà tal-istokk hija prekarja ħafna u l-possibbiltajiet ta’ rkupru tagħha naqsu bil-bosta. Din l-azzjoni tal-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura s-sostenibbiltà biex jiġi evitat kollass tal-istokk li jkun ifisser li ħafna sajjieda u l-familji tagħhom jitilfu l-għajxien tagħhom. Din l-azzjoni hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012, li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri kontra pajjiżi li jonqsu milli jikkooperaw mal-UE fil-ġestjoni tal-istokkijiet ta’ interess komuni u jadottaw miżuri ta’ ġestjoni li jpoġġu l-istokkijiet tal-ħut f’riskju.

Il-Gżejjer Faeroe huma territorju awtoregolatorju fi ħdan it-territorju Daniż u mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea.

Kuntatti:

Oliver Drewes (+32 2 299 24 21)

Lone Mikkelsen (+32 2 296 05 67)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website