Navigation path

Left navigation

Additional tools

"L-aqwa sebgħa" films tal-MEDIA jikkompetu għall-Palme d'Or

European Commission - IP/13/424   15/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell/Cannes, il-15 ta’ Mejju 2013

"L-aqwa sebgħa" films tal-MEDIA jikkompetu għall-Palme d'Or

Tlettax-il film appoġġjati mill-programm MEDIA tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċinema se jintwerew fuq l-iskrin il-kbir fis-66 Festival Internazzjonali tal-Films ta' Cannes (mill-15 sas-26 ta' Mejju), b'seba' films minnhom jikkompetu għall-premju prestiġjuż tal-Palme d'Or (ara l-Anness 1). Fosthom hemm il-film Le Passé ta' Asghar Farhadi, li s-sena l-oħra rebaħ il-Prix MEDIA tal-Unjoni Ewropea għall-aqwa proġett ta' film ġdid. Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, se tippreżenta l-Prix MEDIA tal-UE għall-2013 lid-direttur Daniż Thomas Vinterberg, waqt il-"European Rendezvous" li se jsir il-Ħadd 19 ta' Mejju (ara IP/13/419).

"Ninsab ferħana li films Ewropej magħżulin għall-finanzjament mill-programm MEDIA jinsabu mill-ġdid fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-Festival tal-Films ta' Cannes. Il-programm MEDIA jaħdem favur industrija Ewropea tal-films b'saħħitha, u favur id-diversità kulturali. MEDIA se jkompli jirfed lill-awturi tal-films bl-akbar talent, bħala parti mill-programm il-ġdid "Ewropa Kreattiva". Il-films tagħna għandhom rekord tajjeb ħafna fil-kompetizzjoni ta' Cannes, u ninsab ċerta li din is-sena ma tkunx eċċezzjoni," qalet Androulla Vassiliou.

Minbarra s-seba' films li qegħdin jikkompetu bħala parti mis-Selezzjoni Uffiċjali, hemm erba' films tal-MEDIA fil-Ħmistax tad-Diretturi (Quinzaine des réalisateurs), film fl-avveniment Un Certain Regard, u film fi La Semaine de la Critique, programazzjoni bl-għan li tiskopri talenti ġodda (ara l-Anness 1). Disgħa mill-aħħar 12-il rebbieħ tal-Palme d'Or irċevew appoġġ mingħand il-programm MEDIA, inkluż, is-sena l-oħra, il-film Amour ta' Michael Haneke (ara l-Anness 2).

Sfond

Mill-1991 'l hawn, il-programm MEDIA (akronimu għal "Mesures pour encourager le développement de l´industrie audiovisuelle" - Miżuri għat-tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-industrija awdjoviżiva) investa EUR 1.6 biljun fl-iżvilupp, id-distribuzzjoni, u l-innovazzjoni tal-films u t-taħriġ fihom, bil-għan li jżid id-diversità u l-kompetittività internazzjonali tal-industrija awdjoviżiva u ċinematografika Ewropea.

Fil-qafas tal-programm MEDIA għall-perjodu 2007-2013, ġew investiti EUR 755 miljun fil-ħolqien ta' films Ewropej. Madwar nofs dan il-baġit jiġi allokat lid-distributuri li juru films minn barra pajjiżhom; 20% mill-baġit jintuża għall-iżvilupp ta' proġetti ta' films ġodda; u l-bqija jappoġġja l-kummerċjalizzazzjoni u t-taħriġ. Il-kumpaniji ta' produzzjoni magħżulin għall-finanzjament mill-MEDIA jirċievu sussidju medju ta' EUR 50 000.

European Rendezvous f'Cannes

Il-European Rendezvous ta' kull sena f'Cannes se jsir fid-19 u l-20 ta' Mejju. Ir-Rendezvous huwa l-avveniment ewlieni marbut mal-programm MEDIA, u opportunità biex il-Kummissarju Vassiliou tiltaqa' mal-professjonisti u l-fassala tal-politika tal-films. Il-Kummissarju se tindirizza seminar dwar it-tisħiħ tal-eċċezzjoni kulturali, organizzat mill-Istitut Nazzjonali tal-Films ta' Franza (CNC, centre national du cinéma et de l'image animée), l-20 ta' Mejju fl-10 ta' filgħodu, u wara dan se ssir laqgħa ta' diskussjoni mal-Kummissjoni Ewropea dwar iċ-ċinema u forom oħra ta' arti (10:30 - nofsinhar).

Ewropa Kreattiva - il-programm MEDIA fil-futur

Is-sena 2014 se tkun il-bidu ta' epoka ġdida għall-MEDIA, bħala parti mill-programm "Ewropa Kreattiva". Il-programm il-ġdid se jkompli jipprovdi għotjiet għall-appoġġ tal-iżvilupp u d-distribuzzjoni tal-films u t-taħriġ fihom, u se jvara fond ġdid ta' garanziji tas-self immirat li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament lis-setturi kulturali u kreattivi. L-Ewropea Kreattiva mistennija li jkollha baġit globali ta' madwar EUR 1.3 biljun għall-perjodu 2014-2020, b'żieda ta' kważi 9% meta mqabbel mal-programmi MEDIA u Kultura eżistenti.

Għal aktar tagħrif

Il-Kummissjoni Ewropea: MEDIA Programme

The Cannes International Film Festival

Il-websajt ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Pierre Laporte / Laurent Jourdren

+331 45 23 14 14 / +336 42 82 15 33 / +336 21 04 45 79

info@pierre-laporte.com; Laurent@pierre-laporte.com

ANNESS 1: Films b'appoġġ tal-MEDIA magħżulin għal Cannes 2013

Għażla Uffiċjali

Titlu tal-film, direttur u pajjiż ta' produzzjoni Iċ-ċifri huma l-ammont ta' fondi MEDIA li rċevew sal-lum.

Michel Kohlhaas - Arnaud Des Pallieres (Franza / il-Ġermanja)

Appoġġ tal-MEDIA: € 57 000

Le Passé (Il-Passat) - Asghar Farhadi (Franza)

Appoġġ tal-MEDIA: € 110 000

Jeune et Jolie (Żagħżugħa u Sabiħa) - François Ozon (Franza)

Appoġġ tal-MEDIA: € 52 000

La Grande Bellezza - Paolo Sorrentino (l-Italja / Franza)

Appoġġ tal-MEDIA: 75 000

Borgman - Alex van Warmerdam (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Appoġġ tal-MEDIA: € 44 000

Only God Forgives - Nicolas Winding Refn (id-Danimarka)

Appoġġ tal-MEDIA: € 60 000

Only Lovers Left Alive - Jim Jarmusch (ir-Renju Unit)

Appoġġ tal-MEDIA: € 106 000

Un Certain Regard 

L'image Manquante (Ix-xbieha nieqsa) - Rithy Panh (Franza)

Appoġġ tal-MEDIA: € 60 000

Quinzaine des Réalisateurs

The Congress - Ari Folman (l-Iżrael / il-Ġermanja / il-Polonja / Franza / il-Lussemburgu / il-Belġju)

Appoġġ tal-MEDIA: € 232 500

Henri - Yolande Moreau (Franza / il-Belġju)

Appoġġ tal-MEDIA: € 110 000

Last Days on Mars - Ruairi Robinson (ir-Renju Unit /Irlanda)

Appoġġ tal-MEDIA: € 50 000

Tip Top - Serge Bozon (Franza / il-Belġju / il-Lussemburgu)

Appoġġ tal-MEDIA: € 90 000

Semaine de la Critique

Salvo - Fabio Grassadonia u Antonio Piazza (l-Italja / Franza)

Appoġġ tal-MEDIA: € 112 000

Anness 2: Films b'appoġġ tal-MEDIA li rċevew il-Palme d'Or

2012: Amour - Michael Haneke (l-Awstrija / Franza)

2009: Das Weisse Band (Iż-Żigarella l-Bajda) – Michael Haneke (l-Awstrija  /il-Ġermanja)

2008: Entre Les Murs (Bejn il-Ħitan) Laurent Cantet (Franza)

2007: 4 Months, 3 Weeks and 2 Days Christian Mungiu (Romania)

2006: The Wind That Shakes The Barley - Ken Loach (ir-Renju Unit)

2005: L'Enfant (It-Tifel) - Jean-Pierre u Luc Dardenne (il-Belġju)

2002: The Pianist - Roman Polanski (Franza / il-Ġermanja / il-Polonja / ir-Renju Unit)

2001: La Stanza Del Figlio - Nanni Moretti (l-Italja)

2000: Dancer in the Dark - Lars Von Trier (id-Danimarka)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website