Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Azzjoni Klimatika: Il-Kummissjoni tagħti bidu għal dibattitu pubbliku fl-Ewropa ta' Isfel u tal-Lvant

Commission Européenne - IP/13/418   14/05/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-14 ta' Mejju 2013

Azzjoni Klimatika: Il-Kummissjoni tagħti bidu għal dibattitu pubbliku fl-Ewropa ta' Isfel u tal-Lvant

Il-Kummissarju Ewropew għall-Azzjoni Klimatika Connie Hedegaard qed tniedi sensiela ta’ avvenimenti pubbliċi biex tinvolvi liċ-ċittadini Ewropej jipparteċipaw fid-dibattitu dwar it-tibdil fil-klima u biex tinkoraġġixxi azzjoni individwali fil-ġlieda kontra dan it-tibdil

Tul ix-xahrejn li ġejjin, il-Kummissarju Hedegaard se torganizza sensiela ta’ djalogi maċ-ċittadini, kumpaniji u awtoritajiet f’ħames pajjiżi fil-Lvant u l-Ewropa t'Isfel dwar kif għandha 'dwar kif l-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima għandha ssir waħda aktar mgħaġġla-.

Il-pajjiżi koperti mill-inizjattiva huma il-Portugall u l-Italja għan-Nofsinhar tal-Ewropa u l-Polonja, il-Bulgarija u l-Litwanja fl-Ewropa tal-Lvant. Karatteristika komuni għal dawn il-pajjiżi kollha hija li t-tħassib pubbliku dwar it-tibdil fil-klima qed jiżdied, u li l-potenzjal biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta’ sforzi personali huwa ogħla minn dak f’pajjiżi Ewropej oħra. Stħarriġ tal-opinjoni tal-Ewrobarometru1 juri li l-Polonja, il-Bulgarija, il-Litwanja u l-Italja għandhom potenzjal kbir li jgħollu l-livell ta’ azzjoni personali fil-konfront tat-tibdil fil-klima.

"Iva, bl-għażliet personali tagħna, kull wieħed u waħda minna jista’ jagħmel differenza fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Nixtieq li nisma' liċ-ċittadini u magħhom niddiskutu x’nistgħu nagħmlu bħala individwi biex naġixxu kontra t-tibdil fil-klima. Li nixtru prodotti bit-tikketti lokali jew prodotti tal-enerġija, li nużaw ir-rota jew li nevitaw li naħlu l-enerġija huma xi eżempji ta’ drawwiet faċli biex wieħed jagħmilhom . X’qed iżommna lura milli nagħmlu dawk l-affarijiet li huma, evidentement idea tajba? Nistenna b'ħerqa l-kontribut tiegħek matul dawn id-djalogi" qalet Connie Hedegaard.

Id-djalogi huma parti mill-kampanja pan-Ewropea tal-Kummissjoni ta’ sensibilizzazzjoni pubblika Dinja li togħġbok bi klima li togħġbok. Din il-kampanja hija bbażata fuq il-potenzjal vast u li s'issa għadu ma ġiex esplorat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 permezz ta’ tibdil fl-imġiba. Skont riċerka mwettqa għall-Kummissjoni, l-UE tista’ tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b'8-9 fil-mija sal-2020 — jiġifieri li huwa daqs nofs l-emissjonijiet annwali tal-Polonja fl-2010 — jekk l-Ewropej kollha jadottaw dieta tajba u ibiddlu d-drawwiet tagħhom f’oqsma bħat-trasport u t-tisħin.

Il-midja soċjali u diskussjonijiet wiċċ imb'wiċċ

Id-djalogi se jkunu mfassla fuq is-suċċess tad-dibattitu Viżjonijiet għal dinja li togħġbok, nieda l-kampanja fl-Londra u Madrid. Bil-parteċipazzjoni tas-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit Edward Davey kif ukoll ta' Colin Firth, rebbieħ ta' Academy Award fl-avveniment ta' Londra, il-Ministru tal-Ambjent, l-Ikel u l-Agrikoltura Spanjol Arias Cañete u l-attur Sergio Peris Mencheta, rebbieħ ta' diversi premjijiet, f'Madrid, dawn il-konferenzi ġabru flimkien mijiet ta' ċittadini u rappreżentanti mis-soċjetà ċivili, id-dinja akkademika u dik ekonomika biex tkun definita viżjoni pożittiva u komuni għal soċjetà nadifa, intelliġenti u kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Il-ħames avvenimenti nazzjonali li ġejjin se jvarjaw fit-tema imma kollha se jikkombinaw flimkien dibattitu bejn il-pubbliku, il-politiċi u s-settur privat b’xi elementi divertenti bħal fashion show ta' ħwejjeġ sostenibbli, mawra ċiklistika, wirjiet tar-ritratti u wirjiet artistiċi ta' stejjer ta' suċċess tal-karbonju baxx. Fost l-imsieħba tal-kampanja, li huma aktar minn 160, bosta huma dawk li se jappoġġjaw u jkunu involuti direttament fl-attivitajiet.

Qabel kull avveniment, il-pubbliku ġenerali se jkollu l-opportunità li jikkontribwixxi fid-dibattitu u jitkellem onlajn mal-Kummissarju permezz ta' Twitter jew Facebook.

Dati:

Is-17 ta’ Mejju, Varsavja (il-Polonja): Viżjonijiet għal dinja li togħġbok: Tqiegħed l-ekonomija Pollakka fuq it-triq tal-emissjonijiet baxxi

It-22 ta’ Mejju, Vilnjus (il-Litwanja): Viżjonijiet għal dinja li togħġbok: Naqqas l-iskart. Naqqas l-emissjonijiet. Naqqas l-ispejjeż.

It-28 ta’ Mejju, Sofija (il-Bulgarija): Viżjonijiet għal dinja li togħġbok: Tinbena soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fil-Bulgarija

6 ta’ Ġunju, Lisbona (il-Portugall): Viżjonijiet għal dinja li togħġbok: Nersqu lejn futur fejn nagħmlu inqas ħsara lill-klima

7 ta’ Ġunju, Milan (l-Italja): Viżjonijiet għal dinja li togħġbok: Kif nistgħu nagħmlu l-konsum tagħna iktar sostenibbli?

Id-dettalji sħaħ tal-programmi u l-postijiet fejn se jsiru l-avvenimenti dalwaqt se jkunu disponibbli fuq http://world-you-like.europa.eu/mt/avvenimenti/

Informazzjoni dwar il-kampanja:

Sa mit-tnedija tagħha f’Ottubru 2012, il-kampanja Dinja li togħġbok. Bi klima li togħġbok attirat aktar minn 22,000 segwaċi fuq il-midja soċjali u aktar minn 160 imsieħba uffiċjali inklużi awtoritajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet mhux governattivi, universitajiet u negozji. L-għan tal-kampanja huwa li tagħti soluzzjonijiet kosteffiċjenti li jeżistu biex sal-2050 tintlaħaq il-mira tal-UE ta' tnaqqis ta' 80-95 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kif ukoll li tħeġġeġ soluzzjonijiet ġodda.

Għal aktar informazzjoni, żur il-websajt tal-kampanja u l-mezzi tal-midja soċjali fuq:

http://world-you-like.europa.eu/mt/

https://www.facebook.com/EUClimateAction

https://twitter.com/EUClimateAction (#worldulike)

Kuntatti :

Isaac Valero Ladron (+32 2 296 49 71)

Stephanie Rhomberg (+32 2 298 72 78)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site