Navigation path

Left navigation

Additional tools

Iċ-ċittadinanza tal-UE: Il-Kummissjoni tipproponi 12-il azzjoni ġdida biex jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini

European Commission - IP/13/410   08/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-8 ta' Mejju 2013

Iċ-ċittadinanza tal-UE: Il-Kummissjoni tipproponi 12-il azzjoni ġdida biex jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini

Il-Kummissjoni Ewropea llum ħabbret sforz ġdid biex issaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE b’serje ta’ azzjonijiet biex jingħelbu l-ostakoli li ċ-ċittadini għadhom jaffaċċjaw fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Ir-rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE jistabbilixxi 12-il mod konkret li jgħinu l-Ewropej jagħmlu użu aħjar mid-drittijiet tagħhom tal-UE, minn tfittix għal xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE sal-iżgurar ta' iktar parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Il-proposti ewlenin jinkludu li jsir aktar faċli biex in-nies jaħdmu u jwettqu taħriġ f’pajjiż ieħor tal-UE; titnaqqas il-burokrazija għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu u jivvjaġġaw fl-UE; u jitneħħew l-ostakli għax-xiri transfruntier. Matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE huwa t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-bosta sejħiet minn ċittadini tal-UE li qasmu l-problemi li esperjenzaw meta kienu qed jivvjaġġaw, sejrin lejn jew qed jixtru minn pajjiż ieħor tal-UE.

Iċ-ċittadinanza hija l-perla tal-integrazzjoni Ewropea. Din hija għall-Unjoni Politika dak li l-ewro huwa għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja tagħna. Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-lum ipoġġi liċ-ċittadini tal-UE fiċ-ċentru," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinaznza. "Sa minn meta ddaħħlet fit-Trattati fl-1993, iċ-ċittadinanza tal-UE baqgħet tevolvi - iżda għandha mhijiex matura: in-nies għadhom jaffaċċaw ostakli fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fil-ħajja ta' kuljum. Nirċievu aktar minn miljun mistoqsija kull sena mingħand iċ-ċittadini dwar kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tagħhom. Għalhekk illum qegħdin nieħdu azzjoni biex insaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini fis-sitwazzjonijiet ta' kuljum, bħal tfittix għal xogħol, xiri onlajn jew sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropej."

Għoxrin sena wara li t-Trattat ta’ Maastricht stabbilixxa d-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE, dawn id-drittijiet mhux dejjem huma realtà fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. Dan ġie kkonfermat miċ-ċittadini tal-UE f’konsultazzjoni pubblika wiesgħa dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE(IP/12/461) fejn 12,000 ċittadin tal-UE taw eżempji ta’ ostakli burokratiċi li għadhom iħabbtu wiċċhom magħhom bħal pereżempju meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment ħieles. Stħarriġ tal-Eurobarometer dwar iċ-ċittadinanza (IP/13/119) u d-drittijiet elettorali (IP/13/215), serje ta' djalogi diretti maċ-Ċittadini ma' politiċi nazzjonali u Ewropej kif ukoll għadd kbir ta' mistoqsijiet mingħand il-pubbliku dwar id-drittijiet tal-UE li jaslu permezz tas-servizz Europe Direct jikkonfermaw li hemm bżonn isir iżjed. Il-Kummissjoni qiegħda tirrispondi għal dawn il-preokkupazzjonijiet.

Fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran, ostakli għaċ-ċittadini li jridu jfittxu impjiegi kwalifikati f’pajjiżi oħra tal-UE jew li jiskoraġġixxuhom milli jixtru oġġetti fis-suq intern, jeħtieġ li jiġu indirizzati. Dan huwa aktar u aktar rilevanti hekk kif l-UE qed tersaq lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina b'unjoni politika fuq ix-xefaq.

Ir-Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE ħabbar 12-il azzjoni ġdida f’sitt oqsma li jsaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini (ara l-Anness għal-lista sħiħa tat-12-il azzjoni):

  1. Tneħħija tal-ostakli għal ħaddiema, studenti u apprendisti fl-UE

  1. billi jiġi kkunsidrat li jiġi estiż d-dritt ta’ min ikun qed ifittex xogħol li jirċievi benefiċċji tal-qgħad minn pajjiżu filwaqt li jkun qiegħed ifittex impjieg fi Stat Membru ieħor tal-UE lil hinn mit-tliet xhur mandatorji attwali sabiex tiżdied il-mobilità tal-ħaddiema; kif ukoll

  2. billi jiġi stabbilit qafas ta’ kwalità għall-apprendistati li jispeċifika d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet b'mod li jiġi żgurat li l-iskemi tal-apprendistati ma jintużawx bħala forma ta’ “xogħol bla ħlas”

  1. It-tnaqqis tal-burokrazija żejda fl-Istati Membri

  1. permezz tal-faċilitazzjoni tal-aċċettazzjoni tad-dokumenti tal-identità u tar-residenza meta ċ-ċittadini jkunu jridu jivvjaġġaw jew ikollhom jagħtu prova tal-identità tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE, inkluż permezz ta' dokumenti Ewropej uniformi fakultattivi li ċ-ċittadini jistgħu jużaw fil-pajjiżi kollha tal-UE; kif ukoll

  2. billi jsir aktar faċli li ċ-ċertifikati dwar l-affidabbiltà stradali tal-karozzi jiġu rikonoxxuti b’mod transfruntier fl-UE

  1. Jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli fl-UE

  1. billi tiġi żviluppata karta tad-diżabbiltà tal-UE li għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament fl-UE kollha u b'hekk tiżgura li 80 miljun persuna b’diżabbiltà jkunu wkoll jistgħu jieħdu vantaġġ mill-benefiċċji li jagħtu l-karti nazzjonali (pereżempju aċċess għal trasport, turiżmu, kultura u divertiment) meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu; kif ukoll

  2. bil-proposta ta' sett ta’ liġijiet biex ikomplu jissaħħu d-drittijiet proċedurali taċ-ċittadini, speċjalment dawk tat-tfal u ċ-ċittadini vulnerabbli, meta jkunu suspettati jew akkużati b’reat

  1. Eliminazzjoni tal-ostakli għax-xiri fl-UE

  1. billi jittejbu r-regoli biex jissolva t-tilwim transfruntier fuq ammonti żgħar meta jixtraw prodotti onlajn jew f’pajjiż ieħor tal-UE; il-proċedura Ewropea għat-Talbiet Żgħar tista’ tgħin lill-konsumaturi jieħdu flushom lura malajr; kif ukoll

  2. billi jsir xogħol fuq għodda onlajn li tagħmel ix-xiri ta’ prodotti diġitali aktar trasparenti u li tippermetti liċ-ċittadini jqabblu l-okkażjonijiet ta' negozju b'mod transfruntier

  1. Il-promozzjoni tad-disponibilità ta’ informazzjoni mmirata u aċċessibbli dwar l-UE

  1. billi għodod ta’ taħriġ-e jsiru disponibbli għall-amministrazzjonijiet lokali u l-forniment ta’ informazzjoni dwar għand min iridu jirrikorru biex isolvu u l-problemi tagħhom.

  1. Tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess demokratiku

  1. permezz ta' ħidma biex iċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jżommu d-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Il-prassi f’xi Stati Membri li jċaħħdu liċ-ċittadini tagħhom mid-dritt tagħhom għall-vot ladarba jmorru f'pajjiż ieħor tal-UE effettivament tfisser li ċ-ċittadini jiġu kkastigati talli eżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment ħieles.

Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE jifforma ċ-ċentru tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 kif ukoll jagħti rendikont tal-progress mill-ewwel Rapport dwar iċ-Ċittadinanza fl-2010 (ara IP/10/1390 u MEMO/10/525) - bil-Kummissjoni tagħti riżultati fuq l-ewwel 25 punt ta' azzjoni mħabbra f'Ottubru 2010.

L-inizjattiva qed isseħħ hekk kif il-Kummissjoni qed tadotta l-aħħar rapport dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (ara IP/13/411 u MEMO/13/411), inklużi d-drittijiet taċ-ċittadini bħad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Hija wkoll akkumpanjata b'rapport li jħares lejn il-progress li sar lejn ċittadinanza tal-UE aktar effettiva, track-record ta’ infurzar ta' drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, bħall-moviment ħieles, drittijiet politiċi u protezzjoni konsulari u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ nazzjonalità.

Sfond

Iċ-ċittadini tal-UE għadhom jaffaċċaw ostakli fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment ħieles. Il-Kummissjoni qed tisma' dan it-tħassib u qed taġixxi biex issaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini. Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2013 wasal fil-waqt opportun matul id-dibattitu dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea. Integrazzjoni aktar profonda għandha timxi id f’id ma’ leġittimità demokratika akbar.

Flimkien mar-rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza, il-Kummissjoni qiegħda wkoll tqis ir-riżultati milħuqa reċentement u identifikat l-ostakli li għadhom jipprevjenu liċ-ċittadini milli jagħmlu użu sħiħ mid-drittijiet tagħhom.

L-ewwel Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE ġie adottat fl-2010 b'lista ta' 25 azzjoni li jindirizzaw il-problemi li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini tal-UE meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Minn dakinhar 'il hawn, il-Kummissjoni kienet qed taħdem biex iżżomm il-wegħdiet li għamlet permezz ta':

  • It-tisħiħ tad-drittijiet ta' madwar 75 miljun vittma tal-kriminalità fis-sena fl-UE kollha (IP/11/585);

  • It-tneħħija tal-burokrazija żejda għal 3.5 miljun ruħ li jirreġistraw karozza fi Stat Membru ieħor tal-UE fis-sena, li tirriżulta fi ffrankar ta' EUR 1.5 biljun (IP/12/349);

  • Il-projbizzjoni ta' imposti żejda fuq il-karti tal-kreditu u ta' kaxxi mmarkati minn qabel għal dawk li jixtru onlajn (MEMO/11/675);

  • It-tisħiħ tad-drittijiet għal smigħ ġust għaċ-ċittadini kollha tal-UE, li se japplika fil-każ ta' madwar tmien miljun proċedura kriminali fis-sena (IP/12/430, IP/10/1305);

  • L-iċċarar tad-drittijiet għall-proprjetà għas-16-il miljun koppja internazzjonali li hawn fl-Ewropa (IP/11/320).

Għal aktar informazzjoni

MEMO/13/409

Pakkett għall-ġurnalisti:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/citizen/news/130508_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea – Iċ-Ċittadinanza tal-UE

http://ec.europa.eu/justice/citizen/index_mt.htm

2013 Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini:

http://europa.eu/citizens-2013/mt/home

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi-President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESS : Tnax-il azzjoni ewlenija ġdida biex titjieb il-ħajja taċ-ċittadini tal-UE


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website