Navigation path

Left navigation

Additional tools

Min-nefqa intiża għall-PAK, il-Kummissjoni se tirkupra EUR 230 miljun mingħand l-Istati Membri

European Commission - IP/13/389   02/05/2013

Other available languages: EN FR DE ES NL PT EL CS HU LT PL SK SL

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-2 ta' Mejju 2013

Min-nefqa intiża għall-PAK, il-Kummissjoni se tirkupra EUR 230 miljun mingħand l-Istati Membri

Illum il-Kumissjoni Ewropea qed titlob lura total ta' EUR 230 miljun mill-fondi tal-politika agrikola minfuqa mill-Istati Membri skont l-hekk imsejħa skont l-hekk imsejħa proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Madankollu, peress li wħud minn dawn l-ammonti diġà ġew irkuprati mill-Istati Membri, l-impatt finanzjarju tad-deċiżjoni tal-lum se jkun madwar EUR 227 miljun. Dawn il-flus se jerġgħu jidħlu fil-baġit tal-UE minħabba li ma kinux ġew rispettati r-regoli tal-UE jew minħabba li l-proċeduri ta' kontroll tan-nefqa agrikola ma kinux adegwati. Skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-Istati Membri huma responsabbli għall-ħlasijiet u biex jiċċekkjaw l-infiq, u l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-Istati Membri jkunu għamlu użu tajjeb mill-fondi.

Korrezzjonijiet finanzjarji ewlenin

Skont din l-aħħar deċiżjoni, se jkunu rkuprati l-fondi minn 14-il Stat Membru: il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit. Il-korrezzjonijiet individwali l-iktar sinifikanti huma:

  • EUR 83.6 miljun li jridu jitħallsu mill-Greċja minħabba tnaqqis irregolari fil-ġabra minima ta’ għeneb imnixxef;

  • EUR 79.9 miljun li jridu jitħallsu mill-Polonja minħabba nuqqasijiet fil-mod kif ġiet iċċekkjata l-applikazzjoni inizjali u fl-approvazzjoni tal-pjan tal-kummerċ fir-rigward tal-miżura tal-farms dwar is-semisussistenza;

  • EUR 24.0 miljun (impatt finanzjarju1: EUR 23.9 miljun) li jridu jitħallsu mill-Greċja minħabba nuqqasijiet fir-reġistru tal-annimali u fl-ispezzjonijiet fuq il-post b'rabta mal-primjums għall-annimali;

  • EUR 10.3 miljun li jridu jitħallsu mir-Renju Unit minħabba nuqqasijiet fl-identifikazzjoni ta' annimali u ta' kontrolli għal għarrieda għal primjums tal-annimali.

Sfond

L-Istati Membri huma responsabbli għall-immaniġġjar tal-parti l-kbira tal-pagamenti tal-PAK, speċjalment permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom. Huma inkarigati wkoll mill-kontrolli, pereżempju mill-verifika tat-talbiet tal-bdiewa għall-pagamenti diretti. Il-Kummissjoni twettaq aktar minn 100 awditu kull sena, b'mod li tivverifika li l-kontrolli tal-Istati Membri u r-rispons għan-nuqqasijiet ikunu kif jixraq, u għandha s-setgħa li titlob lura l-fondi bl-arretrati jekk l-awditi jkunu jixhdu li l-immaniġġjar u l-kontrolli tal-Istati Membri mhumiex tajbin biżżejjed biex jiggarantixxu li l-fondi tal-UE jkunu ntefqu kif suppost.

Għal tagħrif dettaljat dwar kif taħdem is-sistema tal-approvazzjoni tal-kontijiet annwali, ara l-MEMO/12/109 u l-iskeda informattiva “Nimmaniġġjaw il-baġit tal-agrikoltura b’mod għaqli", li ssibha hawn: http://ec.europa.eu/agriculture/fin/clearance/factsheet_en.pdf.

It-tabelli mehmużin hawn taħt (fl-Annessi I u II) jagħtu d-dettalji dwar il-korrezzjonijiet individwali, skont l-Istat Membru u skont is-settur.

Kuntatti:

Fanny Dabertrand (+32 2 299 06 25)

Roger Waite (+32 2 296 14 04)

Anness I: Approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR

Deċiżjoni Nru 41: Korrezzjonijiet mill-Istati Membri (f'miljuni ta’ EUR)

Settur li fih qed issir il-korrezzjoni u r-raġuni għaliha

Ammont ta' korrezzjoni

Ammont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni2

Il-Belġju

 

Korrezzjonijiet oħra — korrezzjoni proposta minħabba li nqabżu l-limiti

0.595

0.595

Ir-Repubblika Ċeka

 

Korrezzjonijiet oħra — korrezzjoni proposta minħabba li nqabżu l-limiti

0.027

0.027

Il-Ġermanja

 

L-iżvilupp rurali — korrezzjoni proposta minħabba li ma ġewx ivverifikati l-pakketti kollha fir-rigward tal-miżura agroambjentali

0.340

0.340

Korrezzjonijiet oħra — korrezzjoni proposta minħabba żbalji misjuba matul l-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet tal-2009

0.935

0.935

Spanja

 

Primjums għall-bhejjem — korrezzjoni proposta minħabba rata insuffiċjenti ta' spezzjonijiet fuq il-post għall-bovini u l-ovini u għall-applikazzjoni ħażina tas-sanzjonijiet

0.196

0.196

Kundizzjonalità — korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fis-sistema tas-sanzjonijiet, minħabba kundizzjoni agrikola u ambjentali (GAEC) nieqsa u minħabba 2 rekwiżiti statutorji tal-immaniġġjar (SMR) li kienu koperti biss parzjalment

0.991

0.990

Ir-Renju Unit

Primjum għall-annimali — korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fl-identifikazzjoni tal-annimali bl-immaniġġjar tat-tags biss; minħabba nuqqas ta’ reazzjoni f’termini ta’ żieda fin-numru ta’ spezzjonijiet fuq il-post; ħafna drabi ż-żjarat fuq il-post tħabbru aktar minn 48 siegħa qabel

10.348

10.348

L-Iżvilupp Rurali – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fil-firxa koperta mill-ispezzjonijiet fuq il-post, fil-mod kif saru l-ispezzjonijiet u fl-analiżi tar-riskju

1.930

0.001

Korrezzjonijiet oħra – korrezzjoni proposta minħabba ħlasijiet tard u minħabba li nqabeż il-limitu

0.322

-0.277

Il-Ġreċja

 

Frott u ħaxix – korrezzjoni proposta minħabba tnaqqis irregolari fil-ġabra minima ta’ għeneb imnixxef

83.613

83.613

Primjums għall-bhejjem – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post u fid-dewmien biex isiru aġġornamenti tad-dejtabejż tal-I&R għall-bovini

9.403

8.900

Primjums għall-bhejjem – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fir-reġistru tal-annimali u fl-ispezzjonijiet fuq il-post għall-ovini

23.956

23.883

L-Iżvilupp Rurali – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

6.175

6.175

Korrezzjonijiet oħrajn – rimbors riżultat tas-sentenza li nqatgħet fil-kawża T-158/09

0.821

0.821

L-Ungerija

 

Korrezzjonijiet oħra – korrezzjoni proposta minħabba li nqabeż il-limitu

0.001

0.000

L-Irlanda

 

Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta minħabba 2 GAECs neqsin u minħabba applikazzjoni ħażina tas-sanzjonijiet

1.899

1.899

Il-Litwanja

L-Iżvilupp Rurali – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

3.449

3.449

Malta

Għajnuna fiż-Żona – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fil-mod kif jiġu stabbiliti d-drittijiet tal-ħlas

0.092

0.091

Il-Polonja

L-Iżvilupp Rurali - korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fil-verifika tal-applikazzjoni inizjali u fl-approvazzjoni tal-pjan tal-kummerċ fir-rigward tal-miżura tal-farms dwar is-semisussistenza

79.903

79.903

L-Iżvilupp Rurali – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fis-sistema ta’ sanzjonijiet u minħabba li ma ġewx ivverifikati l-pakketti kollha fir-rigward tal-miżura agroambjentali

1.922

1.922

Korrezzjonijiet oħra – korrezzjoni proposta minħabba żbalji misjuba matul l-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet tal-2010

0.680

0.680

Il-Portugall

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u OKS taz-zokkor – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fl-għażla tad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-verifiki fiżiċi

0.031

0.031

Is-Slovenja

L-iżvilupp rurali – korrezzjoni proposta minħabba nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi tal-miżura dwar l-Iżvantaġġi Naturali

0.554

0.554

Is-Slovakkja

L-iżvilupp rurali – korrezzjoni proposta minħabba li ma ġiex ikkalkolat tajjeb iż-żmien għall-ispezzjonijiet fuq il-post u minħabba li l-kontrolli fil-verifika tal-bhejjem fir-rigward tal-miżura agroambjentali ma ġewx ikkonfermati aktar minn darba

1.139

1.139

L-iżvilupp rurali – nuqqas ta’ verifika dwar l-istandards minimi marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali

0.401

0.401

Korrezzjonijiet oħra – korrezzjoni proposta minħabba żball misjub fil-kontijiet tal-FAEŻR matul l-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet tal-2010

1.764

1.764

TOTAL

229.844

226.738

Anness II: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR

Deċiżjoni Nru 41: Korrezzjonijiet skont is-Settur (f'miljuni ta’ EUR)

Is-settur

Ammont ta' korrezzjoni

Ammont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni3

 

 

 

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

0.031

0.031

 

Frott u Ħaxix

83.613

83.613

 

Primjums għall-bhejjem

43.903

43.327

Għajnuna fiż-żona

0.092

0.091

Kundizzjonalità

2.890

2.890

Żvilupp rurali

95.812

93.884

Korrezzjonijiet oħra

3.503

2.903

 

 

 

TOTAL

229.844

226.739

1 :

L-impatt finanzjarju huwa aktar baxx minħabba l-ammonti li diġà ġew irkuprati mill-Istat Membru jew li diġà ta lura.

2 :

L-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni qed iqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà ġew irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea

3 :

L-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni qed iqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà ġew irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website