Navigation path

Left navigation

Additional tools

Qabel Jum l-Ewropa: Il-Kummissjoni Ewropea tiftaħ il-bibien tagħha u tiżvela ċ-ċentru tal-viżitaturi mtejjeb

European Commission - IP/13/386   03/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-3 ta' Mejju 2013

Qabel Jum l-Ewropa: Il-Kummissjoni Ewropea tiftaħ il-bibien tagħha u tiżvela ċ-ċentru tal-viżitaturi mtejjeb

Id-9 ta’ Mejju huwa Jum l-Ewropa. Għaċ-ċittadini, dan għandu jkun aktar minn sempliċiment ġurnata ta' ċelebrazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni flimkien ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-EU, se jkunu qegħdin jiftħu l-bibien tagħhom għaċ-ċittadini, saħansitra mis-Sibt, 4 ta’ Mejju Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda taħdem mal-'Iris Festival' ta' Brussell fejn it-toroq tal-Kapitali Ewropea se jingħataw il-ħajja permezz ta' kunċerti u divertiment fit-toroq nhar il-Ħadd 5 ta' Mejju. Fl-4 ta’ Mejju, il-Viċi President Reding u l-Viċi President Maroš Šefčovič se jinawguraw ukoll iċ-Ċentru tal-Viżitaturi mtejjeb tal-Kummissjoni Ewropea li ġie rilokat sabiex ikunu eqreb lejn is-sedi tal-istituzzjonijiet.

Kif jaħdem dan kollu? Min jiddeċiedi? X’inhuma l-passi li jmiss? Dawn huma kollha domandi li n-nies qed jistaqsu dwar l-Ewropa. Dan huwa ċ-ċans tiegħek biex tieħu tweġiba: jekk qatt xtaqt tagħti ħarsa wara l-kwinti lejn kif jitfasslu l-politiki Ewropej u min ifassalhom, ejja ngħaqad magħna fil-ġranet miftuħin tal-istituzzjonijiet Ewropej jew għaddi saċ-Ċentru tal-Viżitaturi mmodernizzat tal-Kummissjoni. Tista’ wkoll tingħaqad f'wieħed mid-Djalogi taċ-Ċittadini li jien u l-Kummissarji sħabi qed norganizzaw f’kull pajjiż tal-UE,” qalet il-Viċi President Reding, responsabbli għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. “Ninsab ħerqana li nara folla kbira ta' nies interessati fl-Ewropa — u fil-ġejjieni tagħhom.”

Il-Viċi President Maroš Šefčovič qal: "Jum l-Ewropa huwa dejjem mument tajjeb għaċ-ċittadini biex isiru jafu aktar dwar dak li nagħmlu aħna. U din is-sena, għamilniha faċli aktar minn qatt qabel, grazzi għaċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Dan huwa l-vetrina tagħna għal dawk kollha li jixtiequ jitgħallmu dwar l-avventura l-kbira tal-integrazzjoni Ewropea.”

l-4 ta’ Mejju 2013

Fl-4 ta’ Mejju, il-Kummissjoni Ewropea se tkun qiegħda tiftaħ il-bibien tagħha. Iċ-ċittadini se jkunu jistgħu jidħlu wara l-kwinti fil-bini Berlaymont – il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni fejn is-27 Kummissarju jwettqu l-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Għadd ta’ attivitajiet u wirjiet se jkunu qegħdin jagħtu l-opportunità liċ-ċittadini li jitgħallmu aktar dwar x’inhi l-Unjoni Ewropea u kif din tolqot il-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

In-naħa l-oħra tat-triq, fil-11:15 il-Viċi President Reding u l-Viċi President Maroš Šefčovič se jkunu qed jinawguraw iċ-Ċentru tal-Viżitaturi mtejjeb li mbagħad se jinfetaħ għall-pubbliku fis-14:00. Qabel, iċ-Ċentru kien jinstab f’Rue van Maerlant u issa ġie rilokat fil-bini Charlemagne, 170 Rue de la Loi (maġenb il-kwartieri ta’ Berlaymont), fil-qalba tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE. Fiċ-Ċentru mtejjeb, il-viżitaturi se jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda mal-mejda fejn il-Kulleġġ tal-Kummissarji kien jiltaqa', jieħdu ritratti mal-Kummissarji u jmorru lura fl-istorja Ewropea permezz ta' touch screens interattivi.

Fl-istess ħin, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Belġju se tospita sensiela ta’ dibattiti maċ-ċittadini f’lokalitajiet differenti (bħal le Cercle des voyageurs, les Halles de Schaerbeek, le café C'est bon c'est belge, les Brigittines), dwar ix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea.

Matul is-sena 2013, il-Viċi-President Reding u l-Kummissarji sħabha kienu qed jingħaqdu mal-politikanti lokali u nazzjonali biex joħolqu dibattiti maċ-ċittadini madwar l-Ewropa kollha – biex jisimgħuhom u jwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom Il-Viċi President Viviane Reding, se ttella' dibattitu fi Brussell, fl-4 ta’ Mejju, flimkien ma' aktar minn 300 ċittadin dwar l-aspettativi tagħhom għall-ġejjieni tal-Ewropa. Biex tieħu sehem, inkiteb fuq: www.eu4be.eu/

il-5 ta’ Mejju 2013

Fl-4 u fil-5 ta’ Mejju 2013, ir-reġjun tal-Kapitali-Brussell se jiċċelebra wkoll Jum l-Ewropa, bit-tema "Brussell u l-Ewropa". Fil-5 ta’ Mejju, bejn 12:00 u 18:00, "Village of Europe" se jiftaħ il-bibien tiegħu ħdejn l-Istazzjon Ċentrali ta' Brussell (Carrefour de l’Europe).

Sfond

Minn mindu ddaħħlet iċ-ċittadinanza tal-UE 20 sena ilu, kienu ħafna l-kisbiet: Stħarrig tal-UE li ghadu kif ġie ppubblikat juri li llum 63% taċ-ċittadini jħossuhom “Ewropej”.

Madwar l-UE, iċ-ċittadini qegħdin jużaw id-drittijiet tagħhom kuljum. L-ewropej qed jibbenefikaw minn aktar protezzjoni fuq xirjiet transkonfinali, kura garantita fi Stati Membri oħra tal-UE permezz tal-Kard Ewropea tas-Saħħa u tariffi irħas tar-roaming, kollox bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Imma n-nies mhumiex dejjem konxji ta' dawn id-drittijiet.

Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea nediet is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (IP/13/2), sena dedikata għaċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom. Matul is-sena, il-membri tal-Kummissjoni se joħolqu dibattiti maċ-ċittadini dwar l-aspetttattivi tagħhom għall-futur waqt id-Djalogi taċ-Ċittadini (laqgħat fis-swali ċentrali tal-ibliet) mal-UE kollha.

Sadattant, il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem ukoll biex tneħħi dawk l-ostakoli li jiffrustraw liċ-ċittadini. Fit-8 ta’ Mejju, il-Kummissjoni se tippubblika t-tieni rapport tagħha dwar iċ-ċittadinanza tal-UE, li ser jevalwa dak li b’mod konkret inkiseb mis-sena 2010 s'issa sabiex jittejbu d-drittijiet taċ-ċittadini, u se tippreżenta 12-il azzjoni konkreta ġdida biex tindirizza l-problemi li ċ-ċittadini tal-UE għadhom qed iħabbtu wiċċhom magħhom - minn tiftix għax-xogħol f’pajjiżi oħra tal-UE għal protezzjoni legali aħjar kull meta jinsabu f’pajjiż ieħor tal-UE.

Għal aktar informazzjoni

Jum Bibien Miftuħa

Imla l-programm tal-Kummissjoni:

http://ec.europa.eu/belgium/events/euopendoors/index_en.htm

Il-Programm tad-Dibattiti fi Brussell:

http://ec.europa.eu/belgium/events/euopendoors/index_en.htm

Il-programm tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE:

http://europa.eu/opendoors

Mistoqsijiet? Uża l-hashtag ta' Twitter #euopendoors

Djalogi taċ-ċittadini

La tentation/Centro Galego de Bruxelas - 28, Rue de Laeken - 1000 Bruxelles Id-dibattitu jibda fis-14:30, sal-16:00 (ftuħ fis-13:45)

Id-dħul huwa b’xejn, fuq reġistrazzjoni: http://www.eu4be.eu/

Mhux se tkun tista' tiġi? Ingħaqad fid-diskussjoni: fuq Facebook http://www.facebook.com/ECrepBE u fuq twitter @EU4BE #EUdeb8

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website