Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentanta Għolja tal-UE Catherine Ashton dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Svizzeru li jagħmel restrizzjonijiet kwantitattivi għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE fl-Isvizzera

Commission Européenne - IP/13/370   24/04/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-24 ta’ April 2013

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentanta Għolja tal-UE Catherine Ashton dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Svizzeru li jagħmel restrizzjonijiet kwantitattivi għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE fl-Isvizzera

Catherin Ashton, ir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-Viċi President tal-Kummissjoni, illum ħarġet din id-dikjarazzjoni:

Jiddispjaċini li l-Gvern Svizzeru ddeċieda li jkompli għaddej bil-limitazzjonijiet kwantitattivi li ġew adottati s-sena l-oħra għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE li huma ċittadini ta’ tmien Stati Membri u li jestendi tali restrizzjonijiet għal ċittadini tal-Istati Membri l-oħra.

Il-Ftehim jippermetti li l-klawsola tiġi invokata għaċ-ċittadini mill-25 Stat Membru * din is-sena għall-aħħar darba, sakemm in-numru ta’ permessi ta’ residenza maħruġa f’dawn l-aħħar snin għaċ-ċittadini ta’ dawn il-25 Stat Membru flimkien ikun laħaq il-limitu. Il-miżuri adottati llum mill-Gvern Svizzeru jmorru kontra l-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni billi jagħmlu differenza bejn gruppi ta’ Stati Membri.

L-UE tagħti importanza kbira lill-moviment liberu tal-persuni fi ħdan il-kuntest ġenerali tar-relazzjonijiet tagħha mal-Isvizzera. Dawn il-miżuri jinjoraw il-benefiċċji kbar li l-moviment liberu tal-persuni jġib liċ-ċittadini kemm tal-Isvizzera kif ukoll tal-UE. Jiddispjaċini li l-Gvern Svizzeru ddeċieda li jwarrab l-approċċ li segwa fl-2008 u fl-2009 meta l-klawżola ta’ salvagwardja ma ġietx invokata minkejja l-possibilità offruta mill-Ftehim.

*Ħlief għall-Bulgarija u r-Rumanija, li għadhom għaddejjin minn perjodu ta’ transizzjoni.

Kuntatti:

Sebastien Brabant (+32 2 298 64 33)

Maja Kocijancic (+32 2 298 65 70)

Michael Mann (+32 2 299 97 80)

Eamonn Prendergast (+32 2 299 88 51)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site