Chemin de navigation
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea Stqarrija għall-istampa Brussell, 24 ta' April 2013 L-internet fuq it-TV, it-TV fuq l-Internet: Il-Kummissjoni qed tilqa’ l-opinjonijiet dwar id-dinja awdjoviżiva li qed tikkonverġi b’pass mgħaġġel. Miljuni ta’ Ewropej ilaħħqu mas-sensiela tat-TV favorita tagħhom fuq is-smartphone huma u sejrin ix-xogħol, jaraw materjal onlajn fuq it-TV tas-salott, jew itellgħu materjal tagħhom onlajn iġġenerat mill-utent stess. Hemm aktar minn 40.4 miljun ta’ “settijiet tat-TV konnessi” fl-Ewropa, u sal-2016 il-maġġoranza tal-unitajiet domestiċi tal-UE x’aktarx li jkollhom dan is-servizz. Il-konfini tradizzjonali bejn il-konsumaturi, il-mezzi tax-xandir u l-internet qed jispiċċaw minħabba dawn il-bidliet. Il-Kummissjoni tixtieq tesplora x’tista’ tfisser din il-konverġenza tat-teknoloġija u l-kontenut għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni tal-Ewropa, id-diversità kulturali, u l-konsumaturi (speċjalment dawk li jistgħu jeħtieġu l-protezzjoni, bħat-tfal.) Neelie Kroes, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea qalet: “It-TV konness hija l-akbar invenzjoni li jmiss fid-dinja kreattiva u diġitali. Il-konverġenza bejn is-setturi tfisser li n-nies jistgħu jgawdu minn firxa usa’ ta’ kontenut tajjeb ħafna — iżda toħloq ukoll tfixkil u sfidi. Għandna bżonn ta’ dibattitu li jwassal lejn direzzjoni waħda mal-UE kollha biex nindirizzaw dawn il-bidliet. Biex tikber l-intrapriża, titqanqal il-kreattività u l-valuri tagħna jkunu protetti”. Green Paper adottata mill-Kummissjoni llum tistieden lill-partijiet interessati u l-pubbliku inġenerali biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom minn issa sal-aħħar ta’ Awwissu 2013, fuq kwistjonijiet bħal:
Din ir-realtà l-ġdida diġà qed tiġi diskussa f’diversi pajjiżi tal-UE u fil-Parlament Ewropew. Hemm fehmiet differenti dwar kif għandha tkun ir-reazzjoni. Xi partijiet interessati qed jitolbu tibdil immedjat fir-regoli u r-regolamenti; oħrajn għadhom sodisfatti bl-istatus quo għalissa, filwaqt li oħrajn jixtiequ l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni. Il-Green Paper ma tippresupponix azzjoni, iżda bħala segwitu, il-Kummissjoni tista’ tesplora reazzjonijiet regolatorji u ta’ politika, fosthom l-awtoregolamentazzjoni. Sfond Il-konverġenza ilha għaddejja għal ħafna snin, u qed iżżid fir-ritmu. Hija tiftaħ l-opportunitajiet:
Il-leġiżlazzjoni Ewropea li tista' tiġi affettwata mis-segwitu għal din il-Green Paper hija prinċipalment id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Medja Awdjoviżiva (AVMSD) (2010/13/UE) li għandha l-għan li tiżgura Suq Uniku u ċertezza legali għall-industrija tat-TV u dik awdjoviżiva tal-Ewropa, billi toħloq opportunitajiet indaqs għax-xandir u l-medja awdjoviżiva fuq talba. Hekk kif il-konverġenza tas-servizzi onlajn qiegħda tavvanza, il-Green Paper qed tistaqsi jekk l-approċċ attwali hux se jkun ukoll xieraq fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni reċentament nediet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi marbuta mal-libertà tal-medja u l-pluraliżmu, u b’mod partikolari dwar l-indipendenza tal-korpi regolatorji awdjoviżivi (ara IP/13/267). Ħoloq utli MEMO/13/371 Mistoqsijiet Magħmula ta' Spiss Emajl (CNECT-CONVERGENCE-AV@ec.europa.eu) għall-kontributi dwar il-Green Paper dwar it-Tħejjija għal Dinja Awdjoviżiva b'Konverġenża Totali : Tkabbir, Ħolqien u Valuri Direttiva dwar is-Servizzi tal-Medja Awdjoviżiva Hash tags: #connectedTV; #convergence Segwi lil Neelie fuq Twitter Connected TV- The Clikker Family and Neelie connect
|
Side Bar