Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-11 ta’ April 2013

Progress fit-trattament tat-tluq bikri mill-iskola u ż-żieda fil-kisba tal-edukazzjoni għolja — iżda l-irġiel jibqgħu lura

Il-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE għamlu progress fil-miri għall-edukazzjoni tal-Ewropa 2020 biex titnaqqas ir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola għal taħt l-10 % u jiżdied l-għadd taż-żgħażagħ bi kwalifiki fl-edukazzjoni għolja (terzjarja jew ekwivalenti) għal aktar minn 40 % sal-2020, skont ċifri ġodda għall-2012 maħruġa mill-Eurostat. Madankollu, għad hemm disparitajiet kbar bejn l-Istati Membri u bejn l-irġiel u n-nisa. L-għadd taż-żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola issa jammonta għal 12.8% bħala medja fl-UE, li juri tnaqqis minn 13.5 % fl-2011. Fl-2012, 35.8% ta’ dawk bejn it-30 u l-34 sena fl-UE kienu temmew l-edukazzjoni terzjarja, meta mqabbel mal-34.6 % fis-sena ta’ qabel.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ qalet: “Il-progress biex jintlaħqu l-miri tagħna fl-edukazzjoni huwa messaġġ pożittiv fi żmien ta’ inċertezza ekonomika. L-impjiegi tal-ġejjieni se jirrikjedu kwalifiki ogħla u dawn iċ-ċifri juru li aktar żgħażagħ huma determinati li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Qed naraw ukoll li l-isforzi biex jittejbu s-sistemi edukattivi tal-Ewropa u biex tiżdied l-aċċessibilità, qed jagħtu l-frott. Inħeġġeġ lill-Istati Membri biex isostnu dawn l-isforzi sabiex nilħqu l-miri tagħna tal-2020; Dan hu veru speċjalment għall-pajjiżi li ma għamlux progress jew li l-prestazzjoni tagħhom kienet agħar minn dik tas-sena ta’ qabel. Nistedinhom iżidu l-isforzi tagħhom u jsegwu ħafna eżempji ta’ prattiki tajba.”

Tnax-il Stat Membru (l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvezja) issa għandhom ir-rati tat-tluq bikri mill-iskejjel taħt l-10 % tal-mira tal-UE, bl-Irlanda tilħaq dan il-livell għall-ewwel darba. Spanja (24.9%), Malta (22.6%) u l-Portugall (20.8%) għandhom l-ogħla rati ta’ tluq bikri mill-iskola, iżda għamlu progress meta mqabbla mal-2011. Il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja u r-Renju Unit naqqsu t-tluq bikri mill-iskola b’mill-inqas punt wieħed perċentwali, iżda r-rata żdiedet fil-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Lussemburgu, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvezja.

Fl-2012, l-għadd ta’ dawk bejn it-30 u l-34 sena b’lawrja ta’ edukazzjoni għolja kien ogħla mill-mira tal-Ewropa 2020 ta’ 40 % fi tnax-il Stat Membru (il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit). Is-sena d-dieħla, is-Slovenja u l-Polonja se jaqbżu l-40 %. Il-proporzjon ta żgħażagħ bi kwalifika ta edukazzjoni għolja għadu baxx fl-Italja (21.7%), is-Slovakkja (23.7%), ir-Rumanija (21.8%), Malta (22.4%), ir-Repubblika Ċeka (25.6%) u

l-Portugall (27.2%). Ir-rati diġà baxxi ta’ kisbiet fl-edukazzjoni terzjarja fil-Bulgarija (26.9%) naqsu kemxejn fl-2012 u dan iqajjem tħassib.

B’mod ġenerali, il-bniet għandhom it-tendenza li jmorru aħjar: ir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola fost il-bniet hija 24 % inqas minn dik tas-subien. Id-disparità hija l-akbar f’Ċipru (+58%), il-Latvja (+57%), il-Lussemburgu (+57%), u l-Polonja (+55%), fejn ir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola hija aktar mid-doppju għas-subien minn dik tal-bniet. Hemm ukoll probabbiltà aktar ta' 27% li n-nisa jkunu lestew l-edukazzjoni għolja. Il-qasma bejn is-sessi hija l-akbar fil-Latvja (+85%), fl-Estonja (+79%), fis-Slovenja (+ 68%) u fil-Bulgarija (+ 67%).

Kuntest

Iċ-ċifri nġabru mill-Eurostat bħala parti mill-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol tal-UE, li jipprovdi dejta dwar il-qagħda fis-suq tax-xogħol tal-UE u x-xejriet tiegħu, inklużi l-parteċipazzjoni u s-suċċess fl-edukazzjoni u t-t-taħriġ.

Ir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola hija definita bħala l-proporzjon tal-popolazzjoni bl-età ta’ bejn it-18 u l-24 sena li jkollhom biss edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew inqas u ma għadhomx jieħdu sehem f’xi edukazzjoni jew taħriġ. Il-kisbiet fl-edukazzjoni (terzjarja) għolja huma kkalkulati bħala l-għadd tal-popolazzjoni bl-età ta’ bejn it-30 u l-34 sena li jkunu temmew l-edukazzjoni terzjarja (jew ekwivalenti).

Il-passi li jmiss

Fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ Frar 2013, l-Istati Membri qablu li jiffokaw fuq it-titjib tal-prestazzjoni ta’ żgħażagħ f’riskju għoli ta’ tluq bikri mill-iskola u b’ħiliet bażiċi baxxi. Dan jista jinkiseb, pereżempju, permezz ta sejbien bikri fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva u billi jingħata appoġġ individwali.

Ix-xahar id-dieħel, il-Kummissjoni Ewropea se tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jinkisbu il-miri intestati fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir għall-impjiegi. Il-Kummissjoni għandha mnejn tipproponi wkoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż.

Il-Kummissjoni se tirrapporta wkoll dwar l-aħħar żviluppi dwar it-tluq bikri mill-iskola u l-kisba tal-edukazzjoni terzjarja fil-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ li jmiss (il-ħarifa 2013).

Għal aktar informazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea: Early school leaving

Il-Kummissjoni Ewropea: L-agenda għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja

Eurostat: Stħarriġ tal-Ħaddiema

Il-Kummissjoni Ewropea: Edukazzjoni u Taħriġ

Il-websajt ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Figura 1: Ir-rati ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola fl-UE (% fl-2010, l-2011 u l-2012), bidla fl-aħħar sena (f’punti perċentwali) u l-mira nazzjonali għall-2020

 

2010

2011

2012

Change 2011-2012

National target

EU

14.0

13.5

12.8p

-0.7

less than 10.0

Austria

8.3

8.3

7.6

-0.7

9.5

Belgium

11.9

12.3

12.0

-0.3

9.5

Bulgaria

13.9

11.8

12.5

0.7

11.0

Cyprus

12.7

11.3

11.4

0.1

10.0

Czech Republic

4.9

4.9

5.5

0.6

5.5

Denmark

11.0

9.6

9.1

-0.5

less than 10.0

Estonia

11.6

10.9

10.5

-0.4

9.5

Finland

10.3

9.8

8.9

-0.9

8.0

France

12.6

12.0

11.6

-0.4

9.5

Germany

11.9

11.7

10.5p

-1.2

less than 10.0

Greece

13.7

13.1

11.4

-1.7

9.7

Hungary

10.5

11.2

11.5

0.3

10.0

Ireland

11.4

10.8

9.7

-1.1

8.0

Italy

18.8

18.2

17.6

-0.6

15.0-16.0

Latvia

13.3

11.6b

10.5

-1.1

13.4

Lithuania

8.1

7.2

6.5

-0.7

less than 9.0

Luxembourg

7.1

6.2

8.1p

1.9

less than 10.0

Malta

24.8

23.6

22.6

-1.0

29.0

Netherlands

10.0

9.1

8.8p

-0.3

less than 8.0

Poland

5.4p

5.6p

5.7p

0.1

4.5

Portugal

28.7

23.2

20.8

-2.4

10.0

Romania

18.4

17.5

17.4

-0.1

11.3

Slovakia

4.7

5.0

5.3

0.3

6.0

Slovenia

5.0

4.2

4.4

0.2

5.0

Spain

28.4

26.5

24.9

-1.6

15.0

Sweden

6.5

6.6

7.5

0.9

less than 10.0

United Kingdom

14.9

15.0

13.5

-1.5

No target

Sors: Eurostat (EU LFS); b=waqfa fiż-żmien p-proviżorja

Nota: Is-serje Maltija dwar dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ kienet riveduta. Ir-reviżjoni tikkonċerna l-klassifika ta’ ċerti kwalifiki fil-livell sekondarju. Hemm aktar spjegazzjonijiet fuq il-websajt tal-Eurostat. Il-mira nazzjonali tirreferi għad-dejta qabel ir-reviżjoni.

Figura 2: Id-differenza bejn is-sessi fin-numru ta’ dawk li jitilqu kmien mill-iskola, is-subien=100, 2012

Sors: Eurostat (EU LFS)

Nota: Fuq il-livell tal-UE27, hemm 76 tifla għal kull 100 tifel li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien. F’Ċipru, hemm 42 tifla għal kull 100 tifel filwaqt li l-Bulgarija hija l-uniku pajjiż fejn aktar bniet li jitilqu kmieni mill-iskola (107 għal kull 100 tifel).

Figura 3. Il-kisba tal-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti fost dawk tal-età bejn it-30 u l-34 sena (% fl-2010, l-2011 u l-2012), bidla fl-aħħar sena (f'punti perċentwali) u l-mira nazzjonali għall-2020.

 

2010

2011

2012

Change 2011-2012

National target

EU

33.5

34.6

35.8p

1.2

at least 40.0

Austria1

23.5

23.8

26.3

2.5

38.0

Belgium

44.4

42.6

43.9

1.3

47.0

Bulgaria

27.7

27.3

26.9

-0.4

36.0

Cyprus

45.3

46.2

49.9

3.7

46.0

Czech Republic

20.4

23.8

25.6

1.8

32.0

Denmark

41.2

41.2

43.0

1.8

at least 40.0

Estonia

40.0

40.3

39.1

-1.2

40.0

Finland

45.7

46.0

45.8

-0.2

42.0

France

43.5

43.3

43.6

0.3

50.0

Germany2

29.8

30.7

31.9p

1.2

42.0

Greece

28.4

28.9

30.9

2

32.0

Hungary

25.7

28.1

29.9

1.8

30.3

Ireland

49.9

49.7

51.1

1.4

60.0

Italy

19.8

20.3

21.7

1.4

26.0-27.0

Latvia

32.3

35.9b

37.0

1.1

34.0-36.0

Lithuania

43.8

45.8

48.7

2.9

40.0

Luxembourg

46.1

48.2

49.6p

1.4

40.0

Malta

21.5

21.4

22.4

1.3

33.0

Netherlands

41.4

41.1b

42.3p

1.2

more than 40.0

Poland

35.3p

36.9p

39.1p

2.2

45.0

Portugal

23.5

26.1

27.2

1.1

40.0

Romania

18.1

20.4

21.8

1.4

26.7

Slovakia

22.1

23.4

23.7

0.3

40.0

Slovenia

34.8

37.9

39.2

1.3

40.0

Spain

40.6

40.6

40.1

-0.5

44.0

Sweden

45.3

46.8

47.9

0.5

40.0-45.0

United Kingdom

43.0

45.8

47.1

1.3

No target

Sors: Eurostat (EU LFS); b=waqfa fiż-żmien p-proviżorja

Figura 4: Id-differenza bejn is-sessi fil-kisba tal-edukazzjoni terzjarja, is-subien 2012

Sors: Eurostat (EU LFS)

Nota: Fuq il-livell tal-UE27, hemm 127 mara għal kull 100 raġel fil-grupp tal-età ta’ bejn it-30 u l-34 sena li, fl-2012, kisbu livell ta’ edukazzjoni terzjarja. Fil-Latvja hemm 185 tifla għal kull 100 tifel filwaqt li l-Lussemburgu huwa l-uniku pajjiż fejn aktar irġiel minn nisa jiksbu livell ta’ edukazzjoni terzjarja (97 mara għal kull 100 raġel).

1 :

Il-mira nazzjonali tal-Awstrija tinkludi l-kisba postsekondarja ISCED 4a. L-inklużjoni tal-ISCED 4a tagħti 37% (2011).

2 :

Il-mira nazzjonali tal-Ġermanja tinkludi l-kisba postsekondarja ISCED 4a. L-inklużjoni tal-ISCED 4a tagħti 42% (2011)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website