Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Rapport juri li n-nisa għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed fir-riċerka fl-UE

Commission Européenne - IP/13/303   05/04/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-5 ta' April 2013

Rapport juri li n-nisa għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed fir-riċerka fl-UE

Għalkemm il-proporzjon ta’ riċerkaturi femminili fl-Ewropa qiegħed jiżdied, għadha tippersisti r-rappreżentanza baxxa tan-nisa fid-dixxiplini u l-karrieri xjentifiċi . Dan hu l-messaġġ tal-aħħar edizzjoni tax-“She Figures”, ippubblikata llum mill-Kummissjoni Ewropea. In-nisa jirrappreżentaw 33% biss tar-riċerkaturi Ewropej, 20% tal-professuri fl-ogħla grad u 15.5% tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet fis-settur tal-Edukazzjoni Ogħla.

Máire Geoghegan-Quinn, il-Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza, qalet: “Minkejja xi progress fis-snin riċenti, in-nisa għadhom minoranza fir-riċerka, u xkiel inviżibbli qiegħed iwaqqaf b’mod partikolari lin-nisa milli jilħqu l-ogħla pożizzjonijiet. Din inġustizzja serja u ħela skandaluża ta’ talent. Il-Kummissjoni hija ffukata biex tħeġġeġ l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-programmi ta’ riċerka tagħna, u biex taħdem ħalli tbiddel kultura istituzzjonali li għandha għeruq fondi.”

Skont ir-rapport ippreżentat illum, in-nisa jirrappreżentaw madwar 40% tar-riċerkaturi kollha fis-Settur tal-Edukazzjoni Ogħla, 40% fis-Settur tal-Gvern u 19% fis-Settur tal-Intrapriża. Filwaqt li fis-setturi kollha n-numru tagħhom kien qiegħed jikber b'rata iktar mgħaġġla minn dik tal-kollegi maskili tagħhom (+5.1% għan-nisa kull sena kkumparat ma' +3.3% għall-irġiel mill-2002 sal-2009), ir-riċerkaturi nisa għadhom jissieltu biex jilħqu pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet hekk kif, bħala medja, hemm biss mara waħda għal kull żewġt irġiel fuq bordijiet xjentifijiċi u ta' ġestjoni fl-UE.

Fl-2010, il-proporzjon ta' studenti femminili (55%) u gradwati (59%) qabeż dak tal-istudenti maskili, imma kien hemm iktar studenti u gradwati PhD irġiel milli nisa (49% u 46% rispettivament). Barra minn hekk, meta jiġu biex jimxu ’l quddiem fil-karriera akkademika, in-nisa jirrappreżentaw 44% tar-riċerkaturi li jkollhom PhD fl-ewwel grad ta’ karriera akkademika u 20% biss tar-riċerkaturi fl-ogħla grad ta’ karriera akkademika. Ir-rappreżentanza baxxa tan-nisa hija iktar evidenti f’oqsma bħax-xjenza u l-inġinerija.

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin stabbiliti mill-Kummissjoni għall-kisba taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli għar-reklutaġġ, ir-retenzjoni u l-progress fil-karriera għar-riċerkaturi femminili. Il-Kummissjoni għandha wkoll l-għan li tindirizza l-iżbilanċi bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Kuntest

She Figures 2012 hija r-raba’ pubblikazzjoni ta’ sett ewlieni ta’ indikaturi li huma essenzjali biex tiġi mifhuma s-sitwazzjoni tan-nisa fix-xjenza u r-riċerka. Biż-żmien, il-lista ta’ indikaturi evolviet biex tiddeskrivi l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha u fid-dixxipplini xjentifiċi kollha mill-edukazzjoni terzjarja sas-suq tax-xogħol, inkluż il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja private mhux biss fis-27 Pajjiż tal-UE imma wkoll fil-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija.

She Figures huwa prodott mill-Kummissjoni Ewropea (id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Eurostat) f'kooperazzjoni mal-korrispondenti tal-istatistika tal-Grupp ta' Ħelsinki dwar in-Nisa fix-Xjenza.

She Figures 2012:

http://ec.europa.eu/research/science-society/index.cfm?fuseaction=public.topic&id=1282&lang=1

In-Nisa fix-Xjenza:

http://ec.europa.eu/research/science-society/index.cfm?fuseaction=public.topic&id=1253&lang=1

Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka:

http://ec.europa.eu/research/era/gender-equality-and-gender-mainstreaming_en.htm

Kuntatti :

Michael Jennings (+32 2 296 33 88) Twitter: @ECSpokesScience

Monika Wcislo(+32 2 295 56 04)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site