Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Imħabbra r-rebbieħa tal-Premju tal-UE għall-Wirt Kulturali 2013 / il-Premjijiet Europa Nostra

Commission Européenne - IP/13/279   26/03/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-26 ta' Marzu 2013

Imħabbra r-rebbieħa tal-Premju tal-UE għall-Wirt Kulturali 2013 / il-Premjijiet Europa Nostra

Illum, il-Kummissjoni Ewropea u l-Europa Nostra żvelaw ir-rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali 2013 / il-Premjijiet Europa Nostra (ara d-dettalji hawn taħt). It-30 rebbieħ, magħżula minn madwar 200 proġett innominat, huma onorati għall-kisbiet tagħhom f’erba’ oqsma: il-konservazzjoni, ir-riċerka, is-servizz eżemplari, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet se ssir fis-16 ta’ Ġunju fl-Odeon ta' Erodi Attiku f’Ateni, fil-preżenza ta’ Karolos Papoulias, il-President tal-Greċja, Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, u Plácido Domingo, il-kantant liriku magħruf mad-dinja kollha u l-President tal-Europa Nostra. L-avveniment huwa organizzat taħt l-awspiċi tal-President Grieg. Mit-30 proġett rebbieħ, sitta se jissemmew bħala rebbieħa tal-grand prix f’Ateni u wieħed mir-rebbieħa se jirċievi l-premju tal-għażla tal-pubbliku, abbażi ta’ votazzjoni onlajn immexxijja minn Europa Nostra.

"Nifraħ mill-qalb lir-rebbieħa ta’ din is-sena, li juru l-passjoni u l-professjonaliżmu li huma l-qofol tal-wirt kulturali tant rikk u divers Ewropew. Il-passat jista' jgħallimna ħafna dwar il-preżent u l-ġejjieni, għalhekk għandna niżguraw li l-wirt nazzjonali tagħna jkun jista’ jiġi apprezzat minn kemm jista’ jkun nies illum, filwaqt li nagħmlu ħilitna kollha nipproteġuh għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli tappoġġja dan il-premju u proġetti oħrajn dwar il-wirt nazzjonali permezz tal-programm ġdid tagħna Ewropa Kreattiva, kif ukoll permezz ta’ fondi oħra tal-UE," qalet il-Kummissarju Vassiliou.

"Fil-50 anniversarju ta' dan il-moviment tagħna pan-Ewropew, nixtieq nirrikonoxxi dawn il-kisbiet notevoli li juru l-impenn kbir taċ-ċittadini u l-komunitajiet Ewropej. Jien kuntent li l-ġublew tad-deheb ta' Europa Nostra jikkoinċidi mas-sena Ewropea taċ-Ċittadini. Din hija l-opportunità ideali biex nenfasizza l-potenzjal uniku tal-wirt kulturali biex ikabbar ir-responsabbiltà ċivika u s-sens ta’ appartenenza fuq firxa usa' tal-familja Ewropea. Il-wirt isaħħaħna lkoll filwaqt li jispira l-kreattività u l-innovazzjoni. Għalhekk, għandna naħdmu flimkien biex insalvaw u niċċelebraw it-teżori tagħna għall-50 sena li ġejjin u iktar", żid Plácido Domingo.

Sfond

Ġurija speċjalizzata magħmula minn esperti indipendenti mill-Ewropa kollha tivvaluta proġetti nominati f’erba’ kategoriji ta’ premjijiet — il-konservazzjoni, ir-riċerka, is-servizz eżemplari, u l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni. Ir-rebbieħa kollha jirċievu plakka jew trofew. Is-sitt rebbieħa tal-grand prix jirċievu wkoll EUR 10 000 kull wieħed.

Il-premjijiet għandhom l-appoġġ tal-Programm Kulturali tal-UE, li investa aktar minn EUR 32 miljun fil-kofinanzjament ta' proġetti relatati mal-wirt nazzjonali mill-2007 lil hawn. Programmi oħra tal-UE li joffru appoġġ ukoll: Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali alloka EUR 6 biljuni għall-kultura bejn l-2007 u l-2013. Minn dan l-ammont, EUR 3 biljun jappoġġjaw il-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, EUR 2.2 biljun jgħinu fl-iżvilupp tal-infrastruttura kulturali filwaqt li EUR 775 miljun jikkofinanzjaw servizzi kulturali bħat-taħriġ vokazzjonali, l-arti u l-edukazzjoni dwar il-wirt nazzjonali. Mill-1998 lil hawn EUR 150 miljun oħra kienu disponibbli permezz tal-Programmi Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku.

Il-wirt kulturali jagħti kontribut sinifikanti – li ta' spiss ikun sottovalutat – lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Is-settur jirrappreżenta parti importanti mis-setturi kulturali u kreattivi li jipprovdu impjieg għal madwar 8 miljun ruħ fl-UE u jikkontribwixxi sa 4.5 % tal-PDG Ewropew. In-nefqa fuq il-konservazzjoni tal-wirt kulturali mill-korpi pubbliċi u privati hija stmata li tammonta għal EUR 5 biljuni fis-sena. Iċ-ċifri ppubblikati mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) juru li 40 % tat-turiżmu madwar id-dinja kollha għandu dimensjoni kulturali. Il-wirt kulturali huwa wkoll riżors importanti għall-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni soċjali.

Għal aktar tagħrif:

Il-preżentazzjonijiet dwar kull proġett rebbieħ (il-websajt ta' Europa Nostra)

http://ec.europa.eu/culture

il-websajt ta' Androulla Vassiliou

Twitter: @VassiliouEU

http://flickr.com/photos/europanostra

http://www.youtube.com/europanostrachannel

Nota lill-edituri

Europa Nostra hija NGO pan-Ewropea li sservi ta' vuċi għall-wirt kulturali. Hija tirrappreżenta 250 organizzazzjoni mhux governattiva mingħajr skop ta’ qligħ li ġejjin minn aktar minn 50 pajjiż Ewropew, li flimkien iħaddnu mill-anqas 5 miljun ċittadin. Għandha wkoll l-appoġġ ta’ aktar minn 150 awtorità pubblika u korporazzjonijiet assoċjati u aktar minn 1 500 membru individwali. In-netwerk enormi ta' professjonisti u voluntiera huwa impenjat fis-salvagwardja tal-wirt kulturali Ewropew għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u tal-ġejjieni.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet tal-2013 f'Ateni hija parti mill-Kungress annwali għall-Wirt Ewropew tal-Europa Nostra. Id-data ta' skadenza għall-applikazzjoni għall-premjijiet li jmiss hija d-9 ta' Settembru 2013. Iċ-ċerimonja tas-sena d-dieħla hija mistennija li sseħħ f’Mejju 2014 fi Vjenna.

Ir-Rebbieħa tal-Premjijiet tal-2013 (elenkati fl-ordni alfabetika skont il-pajjiż)

Kategorija 1 – Il-Konservazzjoni

  1. Tallinn Seaplane Harbour, ESTONIA

  2. http://www.europanostra.org/awards/96/Peenemünde Power Station (DAS KRAFTWERK PEENEMÜNDE ), Usedom, GERMANY

  3. http://www.europanostra.org/awards/97/Taut’s Home (Tautes Heim), Berlin, GERMANY

  4. http://www.europanostra.org/awards/98/Propylaea Central Building (ΑΠΟΚΑΤΑΣΤΑΣΗ ΤΗΣ ΑΝΩΔΟΜΗΣ ΤΟΥ ΚΕΝΤΡΙΚΟΥ ΚΤΙΡΙΟΥ ΤΩΝ ΠΡΟΠΥΛΑΙΩΝ), Acropolis, ,Athens, GREECE

  5. http://www.europanostra.org/awards/99/Festetich Castle (Alsbóbogát, Kiskastély),Alsóbogát, HUNGARY

  6. http://www.europanostra.org/awards/100/The Forest of Saint Francis( Bosco di San Francesco Assisi (PG)), Assisi, ITALY

  7. http://www.europanostra.org/awards/101/Railway Bridges in the Langstraat(Spoorweg Bruggen in de Langstraat), Drunen, THE NETHERLANDS

  8. http://www.europanostra.org/awards/102/Lyceum Passos Manuel (Liceu Passos Manuel), Lisbon, PORTUGAL

  9. http://www.europanostra.org/awards/103/Chalet of the Countess of Edla (Chalet da Condessa de Edla), Sintra, PORTUGAL

  10. http://www.europanostra.org/awards/104/Northern Romanesque (Románico Norte), Castile and León, SPAIN

  11. http://www.europanostra.org/awards/105/The Fountain of the Lions (La fuente de los leones), Granada, SPAIN

  12. http://www.europanostra.org/awards/106/Roman Theatre of Medellin (Teatro Romano de Medellín), SPAIN

  13. http://www.europanostra.org/awards/107/Abadia Retuerta LeDomaine (Abadia Retuerta LeDomaine), Sardón de Duero, Valladolid, SPAIN

  14. King’s Cross Station, London, UNITED KINGDOM

  15. Strawberry Hill, Twickenham, UNITED KINGDOM

Kategorija 2 – Ir-Riċerka

  1. Restauration des Machines Exceptionnelles de la Brasserie Wielemans Ceuppens (Restoration of the Exceptional Machines of Wielemans-Ceuppens Brewery), Brussels, BELGIUM

  2. http://www.europanostra.org/awards/111/Company Towns in European Textile Industry 1771-1914 (Zespoły fabryczno-mieszkalne w europejskim przemyśle włókienniczym 1771-1914), Lodz, POLAND

  3. http://www.europanostra.org/awards/112/Granaries on Stilts: the Ancient Art of Building with Nature (Graneros Elevados: El Arte Perdido de Construir con la Naturaleza), Castropol, SPAIN

F'din il-kategorija, il-Premju Europa Nostra ngħata lil proġett minn pajjiż Ewropew li ma ħax sehem fil-Programm Kulturali tal-UE.

The housing complex of Lignon: architectural study and intervention strategies (La cité du Lignon (1963-1971). Etude architecturale et stratégies d’intervention), Geneva, SWITZERLAND

Kategorija 3 — Is-servizz eżemplari

  1. Fondation du Patrimoine, Paris, FRANCE

  2. Verein fur Kunst- und Kulturforderung in den Neuen Landern (VFK)( Association for the Promotion of Art and Culture in the Eastern Part of Germany), Berlin, GERMANY

  3. ESMA- Committee for the Conservation of the Acropolis Monuments, Athens, GREECE

  4. http://www.europanostra.org/awards/117/Foundation Ricardo do Espírito Santo Silva (Fundação Ricardo do Espírito Santo Silva) (FRESS), Lisbon, PORTUGAL

  5. Martin Drury, London, UNITED KINGDOM

Kategorija 4 — L-edukazzjoni, it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni

  1. http://www.europanostra.org/awards/119/Irish Walled Towns Network Educational Programme, Kilkenny, IRELAND

  2. http://www.europanostra.org/awards/120/Italian Places I Love (I Luoghi del Cuore), Milan, ITALY

  3. http://www.europanostra.org/awards/121/Wooden housing in Kuldiga old town (Aktivitāšu komplekss Kuldīgas vecpilsētas saglabāšanai), LATVIA

  4. http://www.europanostra.org/awards/122/SOS Azulejo Project (Projecto SOS Azulejo), Loures, PORTUGAL

  5. http://www.europanostra.org/awards/123/The Living Cabanyal Archive (Cabanyal Archivo Vivo), Valencia, SPAIN

  6. South Pennines Watershed Landscape, Bradford, UNITED KINGDOM

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58) Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Elena Bianchi +31 703024058, Twitter: @europanostra

Giuseppe Simone +31 703024059


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site