Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 26 ta' Marzu 2013

Azzjoni favur il-klima:It-tfassil tal-Ftehim dwar it-Tibdil fil-Klima Globali 2015.

Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat dokument konsultattiv li jniedi dibattitu pubbliku dwar kif l-aħjar li jitfassal ftehim internazzjonali ġdid biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima. Il-Komunikazzjoni Konsultattiva tqajjem mistoqsijiet ewlenin u tistieden il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar il-ftehim il-ġdid, li għandu jitlesta sa tmiem l-2015 u jibda japplika mill-2020.

Connie Hedegaard, il-Kummissarju Ewropew għall-Azzjoni Klimatika, qalet: Il-Mexxejja dinjija f’Kopenħagen stabbilixxew l-għan li t-tisħin globali jinżamm 2°C taħt il-livell attwali biex jiġu evitati l-aktar impatti gravi tat-tibdil fil-klima. Dan huwa tajjeb. Iżda peress li d-dinja qed titbiegħed jum wara ieħor minn din il-mira jidher ċar li dan mhux biżżejjed. Jeħtieġ li jkun hemm aktar azzjoni minn kulħadd. Biex nistgħu naslu jeħtieġ li jkun hemm ftehim internazzjonali ambizzjuż li fih l-ekonomiji ewlenin kollha jimpenjaw ruħhom li jaġixxu skont il-kapaċitajiet attwali u futuri tagħhom. Dan id-dokument huwa stedina li tgħin fit-tfassil tal-pożizzjoni tal-UE u jikkontribwixxi biex fl-2015 jintrebaħ dak kollu li huwa possibbli.”

Il-Komunikazzjoni Konsultattiva tistieden kontribut mill-partijiet interessati, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE dwar kif l-aħjar jitfassal il-ftehim tal-2015, li se jistabbilixxi l-ordni ta’ sistema internazzjonali għall-ġlieda kontra t-tibdil klimatiku wara l-2020.

Il-konsultazzjoni pubblika onlajn se tibqa' sejra sal-26 ta' Ġunju.Se jkun hemm konferenza tal-partijiet interessati fis-17 ta’ April fi Brussell.

IT-TISĦIN GLOBALI JINŻAMM INQAS MINN 2 °C

Il-partijiet tan-NU nedew negozjati dwar il-ftehim ġdid dwar il-klima fi tmiem l-2011, f’Durban. Il-konsultazzjoni pubblika qed isseħħ flimkien ma' intensifikazzjoni mistennija tan-negozjati din is-sena.

Il-ftehim se jkollu jgħaqqad flimkien it-traqqigħ ta’ arranġamenti attwali li jorbtu u oħrajn li ma jorbtux skont il-konvenzjoni dwar il-klima tan-NU u l-Protokoll ta’ Kjoto f’ordni komprensiva waħda.Filwaqt li l-UE, xi wħud mill-pajjiżi Ewropej u l-Awstralja ssieħbu f’impenn ieħor li huwa legalment vinkolanti għal ċertu perjodu skont il-Protokoll ta’ Kjoto, xi 60 pajjiż ieħor fid-dinja kollha għamlu tipi differenti ta’ impenji mhux vinkolanti biex inaqqsu jew jillimitaw iż-żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom (GHG).

L-intensifikar tal-ambizzjoni ta’ qabel l-2020 huwa ta’ importanza kbira wkoll

Fl-istess waqt tan-negozjati internazzjonali dwar il-ftehim tal-2015, tniedu negozjati paralleli fil-qafas tal-Pjattaforma ta’ Durban biex jinstabu mezzi biex jissaħħaħ it-tnaqqis fl-emissjonijiet globali tal-GHG qabel mal-ftehim jidħol fis-seħħ fl-2020. Dan jirrifletti għarfien li bħalissa hemm distakk sinifikanti bejn il-pajjiżi f’dawk li huma wegħdiet dwar l-emissjonijiet għall-2020 u x’hemm bżonn sabiex id-dinja tkun fit-triq it-tajba biex it-tisħin globali ma jaqbiżx il-limitu ta’ 2 °C.

Filwaqt li l-Komunikazzjoni Konsultattiva tiffoka fuq il-ftehim tal-2015, hija tagħmilha ċara li azzjoni globali meħuda qabel l-2020 se tkun ta’ importanza kbira biex l-istrateġiji politiċi jkollhom l-orjentazzjoni meħtieġa biex il-ftehim jirnexxi.

Il-passi li jmiss.

Il-Kummissjoni se tanalizza t-tweġibiet li jaslu, li se jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-pożizzjoni tal-UE dwar il-ftehim tal-2015.

Għal aktar tagħrif:

The 2015 agreement

Stakeholder conference

Stepping up pre-2020 ambition

Kuntatt :

Isaac Valero Ladron (+32 2 296 49 71)

Stephanie Rhomberg (+32 2 298 72 78)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site