Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Qafas strateġiku ġdid tal-Kummissjoni rigward kwistjonijiet relatati mal-klima u l-enerġija għall-2030

Commission Européenne - IP/13/272   27/03/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-27 ta' Marzu 2013

Qafas strateġiku ġdid tal-Kummissjoni rigward kwistjonijiet relatati mal-klima u l-enerġija għall-2030

Illum il-Kummissjoni Ewropea ħadet l-ewwel pass lejn l-iżvilupp ta’ qafas dwar it-tibdil fil-klima u politiki tal-enerġija tal-UE għall-2030. Adottat Green Paper li tniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-kontenut tal-qafas għall-2030. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll Komunikazzjoni Konsultattiva dwar il-futur tal-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS) fl-Ewropa, bil-għan li tagħti bidu għal dibattitu dwar l-għażliet disponibbli biex tiżgura l-iżvilupp f’waqtu tiegħu. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni adottat rapport li jivvaluta l-progress tal-Istati Membri lejn il-miri u r-rapporti tal-enerġija rinnovabbli għall-2020 dwar is-sostenibbiltà tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi kkunsmati fl-UE.

Günther Oettinger, il-Kummissarju responsabbli għall-Enerġija, qal: “Jeħtieġ li niddefinixxu l-qafas tal-politika tal-klima u l-enerġija tagħna għall-2030 mill-aktar fis possibbli sabiex niżguraw investiment xieraq li jrendi tkabbir sostenibbli, prezzijiet tal-enerġija kompetittivi u bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu u sikurezza tal-enerġija akbar. Il-qafas ġdid irid iqis il-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika, iżda għandu jkun ambizzjuż biżżejjed biex jilħaq l-objettiv fit-tul tat-tnaqqis tal-emissjonijiet bi 80-95 % sal-2050."

Connie Hedegaard, il-Kummissarju tal-UE għall-Azzjoni Klimatika, qalet: “Id-dipendenza tal-Ewropa fuq fjuwils fossili barranin qed tikber kull sena. Dan ifisser aktar kontijiet tal-enerġija għoljin u li l-Ewropej ma jifilħux iħallsu. Din mhix xi ħaġa għaqlija ħafna. Ovvjament mhix ta’ benefiċċju għall-klima, iżda wkoll mhix ta’ benefiċċju għall-ekonomija u l-kompetittività tagħna. Din hija r-raġuni għaliex iddeċidejna li fl-Ewropa rridu soċjetà li ma tużax ħafna karbonju għall-2050. Għandna l-miri għall-2020, iżda għal ħafna investituri l-2020 qiegħda wara l-kantuniera. Wasal iż-żmien biex niddefinixxu l-miri għall-2030. Aktar ma nagħmlu dan malajr, aktar il-kumpaniji u l-investituri tagħna se jħossuhom ċerti. U aktar mal-miri jkunu ambizzjużi, aktar dawn se jkunu ta’ benefiċċju għall-klima''

Green Paper dwar il-qafas tal-politika għall-2030

Il-Green Paper tqajjem sett ta’ mistoqsijiet, fosthom:

  • X’tip, x’natura u x’livell ta’ miri tal-klima u l-enerġija għandhom jiġu stabbiliti għall-2030?

  • Kif tista’ tinkiseb il-koerenza bejn strumenti ta' politika differenti?

  • Kif tista' is-sistema tal-enerġija tikkontribwixxi bl-aħjar mod għall-kompetittività tal-UE?

  • Kif għandhom jitqiesu l-kapaċitajiet differenti tal-Istati Membri?

Dan il-proċess ta' konsultazzjoni se jintemm fit-2 ta' Lulju. Abbażi tal-fehmiet espressi mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati tal-UE, il-Kummissjoni beħsieba tressaq il-qafas tal-UE dwar il-politiki tal-klima u l-enerġija għall-2030 sa tmiem din is-sena.

Meta dan jiġi kkjarifikat, se tingħata ċertezza lill-investituri u se jiġu stimulati l-innovazzjoni u d-domanda għal teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u b’hekk jiġi appoġġjat il-progress lejn il-bini ta’ ekonomija Ewropea aktar kompetittiva, sostennibbli u aktar sikura. Il-qafas għall-2030 se jibni fuq l-esperjenza u t-tagħlimiet li ttieħdu mill-qafas għall-2020 u se jidentifika fejn jista' jsir titjib. Waqt li nagħmlu dan, inqisu t-tibdiliet li saru mill-2020, bħat-tibdiliet fis-sistema tal-enerġija u l-ekonomija, kif ukoll żviluppi internazzjonali.

Il-qbid u l-ħżin tal-karbonju

Il-Komunikazzjoni Konsultattiva tal-lum tidentifika l-ostakli li xekklu lis-CCS milli jiżviluppa bil-pass previst fl-2007. Pereżempju bil-prezzijiet tas-sistema tal-kummerċ tal-emissjonijiet tal-UE baxxi ħafna aktar mill-aspettazzjonijiet oriġinali, ma hemm l-ebda raġuni għaliex l-operaturi ekonomiċi għandhom jinvestu fis-CCS.

Il-Komunikazzjoni tiddiskuti l-għażliet biex tippromwovi aktar il-wiri f’waqtu u l-użu bikri tas-CCS, u tistieden kontribuzzjonijiet dwar ir-rwol tas-CCS fl-Ewropa. It-tweġibiet għall-konsultazzjoni se jiddaħħlu fix-xogħol tal-Kummissjoni dwar il-qafas tal-politika għall-2030.

L-enerġija rinnovabbli

Ir-rapport tal-progress dwar l-enerġija rinnovabbli (RES) juri li l-qafas tal-politika attwali ta’ miri tal-enerġija rinnovabbli legalment vinkolanti wasslu għal tkabbir qawwi fis-settur tal-enerġija rinnovabbli sal-2010, b’sehem tal-RES UE ta’ 12.7 %. Biex il-progress ikompli għaddej u biex fl-2020 jintlaħqu l-miri, se jkunu meħtieġa aktar sforzi. L-isforzi jridu jsiru b’mod partikolari biex tinħoloq ċertezza għall-investituri, jitnaqqas il-piż amministrattiv u tiżdied iċ-ċarezza fl-ippjanar.

Għal aktar tagħrif:

Il-Green Paper u l-paġna ta’ konsultazzjoni hawnhekk:

http://ec.europa.eu/energy/green_paper_2030_en.htm

MEMO/13/275

Il-paġna ta’ komunikazzjoni u ta' konsultazzjoni tas-CCS hawnhekk: http://ec.europa.eu/energy/coal/ccs_en.htm

MEMO/13/276

Ir-rapport RES hawnhekk:

http://ec.europa.eu/energy/renewables/reports/reports_en.htm

MEMO/13/277

Kuntatti :

Isaac Valero Ladron (+32 2 296 49 71)

Marlene Holzner (+32 2 296 01 96)

Stephanie Rhomberg (+32 2 298 72 78)

Nicole Bockstaller (+32 2 295 25 89)

Member State

2010 RES share

2020 RES target

Austria

30.10%

34%

Belgium

5.40%

13%

Bulgaria

13.80%

16%

Cyprus

5.70%

13%

Czech Republic

9.40%

13%

Germany

11.00%

18%

Denmark

22.20%

30%

Estonia

24.30%

25%

Greece

9.70%

18%

Spain

13.80%

20%

Finland

33%

38%

France

13.50%

23%

Hungary

8.80%

13%

Ireland

5.80%

16%

Italy

10.40%

17%

Lithuania

19.70%

23%

Luxembourg

3%

11%

Latvia

32.60%

40%

Malta

0.40%

10%

Netherlands

3.80%

14%

Poland

9.50%

15%

Portugal

24.60%

31%

Romania

23.60%

24%

Sweden

49.10%

49%

Slovenia

19.90%

25%

Slovakia

9.80%

14%

UK

3.30%

15%

EU

12.70%

20%


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site