Navigation path

Left navigation

Additional tools

Aġenda Diġitali: Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjonijiet dwar il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu u l-indipendenza awdjoviżiva tar-regolatur tal-midja

European Commission - IP/13/267   22/03/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-22 ta' Marzu 2013

Aġenda Diġitali: Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjonijiet dwar il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu u l-indipendenza awdjoviżiva tar-regolatur tal-midja

Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi li se jibqgħu miftuħin sas-14 ta’ Ġunju 2013. Il-konsultazzjonijiet jifformalizzaw dibattitu li nbeda mir-rakkomandazzjonijiet li saru f’Jannar 2013 minn Grupp ta’ Livell Għoli indipendenti dwar il-Libertà tal-Midja u l-Pluraliżmu, li ġie mlaqqa mill-Kummissjoni.

L-ewwel u l-usa’ konsultazzjoni tistieden kummenti dwar kwistjonijiet bħall-ambitu tal-kompetenza tal-UE biex taġixxi sabiex tipproteġi l-libertà tal-midja, l-irwoli rispettivi tal-awtoritajiet pubbliċi u l-awtoregolazzjoni jew il-protezzjoni tas-sorsi ġurnalistiċi fl-Ewropa. Is-sejbiet tal-konsultazzjonijiet se jippermettu lill-Kummissjoni tidentifika jekk jeżisti appoġġ mifrux għal azzjoni Ewropea jew nazzjonali f’oqsma koperti mit-Trattati tal-UE.

It-tieni konsultazzjoni hija speċifikament limitata għar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Livell Għoli li l-korpi regolatorji awdjoviżivi għandhom ikunu indipendenti. Il-midja awdjoviżiva diġà hija suġġetta għal regolamentazzjoni tal-UE. Il-konsultazzjoni tistaqsi jekk l-indipendenza tkunx żgurata aħjar li kieku kellu jiġi rivedut l-Artikolu 30 tad-Direttiva tas-Servizzi Awdjoviżivi u tal-Midja (AVMS).

Neelie Kroes, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea qalet: “Fl-UE aħna naffaċċaw theddid għal-libertajiet fundamentali tagħna bħal-libertà tal-midja u l-pluraliżmu mal-Ewropa kollha. Il-Grupp ta’ Livell Għoli bagħat sinjal qawwi li rridu nieħdu azzjoni deċisiva biex niżguraw il-libertà u l-pluraliżmu tas-servizzi tagħna tal-midja fil-ġejjieni. Il-pluraliżmu fil-midja huwa parti importanti tad-demokrazija, inħeġġiġkom tagħtu l-opinjonijiet tagħkom dwar dawn il-konsultazzjonijiet.”

Sfond

Id-Direttiva AVMS timmira għal Suq Uniku għas-servizzi tal-midja awdjoviżivi u għal ċertezza legali għall-industrija tat-TV u dik awdjoviżiva Ewropea. Din toħloq kundizzjonijiet indaqs kemm għax-xandir kif ukoll għas-servizzi transfruntieri tal-midja awdjoviżivi fuq talba; timmira li tippreserva d-diversità kulturali, il-protezzjoni tat-tfal u l-konsumaturi, is-salvagwardja tal-pluraliżmu fil-midja u l-ġlieda kontra l-mibegħda msejsa fuq ir-razza, is-sess, in-nazzjonalità u r-reliġjon.

Links utli

Is-sit tal-Agenda Digitali

Is-sit ta' Neelie Kroes

Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter

Twitter hashtags: #mediafreedomEU

Kuntatti:

Ryan Heath (+32 2 296 17 16)

Linda Cain (+32 2 299 90 19)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website