Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-baġits għall-edukazzjoni qegħdin taħt pressjoni fl-Istati Membri

Commission Européenne - IP/13/261   21/03/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013

Il-baġits għall-edukazzjoni qegħdin taħt pressjoni fl-Istati Membri

L-investiment fl-edukazzjoni naqas fi tmien Stati Membri mill-25 Stat Membru vvalutat bħala parti minn studju tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impatt tal-kriżi fuq il-baġits għall-edukazzjoni sa mill-2010. Tnaqqis ta’ aktar minn 5 % ġie impost fil-Ġreċja, fl-Ungerija1, fl-Italja2, fil-Litwanja u fil-Portugall, filwaqt li l-Estonja, il-Polonja3, Spanja u r-Renju Unit (l-Iskozja) raw tnaqqis ta’ bejn 1 % u 5 %. Madankollu, ħames Stati Membri żiedu n-nefqa għall-edukazzjoni b’aktar minn 1 %. Dawn huma l-Awstrija, id-Danimarka, il-Lussemburgu, Malta, l-Isvezja u ż-żona tal-Belġju fejn huwa mitkellem il-Ġermaniż. Il-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi ma pprovdew l-ebda dejta għall-perjodu li jibda mill-2010.

It-tendenzi fir-rigward tal-infiq ivarjaw fi Stati Membri oħra, b’xi wħud iżidu l-baġits tagħhom sena minnhom biex imbagħad inaqssuhom is-sena ta’ wara, jew viċe versa. Il-Belġju (il-komunità fejn huwa mitkellem il-Franċiż), Ċipru, il-Latvja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, is-Slovenja, ir-Renju Unit (Wales) kif ukoll il-membru futur il-Kroazja, żiedu l-baġit tagħhom għall-edukazzjoni fl-2010-2011, iżda naqsuh fl-2011-2012. Ġara bil-maqlub ta' dan fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka,fir-Rumanija u fis-Slovakkja, li naqsu l-baġits tagħhom għall-edukazzjoni fl-2010-2011, iżda żiduhom fil-perjodu sussegwenti. Il-komunità Fjamminga tal-Belġju żammet il-baġit tagħha stabbli fis-sentejn li huma.

“Dawn huma żminijiet diffiċli għat-teżori nazzjonali iżda għandna bżonn ta’ approċċ konsistenti fuq l-investiment pubbliku fl-edukazzjoni u t-taħriġ minħabba li dawn għandhom rwol importanti għall-futur taż-żgħażagħ tagħna u għall-irkupru ekonomiku sostenibbli fit-tul. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli jinvestu b’mod xieraq fl-immodernizzar tal-edukazzjoni u tal-ħiliet, se naqgħu aktar lura mill-kompetituri globali tagħna u se nsibuha aktar diffiċli biex nittrattaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ," qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

L-istudju analizza l-finanzjament fuq il-livelli kollha tal-edukazzjoni, mil-livell ta’ qabel il-primarja sa dak terzjarju, f’35 sistema edukattiva nazzjonali u reġjonali. Dan juri li, fl-2011 u fl-2012, is-salarji u l-benefiċċji tal-għalliema tnaqqsu jew ġew iffriżati fi 11-il pajjiż (il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall u Spanja). Il-paga tal-għalliema tammonta għal aktar minn 70 % tal-baġits għall-edukazzjoni.

It-tnaqqis irriżulta wkoll fi tnaqqis fl-għadd ta’ għalliema f'10 Stati Membri (il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit). Minbarra l-impatt tal-kriżi, it-tnaqqis fl-għadd ta’ studenti kien ukoll fattur fit-tnaqqis tal-persunal. Fuq nota pożittiva, l-iffinanzjar għat-taħriġ tal-għalliema żdied fi 18-il pajjiż Ewropew – żvilupp sinifikanti minħabba r-rabta bejn il-kwalità tat-tagħlim u r-riżultati tal-istudenti.

Fl-2011 u l-2012, l-appoġġ tas-settur pubbliku għall-istudenti bħal għotjiet, self u benefiċċji għall-familji, ma ġiex affettwat fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Tmien Stati Membri (l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u l-Portugall) joffru appoġġ finanzjarju speċifiku għall-persuni qiegħda jew b’ħiliet baxxi biex itejbu jew iġeddu l-ħiliet tagħhom. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dawn l-investimenti jkunu mqabbla mill-Fond Soċjali Ewropew.

Sfond

L-istudju, intitolat "L-Iffinanzjar tal-Edukazzjoni fl-Ewropa: L-Impatt tal-Kriżi Ekonomika", jiffoka fuq:

  • il-kuntest ekonomiku

  • in-nefqa pubblika u l-iżviluppi tal-baġit nazzjonali fl-edukazzjoni

  • it-tendenzi fl-iffinanzjar tal-persunal (salarji u benefiċċji)

  • il-baġits nazzjonali għall-infrastrutturi edukattivi u s-sistemi ta’ appoġġ

  • l-aktar tendenzi riċenti fl-iffinanzjar u t-tibdil fil-politiki nazzjonali għall-appoġġ finanzjarju tal-istudenti

L-analiżi tkopri l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Islanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Norveġja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, r-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, it-Turkija u l-Ungerija. Il-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi ma pprovdew l-ebda dejta għall-2010-2012. Għar-Renju Unit, id-dejta hija disponibbli għall-Iskozja u Wales iżda mhux għall-Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq.

Il-Eurydice

L-istudju li sar min-netwerk Eurydice għall-Kummissjoni, jikkonsisti fi 40 unità nazzjonali bbażata f'36 pajjiż (is-27 Stat Membru, l-Isvizzera, l-Isvizzera, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Islanda bħala membri taż-żona ta’ kummerċ ħieles (EFTA), it-Turkija, il-Kroazja, is-Serbja, il-Montenegro u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja). Il-Eurydice huwa kkoordinat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tal-UE.

Għal aktar tagħrif

L-istudju huwa disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit elettroniku tal-Eurydice.

Il-Kummissjoni Ewropea:L-edukazzjoni u t-taħriġ

Is-sit elettroniku ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Anness

Grafika 1: Tibdil fil-baġits għall-edukazzjoni fil-livelli kollha tal-edukazzjoni4, 2010-2012

fl-2011 meta mqabbel mal-2010 fl-2012 meta mqabbel mal-2011

Żieda jew tnaqqis
Żieda ta’ aktar minn 5 %
Tnaqqis ta’ aktar minn 5 %

inqas minn 1 %

Żdid bejn 1 % u 5 %
Naqas bejn 1 % u 5 %
Mhux disponibbli

Sors: Eurydice

Grafika 2: L-evoluzzjoni tas-salarji statutorji tal-għalliema u tal-kapijiet tal-iskola f’termini assoluti fis-settur pubbliku, 2010-2012

fl-2011 meta mqabbel mal-2010 fl-2012 meta mqabbel mal-2011

żieda minħabba riforma fis-salarji
żieda minħabba aġġustament
aġġustament biss tal-għoli tal-

speċifiku għall-għalliema ħajja

salarji ffriżati
tnaqqis
dejta mhix disponibbli

Sors: Eurydice

Grafika 3: Tendenzi tan-nefqa pubblika totali fl-edukazzjoni mill-2000 sal-2010

NB: Assi X = Snin ta’ referenza; 2000 sal-2010

Assi Y – Żieda perċentwali relattiva, Sena 2000=100

":" = l-ebda dejta Sors: Eurostat, statistika tal-kontijiet nazzjonali (dejta meħuda f’Novembru 2012).

1 :

It-tagħrif għall-Ungerija huwa relatat mal-2011 meta mqabbel mal-2010.

2 :

It-tnaqqis fil-baġit għall-edukazzjoni fl-Italja kien bejn 1 % u 5 % fl-2011 meta mqabbel mal-2010 u aktar minn 5 % fl-2012 meta mqabbel mal-2011.

3 :

It-tagħrif għall-Polonja huwa relatat mal-2011 meta mqabbel mal-2010.

4 :

. Id-dejta fil-Grafika 1 hija fi “prezzijiet kostanti” li jqisu d-differenzi fir-rati ta’ inflazzjoni.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site