Navigation path

Left navigation

Additional tools

Other available languages: EN FR DE

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013

Sigurtà Soċjali: Il-Kummissjoni tressaq lil Malta quddiem il-Qorti dwar it-tnaqqis fil-pensjonijiet tal-irtirar ta’ nies li jirċievu pensjonijiet tas-servizz pubbliku minn Stati Membri oħra

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tressaq lil Malta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE dwar it-tnaqqis fil-pensjonijiet tal-irtirar ta’ Malta jekk il-benefiċjarju jirċievi pensjoni minn Stat Membru ieħor bħala riżultat li jkun ħadem fis-servizz pubbliku ta’ dak l-Istat.

Il-leġiżlazzjoni Maltija tistipula li l-pensjonijiet tal-irtirar statutorji ta' Malta jitnaqqsu parzjalment bl-ammont li jitħallas f'pensjonijiet tas-servizz pubbliku f'Malta jew barra l-pajjiż. Din il-prattika tikser ir-regoli ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-pensjonijiet kollha bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-pensjonijiet tas-servizz pubbliku jew militari, jaqgħu taħt il-ħarsien tar-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u dawk ir-regoli jipprojbixxu l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar is-sospensjoni u t-tnaqqis ta’ dawn it-tipi ta' benefiċċji.

Ir-regoli ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE (ir-Regolament KE Nru 883/2004 li ssostitwixxa r-Regolament (KEE) Nru 1408/71) jagħtu liċ-ċittadini tal-UE l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn dawn huma koperti.

Il-pensjonijiet kollha bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-pensjonijiet tas-servizz pubbliku jew militari, jaqgħu taħt il-ħarsien ta' dawn ir-regoli.

Il-Kummissjoni saret taf b’dan il-ksur f'Malta permezz ta’ diversi petizzjonijiet sottomessi lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni talbet lil Malta biex tieħu miżuri sabiex twaqqaf it-tnaqqis fil-pensjonijiet tas-servizz pubbliku minn Stati Membri oħra (ara IP/12/174) iżda ma ġiet innotifikata l-ebda miżura bħal din lill-Kummissjoni.

Aktar tagħrif

Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-UE:

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=849

Għal aktar tagħrif dwar il-proċeduri ta' ksur:

http://ec.europa.eu/eu_law/infringements/infringements_mt.htm

Dwar id-deċiżjonijiet ta’ ksur għax-xahar ta' Marzu, ara MEMO/13/261

Dwar il-proċedura ġenerali ta’ ksur, ara MEMO/12/12

Il-paġna ewlenija ta' László Andor, il-Kummissarju tal-UE għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/andor/index_en.htm

Segwi lil László Andor fuq Twitter: http://twitter.com/#!/LaszloAndorEU

Abbona mingħajr ħlas fil-bulettin bl-email tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni: http://ec.europa.eu/social/e-newsletter

Kuntatti :

Jonathan Todd (+32 2 299 41 07)

Cécile Dubois (+32 2 295 18 83)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website