Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-kooperazzjoni tal-UE pperċepita b’mod pożittiv mill-ġirien tagħha

European Commission - IP/13/246   20/03/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-20 ta' Marzu 2013

Il-kooperazzjoni tal-UE pperċepita b’mod pożittiv mill-ġirien tagħha

Iċ-ċittadini fiż-żona Ewropea tal-Viċinat huma ġeneralment pożittivi dwar ir-relazzjonijiet li pajjiżhom għandu mal-Unjoni Ewropea, juru l-osservazzjonijiet tal-Barometru tal-Viċinat tal-UE, li ħareġ illum. Din l-opinjoni hija qawwija fil-Viċinat tan-Nofsinhar, fejn aktar minn nofs dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ iddeskrivewhom bħala tajba.

L-UE għandha immaġni pożittiva għaċ-ċittadini mis-16-il pajjiż sħab fiż-żona tal-Viċinat Ewropea, fejn in-nies jikkwotaw “id-drittijiet tal-bniedem” u “s-Solidarjetà” bħala l-karatteristika li tirrappreżenta l-aħjar lill-UE fil-pajjiżi msieħba tal-Lvant u tan-Nofsinhar.

F’termini ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi n-nies ħassew li l-aktar oqsma importanti kienu “il-paċi u s-sigurtà”, segwiti minn “kummerċ” u “drittijiet tal-bniedem” fin-Nofsinhar; u “il-ġlieda kontra l-faqar” u “d-drittijiet tal-bniedem” fost iċ-ċittadini fil-Lvant.

Ir-riżultati mħabbra llum jgħinuna nifhmu aħjar il-proċess demoktratiku fil-pajjiżi sħab tagħna. Li nivvalutaw l-opinjoni pubblika fil-Viċinat tal-UE huwa essenzjali biex jgħinna nirrispondu aħjar għall-kwistjonijiet li jarawhom importanti ċ-ċittadini li jgħixu hemm u biex niżguraw li l-appoġġ tagħna jilħaq l-aspettattivi tagħhom," qal il-Kummissarju Ewropew għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, Štefan Füle.

Il-biċċa l-kbira taċ-ċittadini fin-Nofsinhar (64%) għadhom ġeneralment sodisfatti bil-ħajja li qed jgħixu, li jikkuntrasta ma’ dawk fil-Lvant (47%). Iċ-ċittadini mill-viċinat tan-Nofsinhar huma wkoll iktar pożittivi minn dawk tas-Sħubija tal-Lvant tagħhom meta jiġġudikaw is-sitwazzjoni ekonomika f’pajjiżhom, b'39% jikkwalifikawha bħala tajba ħafna jew pjuttost tajba (meta mqabbla ma’ 25% fil-Lvant) u jgħidu li qed jistennewha ssir aħjar fit-12-il xahar li ġejjin.

Il-ġirien tan-Nofsinhar huma wkoll aktar ottimisti f'dak li jirrigwarda l-impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi: nofs iċ-ċittadini jaħsbu li l-impatt fuq is-suq tax-xogħol diġà laħaq il-quċċata tiegħu (meta mqabbla ma' terz fil-Lvant). Fiż-żewġ żoni, l-UE titqies bħala l-aħjar donatur biex tieħu azzjoni effettiva kontra l-impatt tal-kriżi f’pajjiżhom, wara l-gvern nazzjonali tagħhom (19% jgħidu dan fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, imqabbla ma’ 9% fil-pajjiżi tan-Nofsinhar).

L-istess stħarriġ juri madankollu li ħafna nies ma jħossuhomx li huma infurmati tajjeb dwar x’tagħmel l-UE fil-pajjiżi tagħhom. Dan jenfasizza l-ħtieġa li ċ-ċittadini f’pajjiżi sħab jiġu infurmati aħjar dwar is-Sħubija Ewropea tal-Viċinat (SEV); u l-għanijiet, l-istrumenti u l-kisbiet tagħha.

Il-kuntest

Barometru fuq il-Viċinat tal-UE

Il-Barometru tal-Viċinat tal-UE jwettaq stħarriġ tal-opinjoni pubblika f'16-il pajjiż u territorju msieħeb li jipparteċipaw fil-Politika Ewropea tal-Viċinat, flimkien mar-Russja, permezz ta' barometri standard ta' darbtejn fis-sena (ir-rebbiegħa u l-ħarifa) u barometru wieħed speċjali kull sena. L-istħarriġ ta' darbtejn fis-sena jimmira li jevalwa l-għarfien u l-perċezzjoni li l-popolazzjoni għandha tal-UE, tal-Politika tal-Viċinat tal-UE u tal-attivitajiet u l-programmi ta’ kooperazzjoni.

Dwar il-Politika tal-Viċinat tal-UE

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) toffri lil 16 mill-ġirien tal-UE tan-Nofsinhar u tal-Lvant il-possibbiltà ta' assoċjazzjoni politika aktar mill-qrib, aktar kummerċ u integrazzjoni ekonomika, iktar mobilità, u assistenza fir-riformi settorjali. L-għan tal-PEV huwa li tibni, flimkien mal-pajjiżi msieħba, viċinat ta' prosperità, sigurtà u stabbilità fuq il-bażi ta’ valuri kondiviżi u interessi komuni, filwaqt li jiġu promossi aktar prosperità, stabbiltà u sigurtà għall-partijiet kollha.

L-istrument finanzjarju ewlieni għall-assistenza lill-pajjiżi sħab tal-Viċinat huwa l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI). Huwa se jirċievi EUR 12-il biljun għall-perjodu finanzjarju 2007-2013.

Pakkett annwali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat flimkien ma’ rapporti dwar il-progress tal-pajjiżi qegħdin jiġu mħabbra llum. Għal aktar tagħrif ara - IP/13/245

Għal aktar tagħrif

Il-websajt tal-Barometru tal-Viċinat tal-UE - http://euneighbourhood.eu

Il-websajt tad-DĠ għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni - EuropeAid:

http://ec.europa.eu/europeaid/index_en.htm

Il-websajt tal-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, Štefan Füle:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/fule/index_en.htm

Dwar l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI);

www.ec.europa.eu/europeaid/where/neighbourhood/

Iċ-Ċentru tat-Tagħrif tal-Viċinat tal-UE:

http://www.enpi-info.eu

Memo/13/241 l-Alġerija

Memo/13/242 l-Armenja

Memo/13/243 l-Ażerbajġan

Memo/13/244 il-Belarus

Memo/13/245 l-Eġittu

Memo/13/246 il-Ġeorġja

Memo/13/247 l-Iżrael

Memo/13/248 il-Ġordan

Memo/13/249 il-Libanu

Memo/13/250 il-Libja

Memo/13/252 il-Moldova

Memo/13/253 il-Marokk

Memo/13/254 it-Territorju Okkupat Palestinjan

Memo/13/255 is-Sirja

Memo/13/256 it-Tuneżija

Memo/13/257 l-Ukraina

Persuni ta' kuntatt:

Peter Stano (+32 2 295 74 84)

Anca Paduraru (+32 2 296 64 30)

l-immaġni tal-UE

Ir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea

L-aktar oqsma importanti ta’ kooperazzjoni

L-impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website