Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 19 ta’ Marzu 2013

Is-sikurezza fit-toroq: L-UE tirraporta l-aktar għadd baxx ta’ mwiet fit-toroq u tieħu l-ewwel pass lejn strateġija għall-korrimenti

Madwar l-UE, il-fatalitajiet fit-toroq naqsu b’9 % fl-2012. Skont ċifri ġodda ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea, l-2012 rat l-inqas għadd ta’ persuni maqtula f'inċidenti tat-traffiku , f’pajjiżi tal-UE mill-ewwel darba li nġabret id-dejta.

Il-Kummissarju għat-trasport, il-Viċi President Siim Kallas, qal, "L-2012 kienet sena importanti għas-sikurezza fit-toroq Ewropej, bl-inqas għadd ta’ mwiet fit-toroq qatt irreġistrat." It-tnaqqis ta’ 9 % ifisser li s-sena l-oħra ġiet salvata 3,000 ħajja. Huwa ta’ inkoraġġiment kbir li qed naraw dawn it-tip ta’ riżultati. Imma kuljum għad hemm 75 persuna li titlef ħajjitha fit-toroq tal-Ewropa, u għalhekk ma hemm ebda lok għall-kompjaċenza. Għandna għanijiet ambizzjużi biex sal-2020 jitnaqqsu l-imwiet ikkawżati mill-inċidenti tat-traffiku fl-UE bin-nofs u biex nagħmlu dan jeħtieġ li nkomplu għaddejjin b’dan ir-ritmu.

L-imwiet fit-toroq huma biss il-bidu. Għal kull mewta li sseħħ fit-toroq tal-Ewropa hemm għaxar korrimenti serji bħal ħsara fil-moħħ jew fl-ispina dorsali. Għandna bżonn strateġija li tnaqqas l-għadd tal-korrimenti serji tat-traffiku, fl-UE kollha.”

Madankollu, l-istatistiki pajjiż b'pajjiż (ara t-tabella aktar l'isfel) juru li l-għadd ta’ mwiet għadu jvarja ħafna madwar l-UE. Ir-Renju Unit, l-Isvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi u d-Danimarka jibqgħu l-pajjiżi bl-inqas għadd ta’ mwiet fit-toroq, u jirrapurtaw madwar 30 persuna mejta għal kull miljun abitant.

Meta mqabbla maċ-ċifri diżappuntanti tal-2011, meta l-progress biex titnaqqas r-rata tal-imwiet fit-toroq waqgħet għal 2 %, it-tnaqqis ta’ 9 % fl-2012 fisser li l-Istati Membri reġgħu lura fit-triq it-tajba bl-għan li jitnaqqsu l-imwiet fit-toroq bin-nofs bejn l-2010 u l-2020. Sabiex dan l-għan jintlaħaq , huwa meħtieġ tnaqqis medju ta’ madwar 7 %.

L-aktar karatteristika ta' tħassib dwar l-istatistika fuq is-sikurezza fit-toroq għall-2011 kienet iż-żieda għolja fl-għadd ta’ mejtin tal-utenti vulnerabbli bħan-nies miexja, il-motoċiklisti u l-anzjani — minkejja t-tnaqqis kumplessiv tal-imwiet fit-toroq. Skont id-dejta provviżorja għall-2012, l-għadd tal-imwiet tal-utenti vulnerabbli naqas b’mod sostanzjali fl-2012.

Programm ta' azzjoni tal-UE għas-sikurezza fit-Toroq 2011-2020:

Il-Programm ta’ Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza fit-Toroq 2011-2020 (Ara MEMO/10/343) jistabbilixxi l-pjanijiet ta’ sfida biex jitnaqqsu l-għadd tal-imwiet fit-toroq Ewropej bin-nofs fl-għaxar snin li ġejjin. Fih proposti ambizzjużi li jiffukaw fuq titjib tal-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tal-utenti tat-triq. Pereżempju, inizjattivi reċenti importanti jinkludu:

Liċenzja tas-Sewqan tal-UE ġdida, minn Jannar tal-2013, bl-liġijiet aktar stretti dwar l-aċċess għaż-żgħażagħ għall-muturi b'saħħithom;.

Pjanijiet għall-infurzar nazzjonali sottomessi mill-Istati Membri li jipprovdu sors rikk tal-aħjar prattiki;

Liġijiet għall-infurzar transkonfinali biex irażżnu l-offiżi tat-traffiku magħmula f’pajjiżi barranin (sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, veloċità għolja, eċċ) infurzati minn Novembru tal-2012;

Ħidma lejn l-iżvilupp ta' strateġija għall-korrimenti (ara aktar ’l isfel).

Lejn strateġija għall-Korrimenti: Is-sitwazzjoni attwali

Huwa stmat li għal kull mewta fit-toroq tal-Ewropa, hemm 10 korrimenti serji u 40 li weġġgħu b'mod aktar ħafif.

Fattur ewlieni li kkontribwixxa għas-suċċess fl-indirizzar tal-imwiet fit-toroq kien l-approċċ ibbażat fuq ir-riżultati adottat f'żewġ strateġiji konsekuttivi ta’ għaxar snin dwar is-sikurezza fit-toroq tal-UE.. Ħafna jista' jinkiseb billi jiġi applikat iffukar simili fuq il-korrimenti tat-traffiku serji iżda mhux fatali. Il-problema hija li ċ-ċifri attwali dwar korrimenti serji huma stimi ta’ natura ġenerali. Hemm problemi b’rappurtar ħażin u mhux biżżejjed fir-rigward tal-korrimenti serji u ċ-ċifri mhumiex komparabbli madwar l-UE.

Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni Ewropea llum ppubblikat dokument fuq il-korrimenti serji kkawżati minn inċidenti tat-traffiku li jiddeskrivi l-passi li jmiss lejn strateġija komprensiva tal-UE dwar korrimenti tat-traffiku, b’mod partikolari: definizzjoni komuni tal-korrimenti serji minn inċidenti tat-traffiku (applikabbli mill-2013); progress għall-Istati Membri sabiex itejbu l-ġbir tad-dejta dwar l-aċċidenti tat-traffiku, (l-ewwel billi jirrapportaw bl-użu tal-metodi tal-ġbir ta’ dejta komparabbli madwar l-UE u billi jużaw definizzjoni ġdida, 2014); il-prinċipju li tiġi adottata mira f'livell tal-UE għat-tnaqqis tal-korrimenti serji fit-toroq (pereżempju għall-perjodu bejn l-2015 u l-2020)

Pass ewlieni ‘l quddiem diġà ttieħed fl-2012 bil-ftehim dwar sistema mifruxa mal-UE kollha għad-definizzjoni tal-korrimenti serji minn inċidenti tat-traffiku. Il-Kummissjoni Ewropea ħadmet b’mod estensiv mal-Istati Membri fil-Grupp tal-Livell Għoli tas-Sikurezza fit-Toroq biex jaqblu fuq l-użu tal-iskala tat-trawma MAIS (punteġġ imqassar għall-iħsara massima), għad-definizzjoni tal-korrimenti serji minn inċidenti tat-traffiku. Għal aktar tagħrif dwar l-istrateġija tal-korrimenti, ara MEMO/13/232

5 fatti prinċipali: X'diġa' nafu fuq il-korrimenti serji?

L-istimi attwali jindikaw:

Kull sena fl-UE, madwar 250,000 persuna tkorri b’mod serju f'aċċidenti fit-toroq — meta mqabbla mat-28,000 mewta fit-toroq fl-2012.

Filwaqt li l-għadd tal-imwiet fit-toroq naqas bit-43 % matul l-aħħar għaxar snin, l-għadd ta’ persuni li korrew b’mod serju naqas b’36 % biss.

L-aktar korrimenti serji tat-toroq komuni huma l-korrimenti fir-ras u l-moħħ, segwiti bil-korrimenti fis-saqajn u fl-ispina dorsali.

L-utenti tat-toroq vulnerabbli, pereżempju, nies mexjin, ċiklisti, motoċiklisti jew utenti ta' ċerti gruppi ta’ età - b’mod partikolari l-anzjani - huma l-aktar affetwati bil-korrimenti serji tat-toroq. Il-korrimenti serji minn inċidenti tat-traffiku jseħħu ħafna aktar fiż-żoni urbani milli fit-toroq rurali.

Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “L-ewwel passi importanti lejn strateġija għall-korriment” fuq

http://ec.europa.eu/transport/road_safety/topics/serious_injuries/index_en.htm

Għall-istatistiki tal-imwiet fit-toroq pajjiż b’pajjiż għall-20121

Stat Membru

Fatalitajiet għal kull miljun abitant

Evoluzzjoni tal-fatalitajiet

 

1965

2010

2011

2012

It-tnaqqis annwali medju 2000-2010

2010-2011

2011-2012

Belgique/België

147

77

78

73

-6%

2%

-12%

България (Bulgaria)

91

103

89

82

-3%

-15%

-8%

Česká republika

150

76

74

71

-5%

-4%

-4%

Danmark

212

46

40

32

-6%

-14%

-18%

Deutschland

234

45

49

44

-7%

10%

-10%

Eesti

178

58

75

65

-10%

29%

-14%

Éire/Ireland

124

47

41

36

-7%

-12%

-12%

Ελλάδα (Elláda)

89

111

101

92

-4%

-9%

-10%

España

114

54

45

41

-9%

-17%

-9%

France

249

62

61

56

-8%

-1%

-8%

Italia

186

68

64

62

-6%

-6%

-2%

Κύπρος (Kypros)/Kibris

162

73

85

59

-5%

18%

-28%

Latvija

290

97

86

86

-10%

-18%

-2%

Lietuva

250

90

97

100

-9%

-1%

2%

Luxembourg

250

64

64

65

-8%

3%

3%

Magyarország

86

74

64

60

-6%

-14%

-5%

Malta

36

36

51

26

-1%

40%

-48%

Nederland

202

32

33

32

-7%

2%

-1%

Österreich

252

66

62

64

-6%

-5%

4%

Polska

79

102

109

93

-4%

7%

-15%

Portugal

117

79

84

71

-6%

-7%

-16%

România

98

111

94

96

0%

-15%

1%

Slovenija

327

67

69

59

-7%

2%

-13%

Slovensko

128

68

60

55

-5%

-13%

-9%

Suomi/Finland

230

51

54

48

-5%

7%

-11%

Sverige

170

28

34

31

-8%

20%

-7%

United Kingdom

146

31

31

28

-7%

3%

-12%

UE

171

62

60

55

-6%

-2%

-9%

Kuntatti :

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)

1 :

Iċ-ċifri tal-2012 huma bbażati fuq dejta provviżorja; għal pajjiżi individwali, jista’ jkun hemm bidliet żgħar fid-dejta finali. Iċ-ċifri tal-1965 huma bbażati fuq dejta mill-Kummissjoni Ekonomika tan-NU għall-Ewropa (UNECE). Għall-pajjiżi li ġejjin, l-ewwel dejta disponibbli hija: Is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovenja (1970), l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja (1980).


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site