
Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, 19 ta’ Marzu 2013
Is-sikurezza fit-toroq: L-UE tirraporta l-aktar għadd baxx ta’ mwiet fit-toroq u tieħu l-ewwel pass lejn strateġija għall-korrimenti
Madwar l-UE, il-fatalitajiet fit-toroq naqsu b’9 % fl-2012. Skont ċifri ġodda ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea, l-2012 rat l-inqas għadd ta’ persuni maqtula f'inċidenti tat-traffiku , f’pajjiżi tal-UE mill-ewwel darba li nġabret id-dejta.
Il-Kummissarju għat-trasport, il-Viċi President Siim Kallas, qal, "L-2012 kienet sena importanti għas-sikurezza fit-toroq Ewropej, bl-inqas għadd ta’ mwiet fit-toroq qatt irreġistrat." It-tnaqqis ta’ 9 % ifisser li s-sena l-oħra ġiet salvata 3,000 ħajja. Huwa ta’ inkoraġġiment kbir li qed naraw dawn it-tip ta’ riżultati. Imma kuljum għad hemm 75 persuna li titlef ħajjitha fit-toroq tal-Ewropa, u għalhekk ma hemm ebda lok għall-kompjaċenza. Għandna għanijiet ambizzjużi biex sal-2020 jitnaqqsu l-imwiet ikkawżati mill-inċidenti tat-traffiku fl-UE bin-nofs u biex nagħmlu dan jeħtieġ li nkomplu għaddejjin b’dan ir-ritmu.
“L-imwiet fit-toroq huma biss il-bidu. Għal kull mewta li sseħħ fit-toroq tal-Ewropa hemm għaxar korrimenti serji bħal ħsara fil-moħħ jew fl-ispina dorsali. Għandna bżonn strateġija li tnaqqas l-għadd tal-korrimenti serji tat-traffiku, fl-UE kollha.”
Madankollu, l-istatistiki pajjiż b'pajjiż (ara t-tabella aktar l'isfel) juru li l-għadd ta’ mwiet għadu jvarja ħafna madwar l-UE. Ir-Renju Unit, l-Isvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi u d-Danimarka jibqgħu l-pajjiżi bl-inqas għadd ta’ mwiet fit-toroq, u jirrapurtaw madwar 30 persuna mejta għal kull miljun abitant.
Meta mqabbla maċ-ċifri diżappuntanti tal-2011, meta l-progress biex titnaqqas r-rata tal-imwiet fit-toroq waqgħet għal 2 %, it-tnaqqis ta’ 9 % fl-2012 fisser li l-Istati Membri reġgħu lura fit-triq it-tajba bl-għan li jitnaqqsu l-imwiet fit-toroq bin-nofs bejn l-2010 u l-2020. Sabiex dan l-għan jintlaħaq , huwa meħtieġ tnaqqis medju ta’ madwar 7 %.
L-aktar karatteristika ta' tħassib dwar l-istatistika fuq is-sikurezza fit-toroq għall-2011 kienet iż-żieda għolja fl-għadd ta’ mejtin tal-utenti vulnerabbli bħan-nies miexja, il-motoċiklisti u l-anzjani — minkejja t-tnaqqis kumplessiv tal-imwiet fit-toroq. Skont id-dejta provviżorja għall-2012, l-għadd tal-imwiet tal-utenti vulnerabbli naqas b’mod sostanzjali fl-2012.
Programm ta' azzjoni tal-UE għas-sikurezza fit-Toroq 2011-2020:
Il-Programm ta’ Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza fit-Toroq 2011-2020 (Ara MEMO/10/343) jistabbilixxi l-pjanijiet ta’ sfida biex jitnaqqsu l-għadd tal-imwiet fit-toroq Ewropej bin-nofs fl-għaxar snin li ġejjin. Fih proposti ambizzjużi li jiffukaw fuq titjib tal-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tal-utenti tat-triq. Pereżempju, inizjattivi reċenti importanti jinkludu:
Liċenzja tas-Sewqan tal-UE ġdida, minn Jannar tal-2013, bl-liġijiet aktar stretti dwar l-aċċess għaż-żgħażagħ għall-muturi b'saħħithom;.
Pjanijiet għall-infurzar nazzjonali sottomessi mill-Istati Membri li jipprovdu sors rikk tal-aħjar prattiki;
Liġijiet għall-infurzar transkonfinali biex irażżnu l-offiżi tat-traffiku magħmula f’pajjiżi barranin (sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, veloċità għolja, eċċ) infurzati minn Novembru tal-2012;
Ħidma lejn l-iżvilupp ta' strateġija għall-korrimenti (ara aktar ’l isfel).
Lejn strateġija għall-Korrimenti: Is-sitwazzjoni attwali
Huwa stmat li għal kull mewta fit-toroq tal-Ewropa, hemm 10 korrimenti serji u 40 li weġġgħu b'mod aktar ħafif.
Fattur ewlieni li kkontribwixxa għas-suċċess fl-indirizzar tal-imwiet fit-toroq kien l-approċċ ibbażat fuq ir-riżultati adottat f'żewġ strateġiji konsekuttivi ta’ għaxar snin dwar is-sikurezza fit-toroq tal-UE.. Ħafna jista' jinkiseb billi jiġi applikat iffukar simili fuq il-korrimenti tat-traffiku serji iżda mhux fatali. Il-problema hija li ċ-ċifri attwali dwar korrimenti serji huma stimi ta’ natura ġenerali. Hemm problemi b’rappurtar ħażin u mhux biżżejjed fir-rigward tal-korrimenti serji u ċ-ċifri mhumiex komparabbli madwar l-UE.
Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni Ewropea llum ppubblikat dokument fuq il-korrimenti serji kkawżati minn inċidenti tat-traffiku li jiddeskrivi l-passi li jmiss lejn strateġija komprensiva tal-UE dwar korrimenti tat-traffiku, b’mod partikolari: definizzjoni komuni tal-korrimenti serji minn inċidenti tat-traffiku (applikabbli mill-2013); progress għall-Istati Membri sabiex itejbu l-ġbir tad-dejta dwar l-aċċidenti tat-traffiku, (l-ewwel billi jirrapportaw bl-użu tal-metodi tal-ġbir ta’ dejta komparabbli madwar l-UE u billi jużaw definizzjoni ġdida, 2014); il-prinċipju li tiġi adottata mira f'livell tal-UE għat-tnaqqis tal-korrimenti serji fit-toroq (pereżempju għall-perjodu bejn l-2015 u l-2020)
Pass ewlieni ‘l quddiem diġà ttieħed fl-2012 bil-ftehim dwar sistema mifruxa mal-UE kollha għad-definizzjoni tal-korrimenti serji minn inċidenti tat-traffiku. Il-Kummissjoni Ewropea ħadmet b’mod estensiv mal-Istati Membri fil-Grupp tal-Livell Għoli tas-Sikurezza fit-Toroq biex jaqblu fuq l-użu tal-iskala tat-trawma MAIS (punteġġ imqassar għall-iħsara massima), għad-definizzjoni tal-korrimenti serji minn inċidenti tat-traffiku. Għal aktar tagħrif dwar l-istrateġija tal-korrimenti, ara MEMO/13/232
5 fatti prinċipali: X'diġa' nafu fuq il-korrimenti serji?
L-istimi attwali jindikaw:
Kull sena fl-UE, madwar 250,000 persuna tkorri b’mod serju f'aċċidenti fit-toroq — meta mqabbla mat-28,000 mewta fit-toroq fl-2012.
Filwaqt li l-għadd tal-imwiet fit-toroq naqas bit-43 % matul l-aħħar għaxar snin, l-għadd ta’ persuni li korrew b’mod serju naqas b’36 % biss.
L-aktar korrimenti serji tat-toroq komuni huma l-korrimenti fir-ras u l-moħħ, segwiti bil-korrimenti fis-saqajn u fl-ispina dorsali.
L-utenti tat-toroq vulnerabbli, pereżempju, nies mexjin, ċiklisti, motoċiklisti jew utenti ta' ċerti gruppi ta’ età - b’mod partikolari l-anzjani - huma l-aktar affetwati bil-korrimenti serji tat-toroq. Il-korrimenti serji minn inċidenti tat-traffiku jseħħu ħafna aktar fiż-żoni urbani milli fit-toroq rurali.
Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “L-ewwel passi importanti lejn strateġija għall-korriment” fuq
http://ec.europa.eu/transport/road_safety/topics/serious_injuries/index_en.htm
Għall-istatistiki tal-imwiet fit-toroq pajjiż b’pajjiż għall-20121
Stat Membru | Fatalitajiet għal kull miljun abitant | Evoluzzjoni tal-fatalitajiet | |||||
| 1965 | 2010 | 2011 | 2012 | It-tnaqqis annwali medju 2000-2010 | 2010-2011 | 2011-2012 |
Belgique/België | 147 | 77 | 78 | 73 | -6% | 2% | -12% |
България (Bulgaria) | 91 | 103 | 89 | 82 | -3% | -15% | -8% |
Česká republika | 150 | 76 | 74 | 71 | -5% | -4% | -4% |
Danmark | 212 | 46 | 40 | 32 | -6% | -14% | -18% |
Deutschland | 234 | 45 | 49 | 44 | -7% | 10% | -10% |
Eesti | 178 | 58 | 75 | 65 | -10% | 29% | -14% |
Éire/Ireland | 124 | 47 | 41 | 36 | -7% | -12% | -12% |
Ελλάδα (Elláda) | 89 | 111 | 101 | 92 | -4% | -9% | -10% |
España | 114 | 54 | 45 | 41 | -9% | -17% | -9% |
France | 249 | 62 | 61 | 56 | -8% | -1% | -8% |
Italia | 186 | 68 | 64 | 62 | -6% | -6% | -2% |
Κύπρος (Kypros)/Kibris | 162 | 73 | 85 | 59 | -5% | 18% | -28% |
Latvija | 290 | 97 | 86 | 86 | -10% | -18% | -2% |
Lietuva | 250 | 90 | 97 | 100 | -9% | -1% | 2% |
Luxembourg | 250 | 64 | 64 | 65 | -8% | 3% | 3% |
Magyarország | 86 | 74 | 64 | 60 | -6% | -14% | -5% |
Malta | 36 | 36 | 51 | 26 | -1% | 40% | -48% |
Nederland | 202 | 32 | 33 | 32 | -7% | 2% | -1% |
Österreich | 252 | 66 | 62 | 64 | -6% | -5% | 4% |
Polska | 79 | 102 | 109 | 93 | -4% | 7% | -15% |
Portugal | 117 | 79 | 84 | 71 | -6% | -7% | -16% |
România | 98 | 111 | 94 | 96 | 0% | -15% | 1% |
Slovenija | 327 | 67 | 69 | 59 | -7% | 2% | -13% |
Slovensko | 128 | 68 | 60 | 55 | -5% | -13% | -9% |
Suomi/Finland | 230 | 51 | 54 | 48 | -5% | 7% | -11% |
Sverige | 170 | 28 | 34 | 31 | -8% | 20% | -7% |
United Kingdom | 146 | 31 | 31 | 28 | -7% | 3% | -12% |
UE | 171 | 62 | 60 | 55 | -6% | -2% | -9% |
Kuntatti : Helen Kearns (+32 2 298 76 38) Dale Kidd (+32 2 295 74 61) |
Iċ-ċifri tal-2012 huma bbażati fuq dejta provviżorja; għal pajjiżi individwali, jista’ jkun hemm bidliet żgħar fid-dejta finali. Iċ-ċifri tal-1965 huma bbażati fuq dejta mill-Kummissjoni Ekonomika tan-NU għall-Ewropa (UNECE). Għall-pajjiżi li ġejjin, l-ewwel dejta disponibbli hija: Is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovenja (1970), l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja (1980).