Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013

Id-drittijiet taċ-ċittadini jsiru realtà tanġibbli 500 ċentru ta’ informazzjoni jinfurmaw liċ-ċittadini madwar l-Ewropa

Illum, Viviane Reding, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Othmar Karas, l-Viċi President tal-Parlament Ewropew nedew ġenerazzjoni ġdida ta’ “Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct”. In-netwerk il-ġdid se jestendi l-possibbiltajiet għaċ-ċittadini biex jiksbu informazzjoni u pariri prattiċi dwar kif jeżerċitaw id-drittijiet fl-Unjoni Ewropea. Issa hemm 500 ċentru fl-Ewropa, għall-500 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea. Il-Kroazja se tissieħeb man-netwerk aktar tard fl-2013. It-tħabbira waslet hekk kif rappreżentanti miċ-ċentri qed jiltaqgħu fi Brussell għal-Laqgħa Ġenerali Annwali tan-Netwerk Europe Direct.

“Iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct huma quddiem nett biex ikunu l-wiċċ pubbliku, l-għajnejn, il-widnejn u l-leħen tal-politiki tagħna u tad-drittijiet taċ-ċittadini fl-Ewropa," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. “Iċ-ċifri huma impressjonanti: Is-sena l-oħra biss iċ-Ċentri rċevew fuq miljun mistoqsija. Għalhekk illum qed inkabbru n-netwerk biex iċ-ċentri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu sehemhom biex iwieġbu l-mistoqsijiet taċ-ċittadini u jgħinu biex jistimulaw dibattitu Ewropew fil-livell lokali.”

Iċ-ċentri l-ġodda ntgħażlu mill-Kummissjoni Ewropea għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi ta’ kompetizzjoni miftuħa. Kandidati li jikkwalifikaw, ikkofinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea, issa jistgħu jużaw it-tikketta ta’ “Ċentru ta’ Informazzjoni Europe Direct”. Ħafna ċentri huma mmexxija minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, assoċjazzjonijiet jew kmamar tal-kummerċ.

L-ewwel ġenerazzjoni ta’ ċentri tnediet fl-2005. Minn dak iż-żmien 'l hawn in-nies madwar l-Ewropa qed jużawhom aktar u aktar. F'dawn l-aħħar erba’ snin biss tat-tieni ġenerazzjoni, iċ-ċentri rċevew madwar 3.3 miljun domanda personali, organizzaw aktar minn 41,000 avvenimenti u wieġbu aktar minn miljun email.

In-Netwerk Europe Direct għandu rwol kruċjali x’jaqdi biex jipprovdi rabta diretta mal-persuni f’pajjiżhom stess, ikellimhom b’mod li huwa kemm rilevanti lilhom u li jinftiehem ukoll. It-tħabbira tal-lum ġiet matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013, sena ddedikata għaċ-ċittadini Ewropej u għad-drittijiet tagħhom. Bħala parti mill-isforzi ta' sensibilizzazzjoni, matul is-sena 2013, il-Viċi President Reding u l-Kummissarji l-oħrajn se jingħaqdu mal-politiċi nazzjonali u lokali biex jagħmlu dibattiti maċ-ċittadini madwar l-Ewropa kollha – biex jisimgħuhom u jwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom.

Kuntest:

In-Netwerk ta’ informazzjoni Europe Direct tneda għall-ewwel darba fl-2005. Iċ-Ċentri fl-Istati Membri huma wieħed mill-mezzi tal-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi komunikazzjoni għall-pubbliku ġenerali f'livell lokali. Is-servizzi taċ-ċentri huma bla ħlas għall-pubbliku ġenerali.

Iċ-ċentri huma kofinanzjati u jirċievu massimu ta’ EUR 25 000 kull sena mill-Kummissjoni Ewropea għal attivitajiet tagħhom ta’ informazzjoni dwar l-UE. Il-baġit totali tal-UE għaċ-ċentri kollha jibqa’ l-istess, jiġifieri massimu ta’ EUR 11.4 miljun fis-sena.

Hemm erba’ servizzi differenti disponibbli għal nies taħt il-kappa ta’ “Europe Direct”. Kollha kemm huma jaqdu liċ-ċittadini, kollha kemm huma huma bla ħlas.

  • Iċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct (EDCC) joffri servizz ta’ informazzjoni bit-telefown u bil-posta madwar l-UE dwar il-kwistjonijiet kollha tal-UE;

  • Iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDICs) huma punt ta’ kuntatt lokali. Huma jipprovdu informazzjoni u jwieġbu mistoqsijiet dwar kull tip ta’ kwistjoniji Ewropeja. U jwieġbu personalment u jiqisu l-kuntest lokali. Persunal imħarreġ sew jinteraġixxi man-nies billi jorganizzaw avvenimenti fi skejjel, dibattiti ma’ politiċi lokali u reġjonali u jippreżentaw l-Ewropa fil-fieri. B’aktar minn miljun inkjesta fis-sena, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa jkollhom il-possibbiltà li jitgħallmu direttament dwar il-ħtiġijiet u t-tħassib tan-nies.

  • Iċ-Ċentri ta’ Dokumentazzjoni Ewropej jippromwovu l-edukazzjoni u r-riċerka dwar l-integrazzjoni mal-UE. Huma joffru firxa wiesgħa ta’ dokumenti dwar l-affarijiet Ewropej u jħeġġu lill-komunità akkademika biex tinvolvi ruħha fid-dibattitu dwar l-Ewropa.

  • Il-kelliema tat-Team Europe dwar l-affarijiet tal-UE. Speċjalisti fid-diversi suġġetti marbuta mal-UE, jitkellmu f’konferenzi, f’universitajiet u skejjel dwar kwistjonijiet Ewropej.

Għal aktar informazzjoni

Link diretta ma’ Europe Direct:

http://europa.eu/europedirect/index_en.htm

Mappa biċ-“Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct":

http://europa.eu/europedirect/meet_us/interactive_map/index_en.htm

Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-futur tal-Ewropa:

http://ec.europa.eu/european-debate

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini:

http://europa.eu/citizens-2013

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @ vivianeredingeu

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESS

1 Il-ġenerazzjoni l-ġdida taċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDICs)

Number of EDICs per Member State (2013-2017)

Member State

Number of EDICs

Belgium

12

Bulgaria

15

Czech Republic

13

Denmark

5

Germany

55

Estonia

9

Ireland

8

Greece

19

Spain

47

France

50

Italy

48

Cyprus

3

Latvia

9

Lithuania

10

Luxembourg

2

Hungary

20

Malta

3

The Netherlands

14

Austria

11

Poland

31

Portugal

19

Romania

31

Slovenia

7

Slovakia

12

Finland

8

Sweden

20

United Kingdom

18

Total

499

2 Attivitajiet taċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDICs) fl-2012

Activities of Europe Direct Information Centres (EDICs)

per Member State

(Indicative statistics for 2012)

Member State

Number of EDICs selected for 2009-2012

Number of personal contacts (visits, email requests, telephone calls etc.)

Number of publications produced (reports, leaflets newsletters, leaflets, audio-visual material etc.)

Number of events organised

Austria

11

12647

215

38

Belgium

10

8324

194

151

Bulgaria

14

48906

315

335

Cyprus

2

2832

25

1

Czech Republic

11

5504

315

132

Denmark

4

5531

75

9

Estonia

8

9097

123

56

Finland

23

35742

122

105

France

56

123256

750

505

Germany

59

163959

867

459

Greece

18

12437

250

32

Hungary

18

23685

159

214

Ireland

7

11104

60

55

Italy

49

179731

894

695

Latvia

9

9099

224

125

Lithuania

10

17933

160

28

Luxembourg

2

5022

1

1

Malta

2

3003

31

16

The Netherlands

13

25721

267

59

Poland

27

58624

590

612

Portugal

16

8124

195

84

Romania

31

36643

901

257

Slovak Republic

12

6610

66

68

Slovenia

6

19847

106

121

Spain

47

102657

912

402

Sweden

19

30731

258

175

United Kingdom

16

70184

172

167

TOTAL

500

1036953

8247

4902

3 Aktar minn miljun kuntatt personali fl-2012 — Deskrizzjoni

1036953 personal contacts (visits, email requests, telephone calls etc.)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site