
Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013
Id-drittijiet taċ-ċittadini jsiru realtà tanġibbli 500 ċentru ta’ informazzjoni jinfurmaw liċ-ċittadini madwar l-Ewropa
Illum, Viviane Reding, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Othmar Karas, l-Viċi President tal-Parlament Ewropew nedew ġenerazzjoni ġdida ta’ “Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct”. In-netwerk il-ġdid se jestendi l-possibbiltajiet għaċ-ċittadini biex jiksbu informazzjoni u pariri prattiċi dwar kif jeżerċitaw id-drittijiet fl-Unjoni Ewropea. Issa hemm 500 ċentru fl-Ewropa, għall-500 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea. Il-Kroazja se tissieħeb man-netwerk aktar tard fl-2013. It-tħabbira waslet hekk kif rappreżentanti miċ-ċentri qed jiltaqgħu fi Brussell għal-Laqgħa Ġenerali Annwali tan-Netwerk Europe Direct.
“Iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct huma quddiem nett biex ikunu l-wiċċ pubbliku, l-għajnejn, il-widnejn u l-leħen tal-politiki tagħna u tad-drittijiet taċ-ċittadini fl-Ewropa," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. “Iċ-ċifri huma impressjonanti: Is-sena l-oħra biss iċ-Ċentri rċevew fuq miljun mistoqsija. Għalhekk illum qed inkabbru n-netwerk biex iċ-ċentri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu sehemhom biex iwieġbu l-mistoqsijiet taċ-ċittadini u jgħinu biex jistimulaw dibattitu Ewropew fil-livell lokali.”
Iċ-ċentri l-ġodda ntgħażlu mill-Kummissjoni Ewropea għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi ta’ kompetizzjoni miftuħa. Kandidati li jikkwalifikaw, ikkofinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea, issa jistgħu jużaw it-tikketta ta’ “Ċentru ta’ Informazzjoni Europe Direct”. Ħafna ċentri huma mmexxija minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, assoċjazzjonijiet jew kmamar tal-kummerċ.
L-ewwel ġenerazzjoni ta’ ċentri tnediet fl-2005. Minn dak iż-żmien 'l hawn in-nies madwar l-Ewropa qed jużawhom aktar u aktar. F'dawn l-aħħar erba’ snin biss tat-tieni ġenerazzjoni, iċ-ċentri rċevew madwar 3.3 miljun domanda personali, organizzaw aktar minn 41,000 avvenimenti u wieġbu aktar minn miljun email.
In-Netwerk Europe Direct għandu rwol kruċjali x’jaqdi biex jipprovdi rabta diretta mal-persuni f’pajjiżhom stess, ikellimhom b’mod li huwa kemm rilevanti lilhom u li jinftiehem ukoll. It-tħabbira tal-lum ġiet matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013, sena ddedikata għaċ-ċittadini Ewropej u għad-drittijiet tagħhom. Bħala parti mill-isforzi ta' sensibilizzazzjoni, matul is-sena 2013, il-Viċi President Reding u l-Kummissarji l-oħrajn se jingħaqdu mal-politiċi nazzjonali u lokali biex jagħmlu dibattiti maċ-ċittadini madwar l-Ewropa kollha – biex jisimgħuhom u jwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom.
Kuntest:
In-Netwerk ta’ informazzjoni Europe Direct tneda għall-ewwel darba fl-2005. Iċ-Ċentri fl-Istati Membri huma wieħed mill-mezzi tal-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi komunikazzjoni għall-pubbliku ġenerali f'livell lokali. Is-servizzi taċ-ċentri huma bla ħlas għall-pubbliku ġenerali.
Iċ-ċentri huma kofinanzjati u jirċievu massimu ta’ EUR 25 000 kull sena mill-Kummissjoni Ewropea għal attivitajiet tagħhom ta’ informazzjoni dwar l-UE. Il-baġit totali tal-UE għaċ-ċentri kollha jibqa’ l-istess, jiġifieri massimu ta’ EUR 11.4 miljun fis-sena.
Hemm erba’ servizzi differenti disponibbli għal nies taħt il-kappa ta’ “Europe Direct”. Kollha kemm huma jaqdu liċ-ċittadini, kollha kemm huma huma bla ħlas.
Iċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct (EDCC) joffri servizz ta’ informazzjoni bit-telefown u bil-posta madwar l-UE dwar il-kwistjonijiet kollha tal-UE;
Iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDICs) huma punt ta’ kuntatt lokali. Huma jipprovdu informazzjoni u jwieġbu mistoqsijiet dwar kull tip ta’ kwistjoniji Ewropeja. U jwieġbu personalment u jiqisu l-kuntest lokali. Persunal imħarreġ sew jinteraġixxi man-nies billi jorganizzaw avvenimenti fi skejjel, dibattiti ma’ politiċi lokali u reġjonali u jippreżentaw l-Ewropa fil-fieri. B’aktar minn miljun inkjesta fis-sena, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa jkollhom il-possibbiltà li jitgħallmu direttament dwar il-ħtiġijiet u t-tħassib tan-nies.
Iċ-Ċentri ta’ Dokumentazzjoni Ewropej jippromwovu l-edukazzjoni u r-riċerka dwar l-integrazzjoni mal-UE. Huma joffru firxa wiesgħa ta’ dokumenti dwar l-affarijiet Ewropej u jħeġġu lill-komunità akkademika biex tinvolvi ruħha fid-dibattitu dwar l-Ewropa.
Il-kelliema tat-Team Europe dwar l-affarijiet tal-UE. Speċjalisti fid-diversi suġġetti marbuta mal-UE, jitkellmu f’konferenzi, f’universitajiet u skejjel dwar kwistjonijiet Ewropej.
Link diretta ma’ Europe Direct:
http://europa.eu/europedirect/index_en.htm
Mappa biċ-“Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct":
http://europa.eu/europedirect/meet_us/interactive_map/index_en.htm
Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-futur tal-Ewropa:
http://ec.europa.eu/european-debate
Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini:
http://europa.eu/citizens-2013
Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:
Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @ vivianeredingeu
Kuntatti: Mina Andreeva (+32 2 299 13 82) Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56) |
ANNESS
1 Il-ġenerazzjoni l-ġdida taċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDICs)
Number of EDICs per Member State (2013-2017) | |
Member State | Number of EDICs |
Belgium | 12 |
Bulgaria | 15 |
Czech Republic | 13 |
Denmark | 5 |
Germany | 55 |
Estonia | 9 |
Ireland | 8 |
Greece | 19 |
Spain | 47 |
France | 50 |
Italy | 48 |
Cyprus | 3 |
Latvia | 9 |
Lithuania | 10 |
Luxembourg | 2 |
Hungary | 20 |
Malta | 3 |
The Netherlands | 14 |
Austria | 11 |
Poland | 31 |
Portugal | 19 |
Romania | 31 |
Slovenia | 7 |
Slovakia | 12 |
Finland | 8 |
Sweden | 20 |
United Kingdom | 18 |
Total | 499 |
2 Attivitajiet taċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDICs) fl-2012
Activities of Europe Direct Information Centres (EDICs) per Member State (Indicative statistics for 2012) | ||||
Member State | Number of EDICs selected for 2009-2012 | Number of personal contacts (visits, email requests, telephone calls etc.) | Number of publications produced (reports, leaflets newsletters, leaflets, audio-visual material etc.) | Number of events organised |
Austria | 11 | 12647 | 215 | 38 |
Belgium | 10 | 8324 | 194 | 151 |
Bulgaria | 14 | 48906 | 315 | 335 |
Cyprus | 2 | 2832 | 25 | 1 |
Czech Republic | 11 | 5504 | 315 | 132 |
Denmark | 4 | 5531 | 75 | 9 |
Estonia | 8 | 9097 | 123 | 56 |
Finland | 23 | 35742 | 122 | 105 |
France | 56 | 123256 | 750 | 505 |
Germany | 59 | 163959 | 867 | 459 |
Greece | 18 | 12437 | 250 | 32 |
Hungary | 18 | 23685 | 159 | 214 |
Ireland | 7 | 11104 | 60 | 55 |
Italy | 49 | 179731 | 894 | 695 |
Latvia | 9 | 9099 | 224 | 125 |
Lithuania | 10 | 17933 | 160 | 28 |
Luxembourg | 2 | 5022 | 1 | 1 |
Malta | 2 | 3003 | 31 | 16 |
The Netherlands | 13 | 25721 | 267 | 59 |
Poland | 27 | 58624 | 590 | 612 |
Portugal | 16 | 8124 | 195 | 84 |
Romania | 31 | 36643 | 901 | 257 |
Slovak Republic | 12 | 6610 | 66 | 68 |
Slovenia | 6 | 19847 | 106 | 121 |
Spain | 47 | 102657 | 912 | 402 |
Sweden | 19 | 30731 | 258 | 175 |
United Kingdom | 16 | 70184 | 172 | 167 |
TOTAL | 500 | 1036953 | 8247 | 4902 |
3 Aktar minn miljun kuntatt personali fl-2012 — Deskrizzjoni
1036953 personal contacts (visits, email requests, telephone calls etc.)
