Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

L-impjieg: Il-Kummissjoni tipproponi regoli biex tagħmel l-Inizjattiva dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ realtà

Commission Européenne - IP/13/217   12/03/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-12 ta’ Marzu 2013

L-impjieg: Il-Kummissjoni tipproponi regoli biex tagħmel l-Inizjattiva dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ realtà

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi regoli operattivi biex timplimenta l-Inizjattiva dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ biex tiġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ. L-Inizjattiva dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ kienet proposta mill-Kunsill Ewropew tas-7-8 ta’ Frar 2013 b'baġit ta’ EUR 6 biljun għall-perjodu 2014-20.

László Andor, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni qal: "Wara sinjal politiku qawwi mogħti mill-Kunsill Ewropew biex isostni l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u miżuri oħrajn li jindirizzaw il-livelli rekord ta' qgħad, il-Kummissjoni ressqet il-proposta konkreta li tippermetti lill-Istati Membri li jibdew jużaw ir-riżorsi mill-ewwel ladarba l-qafas baġitarju l-ġdid għall-2014-20 jidħol fis-seħħ."

L-Inizjattiva dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ se tkun partikolarment ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ li mhumiex la fl-edukazzjoni, la qed jaħdmu jew lanqas fuq taħriġ (NEETs) fir-reġjuni tal-Unjoni b’rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ ’l fuq minn 25 % fl-2012. Se tiffoka fuq l-integrazzjoni tan-NEETs fis-suq tax-xogħol.

Għalhekk il-flus marbutin mal-Inizjattiva dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ għandhom jintużaw biex jissaħħu u jitħaffu l-miżuri deskritti fil-Pakkett dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ ta’ Diċembru 2012. B’mod partikolari, il-fondi se jkunu disponibbli għall-Istati Membri biex jiffinanzjaw miżuri biex jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni dwar l-Garanzija għaż-Żgħażagħ fir-reġjuni eliġibbli maqbula bejn il-Kunsill tal-UE dwar l-Impjiegi u l-Ministri tal-Affarijiet Soċjali fit-28 ta' Frar (ara l-MEMO/13/152). Skont il-“Garanzija għaż-Żgħażagħ”, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ miżuri sabiex jiżguraw li ż-żgħażagħ sal-età ta’ 25 jirċievu offerta ta’ xogħol ta’ kwalità tajba, edukazzjoni mtenna, apprendistat jew traineeship fi żmien erba’ xhur minn meta jitilqu mill-iskola jew jisfaw bla xogħol.

L-Inizjattiva dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ se tkun komplementari għal proġetti oħrajn imwettqa fuq il-livell nazzjonali, inklużi dawk bis-sostenn tal-FSE, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti jew implimentati skemi ta’ garanziji għaż-żgħażagħ, bħalma hi r-riforma tal-istituzzjonijiet u servizzi relevanti.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament, EUR 3 biljun se jiġu mil-linja baġitarja dedikata lill-Impjiegi għaż-żgħażagħ u kkumplimentata, mill-inqas, b’EUR 3 biljun oħra mill-Fond Soċjali Ewropew. Fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji attwali minħabba l-kriżi ekonomika tal-Istati Membri, il-kontribuzzjoni mill-Fond Soċjali Ewropew biss se tkun teħtieġ l-Istati Membri li jżidu l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom stess.

L-isfond

Iż-żgħażagħ ġew affettwati partikolarment ħażin mill-kriżi ekonomika. F'Jannar 2013, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE kienet iktar mid-doppju tar-rata tal-adulti, bi 23.6 %. Hemm 7.5 miljun żagħżugħ u żagħżugħa Ewropej (tal-età bejn il-15 u l-24 sena) li ma għandhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) fl-UE. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa partikolarment akut f’ċerti reġjuni. Din mhix biss problema għall-individwi kkonċernati iżda wkoll tippreżenta theddida serja lill-koeżjoni soċjali fl-UE u toħloq ir-riskju li jkun hemm impatt negattiv fit-tul fuq il-potenzjal ekonomiku tal-Ewropa u l-kompetittività.

Fil-5 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat il-Pakkett dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ biex tindirizza l-livelli għolja inaċċettabbli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ. Dan jinkludi proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-Twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, iniedi t-tieni fażi ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali dwar Qafas ta’ Kwalità dwar it-Traineeships, iħabbar l-Alleanza Ewropea għal Apprendistati u jfassal metodi biex jitnaqqsu l-ostakli għall-mobilità taż-żgħażagħ.

Il-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ huwa għan ewlieni tal-politika ta’ Koeżjoni appoġġata kemm mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond Soċjali Ewropew. Il-Kunsill Ewropew tas-7-8 ta’ Frar 2013 iddeċieda li nagħmlu pass ieħor fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ billi ppropona l-Inizjattiva dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ.

Għal aktar tagħrif

Il-Pakkett dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ

Stqarrija għall-istampa: IP/12/1311

Memo: MEMO/12/938

Diskors: SPEECH/12/910

Video: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1036&langId=en&furtherVideos=yes

L-aħbar fuq il-websajt tad-DĠ għall-Impjiegi:

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=89&newsId=1829&furtherNews=yes

Il-paġna dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ: http://ec.europa.eu/social/youthemployment

Il-websajt ta’ László Andor:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/andor/index_en.htm

Segwi lil László Andor fuq Twitter: https://twitter.com/laszloandoreu

Inkiteb bla ħlas fin-newsletter bl-email tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet Soċjali u l-inklużjoni: http://ec.europa.eu/social/e-newsletter

Kuntatti :

Jonathan Todd (+32 2 299 41 07)

Cécile Dubois (+32 2 295 18 83)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site