Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-12 ta' Marzu 2013

SMEs: Il-kultura dannuża ta' ħlas tard għandha tintemm fis-16 ta' Marzu

Kuljum madwar l-Ewropa, għadd ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs) ifallu minħabba li l-fatturi tagħhom ma jitħallsux. Bħala riżultat ta' dan, jintilfu l-impjiegi filwaqt li l-opportunitajiet ta' negozju jibqgħu mhux sfruttati, u dan iwaqqaf it-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, sabiex jitwaqqaf il-ħlas tard, l-Unjoni Ewropea adottat id-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali. Sas-16 ta' Marzu 2013, l-Istati Membri jridu jkunu integraw id-Direttiva riveduta dwar il-ħlas tard fil-liġi nazzjonali tagħhom. Din tobbliga lill-awtoritajiet pubbliċi jħallsu għall-prodotti u s-servizzi li jkunu akkwistaw fi żmien 30 jum jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fi żmien 60 jum. In-negozji għandhom iħallsu l-fatturi tagħhom fi żmien 60 jum, sakemm dawn ma jiftehmux espressament mod ieħor u jekk dan ma jkunx inġust għall-aħħar għall-kreditur.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju għall-Industrija u l-Intraprenditorija, Antonio Tajani, qal: "Huwa partikolarment diffiċli għall-SMEs li jiġġieldu għad-dritt tagħhom għal ħlas fil-pront. Ħlas tard ifisser li l-SMEs jitilfu l-ħin u l-flus, u t-tilwim jista' jħassar ir-relazzjonijiet tagħhom mal-klijenti. Din il-kultura dannuża ta' ħlas tard trid tieqaf. Wasal iż-żmien li l-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard fil-liġi nazzjonali tagħhom; b'hekk l-SMEs jingħataw l-appoġġ vitali li jeħtieġu f'dawn iż-żminijiet diffiċli u jiġu megħjuna sabiex jissodisfaw ir-rwol essenzjali li għandhom fil-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa."

Aktar informazzjoni dwar id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard u s-seminars ta' informazzjoni fl-Istati Membri

Ir-regoli l-ġodda huma sempliċi:

  • L-awtoritajiet pubbliċi għandhom iħallsu għall-prodotti u s-servizzi li jkunu akkwistaw fi żmien 30 jum jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fi żmien 60 jum.

  • Il-libertà kuntrattwali fit-tranżazzjonijiet kummerċjali tan-negozji: L-intrapriżi għandhom iħallsu l-fatturi tagħhom fi żmien 60 jum, sakemm dawn ma jiftehmux espressament mod ieħor u jekk dan ma jkunx inġust għall-aħħar għall-kreditur.

  • L-intrapriżi huma awtomatikament intitolati li jitolbu l-imgħax għall-ħlasijiet tard u jistgħu jiksbu wkoll awtomatikament ammont fiss minimu ta’ EUR 40 bħala kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru tal-ħlas. Dawn jistgħu wkoll jitolbu kumpens għall-ispejjeż raġonevoli kollha tal-irkupru li jifdal.

  • Ir-rata tal-imgħax statutorja għal ħlas tard tiżdied sa mill-inqas 8 punti perċentwali ogħla mir-rata ta' referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-awtoritajiet pubbliċi mhumiex awtorizzati li jiffissaw rata tal-imgħax għal ħlas tard li jkun taħt dan il-limitu.

  • L-intrapriżi jistgħu jikkontestaw aktar faċilment il-klawżoli u l-prattiki ferm inġusti quddiem il-qrati nazzjonali.

  • Aktar trasparenza u sensibilizzazzjoni: L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-rati tal-imgħax għal ħlas tard sabiex il-partijiet kollha involuti jkunu informati.

  • L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu kodiċijiet ta' prattika għall-ħlas fil-pront.

  • L-Istati Membri jistgħu jkomplu jżommu jew idaħħlu fis-seħħ liġijiet u regolamenti li huma aktar favorevoli għall-kreditur mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Il-miżuri l-ġodda huma fakultattivi għall-intrapriżi, sakemm dawn jiksbu d-dritt li jieħdu azzjoni iżda mhumiex obbligati li jagħmlu dan. F'ċerti ċirkustanzi, jista' jkun li negozju jkun jixtieq jestendi l-perjodu tal-ħlas b'xi ġranet jew ġimgħat sabiex iżomm relazzjoni kummerċjali tajba ma' klijent speċifiku. Iżda l-miżuri l-ġodda huma obbligatorji għall-awtoritajiet pubbliċi. Dawn għandhom jagħtu l-eżempju u juru l-affidabbiltà u l-effiċjenza tagħhom billi jirrispettaw il-kuntratti tagħhom.

Kuntest

Id-Direttiva Ewropea dwar il-Ħlas Tard tfasslet biex jiġi miġġieled il-ħlas tard tat-tranżazzjonijiet kummerċjali. L-att oriġinarju tiegħu, l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA), jirrifletti r-rieda tal-Kummissjoni li tagħraf ir-rwol ċentrali tal-SMEs fl-ekonomija tal-UE u jenfasizza li l-aċċess effettiv għall-finanzi huwa waħda mill-isfidi ewlenin li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs. (MEMO/12/742).

Kuntatti :

Carlo Corazza (+32 2 295 17 52)

Sara Tironi (+32 2 299 04 03)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site