Sélecteur de langues
Chemin de navigation

Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, is-6 ta' Marzu 2013
Il-Jum Internazzjonali tal-Mara: Tolleranza żero għall-mutilazzjoni ġenitali femminili
Qabel il-Jum Internazzjonali tal-Mara fit-8 ta' Marzu, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Viviane Reding u l-Kummissarju Cecilia Malmström illum ssieħbu ma’ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem sabiex isejħu għal tolleranza żero għall-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF). Il-Kummissjoni organizzat avveniment ta’ diskussjoni ta’ livell għoli biex tiddiskuti kif l-Unjoni Ewropea tista' tgħin lill-Istati Membri jeqirdu l-prattika – li hu maħsub li affettwat diversi mijiet ta’ eluf ta’ nisa fl-UE. Mal-Kummissarji ingħaqdu Membri tal-Parlament Ewropew u l-attivisti ewlenin fid-dinja kontra l-MĠF, fost l-oħrajn ‘il-Fjura tad-Deżert’ Waris Dirie, Khady Koita, u Chantal Compaoré – il-mara tal-President tal-Burkina Faso.
B'mod parallel, illum il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika li titlob għal opinjonijiet dwar kif l-aħjar jiġu żviluppati miżuri fil-livell tal-UE għall-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali feminili. Il-konsultazzjoni se tibqa' għaddejja sat-30 ta' Mejju 2013. Il-Kummissjoni ħabbret ukoll qed talloka EUR 3.7 miljun biex tiffinanzja l-attivitajiet tal-Istati Membri biex iqajmu kuxjenza dwar il-vjolenza kontra n-nisa u EUR 11.4 miljun oħra għal NGOs u oħrajn li jaħdmu mal-vittmi.
“Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tingħaqad ma’nisa li huma ta’ ispirazzjoni kbira biex issejjaħ għal tolleranza żero għall-mutilazzjoni ġenitali femminili. Din hija prattika li tagħmel ħafna ħsara u li tikser id-drittijiet tal-bniedem, tan-nisa u tal-bniet. L-UE se tiġġieled biex ittemm il-mutilazzjoni ġenitali femminili – mhux biss fil-Jum Internazzjonali tal-Mara, iżda f’kull jum mit-365 jum tas-sena,“ qalet il-Viċi President Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. “Insejjaħ lil kull wieħed u waħda li għandhom għarfien f’dan il-qasam biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kif l-aħjar nindirizzaw il-mutilazzjoni ġenitali femminili.”
“Il-mutilazzjoni ġenitali femminili hija vjolazzjoni kbira tad-drittijiet tal-bniedem. Ir-riskju li wieħed ikun suġġett għal din il-prattika għandu jikkostitwixxi raġuni valida biex jingħata l-asil jew protezzjoni umanitarja. Fil-leġiżlazzjoni tagħna dwar l-asil, qed nagħtu attenzjoni partikolari lil nisa u bniet li qed ifittxu l-asil minħabba t-theddida ta’ mutilazzjoni fiżika. Nisa u bniet li huma fir-riskju ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili, jew ġenituri li jibżgħu mill-persekuzzjoni għaliex jirrifjutaw li binthom iġġarrab din il-prattika għandhom jingħataw protezzjoni xierqa fl-Ewropa,” qalet Cecilia Malmström, il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Interni.
Rapport ġdid dwar il-MĠF
Id-diskussjoni ta’ livell għoli tal-lum dwar il-MĠF tikkoinċidi mal-pubblikazzjoni ta’ rapport ġdid mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-UE, wara talba mill-Viċi President Reding. Ir-rapport jikkonkludi li l-MĠF huwa min-natura tiegħu fenomenu globali u transnazzjonali. Filwaqt li m’hemm l-ebda evidenza ċara ta' MĠF ipprattikata fl-UE, eluf ta’ nisa u bniet li jgħixu fl-UE ġew soġġetti għall-prattika jew qabel ma ġew fl-UE jew waqt li kienu qed jivvjaġġaw barra mill-UE.
Ir-rapport jikkonkludi li hemm vittmi, jew vittmi potenzjali, f’mill-inqas 13-il pajjiż tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, l-Isvezja u r-Renju Unit. Madankollu, dan jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal dejta rigoruża bħala bażi biex tiġi indirizzata l-problema.
Biex tinqered il-MĠF hemm bżonn firxa ta' azzjonijiet li jiffokaw fuq il-ġbir tad-dejta, il-prevenzjoni, il-protezzjoni ta’ bniet f'riskju, il-prosekuzzjoni ta' dawk li jwettquha u l-forniment ta' servizzi għall-vittmi, jgħid ir-rapport. Il-vittmi tal-MĠF jistgħu jistrieħu fuq protezzjoni skont id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, adottata fl-4 ta' Ottubru 2012, li tirreferi espliċitament għall-MĠF bħala forma ta' vjolenza bbażata fuq is-sess (IP/12/1066).
Iżda filwaqt li l-Istati Membri kollha tal-UE u l-Kroazja għandhom dispożizzjonijiet legali fis-seħħ biex iħarrku lil dawk li jikkommettu l-MĠF, sew taħt liġijiet kriminali ġenerali kif ukoll speċifiċi, il-prosekuzzjonijiet huma rari ħafna. Dan huwa minħabba d-diffikultajiet biex jinkixfu l-każijiet, biex tinġabar biżżejjed evidenza, nuqqas ta' rieda biex jiġi rrapportat id-delitt u, fuq kollox, nuqqas ta’ għarfien dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili.
L-EIGE għalhekk ippubblika wkoll rapport li jidentifika sensiela ta’ prattiki tajba minn disa' Stati Membri fil-ġlieda kontra l-MĠF. Ir-rapport jagħti eżempji ta’ politiki u proġetti li rnexxew, inklużi:
Proġett Olandiż għall-prevenzjoni tal-MĠF billi jlaqqa’ flimkien professjonisti fil-kura tas-saħħa, il-pulizija, l-iskejjel, is-servizzi għall-ħarsien tat-tfal u l-organizzazzjonijiet tal-migranti;
Organizzazzjoni Franciża li tiffoka fuq il-prosekuzzjoni f'każijiet ta' MĠF billi taġixxi bħala ‘parti ċivili’ fil-proċessi tal-qorti;
Servizz tas-saħħa speċjalizzat fir-Renju Unit bi 15-il klinika li jieħdu ħsieb il-bżonnijiet speċifiċi tan-nisa affettwati minn MĠF.
Kuntest
Il-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) tinkludi l-proċeduri kollha li jinvolvu t-tneħħija parzjali jew totali tal-ġenitali esterni tan-nisa jew ħsara oħra lill-organi ġenitali femminili għal raġunijiet mhux mediċi, kif definit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Il-MĠF issir għal raġunijiet kulturali, reliġjużi u/jew soċjali fuq bniet bejn l-età tal-infanzja u l-15-il sena. Il-MĠF tikkostitwixxi forma ta' abbuż tat-tfal u vjolenza kontra nisa u l-bniet; hija għandha konsegwenzi fiżiċi u psikoloġiċi gravi kemm fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul.
Fil-pajjiżi tal-UE fejn jgħixu n-nisa vittmi jew bniet u nisa f'riskju ta' MĠF, il-prattika titwettaq l-iktar matul żjara fil-pajjiż tal-oriġini u rarament fit-territorju tal-UE.
Fil-21 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni adottat “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” , li tistabbilixxi sensiela ta' prijoritajiet għall-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż li tintemm il-vjolenza bbażata fuq is-sess. L-istrateġija tinkludi referenza speċifika għall-mutilazzjoni ġenitali femminili. Fis-6 ta’ Frar 2013 li huwa l-Jum Internazzjonali kontra l-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili, il-Kummissjoni Ewropea affermat mill-ġdid l-impenn qawwi tagħha biex teqred din il-prattika li tant tagħmel ħsara (MEMO/13/67).
Għal aktar tagħrif
Il-Kummissjoni Ewropea - Intemmu l-vjolenza bbażata fuq is-sess:
http://ec.europa.eu/justice/gender-violence
Skeda informattiva nazzjonali – Il-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea u l-Kroazja
Konsultazzjoni pubblika:
http://ec.europa.eu/justice/newsroom/gender-equality/opinion/130306_en.htm
Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:
Facebook: Ibgħat ir-“Ritratti Tolleranza Żero” tiegħek:
COMM-SOCIAL-MEDIA-TEAM@ec.europa.eu
Twitter Hashtag: #zeroFGM
Kuntatti: Mina Andreeva (+32 2 299 13 82) Michele Cercone (+32 2 298 09 63) Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56) Tove Ernst (+32 2 298 67 64) |
Anness 1: Għadd stmat ta' nisa li huma vittmi, vittmi potenzjali, u bniet fir-riskju tal-MĠF (fejn l-istudji huma disponibbli)
Pajjiż | Dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali kontra l-MĠF | Estimated no. Għadd stmat tan-nisa b'MĠF (data tal-istudju) | Għadd stmat ta’ bniet fir-riskju tal-MĠF | Għadd stmat ta’ nisa minn reġjuni affettwati mill-MĠF li jgħixu fl-UE (fejn m’hemmx disponibbli dejta speċifika tal-MĠF) |
Il-Belġju | Speċifiċi | 6,260 (2011) | 1,975 | |
Il-Bulgarija | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Ir-Repubblika Ċeka | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Id-Danimarka | Speċifiċi | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | 15,116 |
Il-Ġermanja | Ġenerali | 19,000 (2007) | 4,000 | |
L-Estonja | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
L-Irlanda | Speċifiċi | 3,170 (2011) | Ebda dejta disponibbli | |
Il-Greċja | Ġenerali | 1,239 (2006) | Ebda dejta disponibbli | |
Spanja | Speċifiċi | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | 30,439 |
Franza | Ġenerali | 61,000 (2007) | Ebda dejta disponibbli | |
L-Italja | Speċifiċi | 35,000 (2009) | 1,000 | |
Ċipru | Speċifiċi | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | 1,500 |
Il-Latvja | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Il-Litwanja | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Il-Lussemburgu | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
L-Ungerija | Ġenerali | 170-350 (2012) | Ebda dejta disponibbli | |
Malta | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Il-Pajjiżi l-Baxxi | Ġenerali | 29,210 (2013) | 40-50 kull sena | |
L-Awstrija | Speċifiċi | 8,000 (2000) | Ebda dejta disponibbli | |
Il-Polonja | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Il-Portugall | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | 9,263 |
Ir-Rumanija | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Is-Slovenja | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Is-Slovakkja | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | |
Il-Finlandja | Ġenerali | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | 4,400 |
L-Isvezja | Speċifiċi | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli | 91,420 |
Ir-Renju Unit | Ġenerali | 65,790 (2007) | 30,000 | |
Il-Kroazja | Speċifiċi | Ebda dejta disponibbli | Ebda dejta disponibbli |
Sors: EIGE Il-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea u l-Kroazja, ħlief mill-Pajjiżi l-Baxxi: Marja Exterkate - Il-mutilazzjoni ġenitali femminili fil-Pajjiżi l-Baxxi. Il-prevalenza, l-inċidenza u d-determinanti (2013)
Anness 2: Organizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi tal-MĠF fl-Istati Membri
Isem l-organizzazzjoni | Pajjiż | Websajt |
Beratungsstelle für sexuell missbrauchte Mädchen und junge Frauen | L-Awstrija | http://www.maedchenberatung.at/ |
MAIZ - Autonomes Integrationszentrum von und für Migrantinnen | L-Awstrija | |
Miteinander Lernen - Birlikte Öğrenelim | L-Awstrija | |
Netzwerk österreichischer Frauen- & | L-Awstrija | |
Verein Orient-Express - | L-Awstrija | |
Viele - Verein für interkulturellen Ansatz in Erziehung, Lernen und Entwicklung | L-Awstrija | |
ZEBRA Zentrum zur sozialmedizinischen, rechtlichen und kulturellen Betreuung von Ausländern und Ausländerinnen in Österreich | L-Awstrija | |
Groupe pour l'Abolition des Mutilations Sexuelle féminines asbl (GAMS) | Il-Belġju | |
INTACT | Il-Belġju | |
INTACT | Il-Belġju | |
Български център за джендър изследвания | Il-Bulgarija | |
Unit for the Rehabilitation of Victims of Torture, Humanitarian Affairs Unit of Future Worlds Center | Ċipru | |
Asante Kenya, nadační fond. | Ir-Repubblika Ċeka | |
Amnesty International Denmark | Id-Danimarka | |
Femmes de la terre | Franza | |
Tostan France | Franza | |
Frauenrecht is Menschenrecht | Il-Ġermanja | |
Aktion Weißes Friedensband e.v.nein nein | Il-Ġermanja | |
Amnesty International Deutschland | Il-Ġermanja | www.amnesty.de |
Deutsches Netzwerk zur Überwindung weiblicher Genitalverstümmelung | Il-Ġermanja | |
Internationale Aktion gegen die Beschneidung von Mädchen und Frauen e.V. | Il-Ġermanja | |
Terre des Femmes - Menschenrechte für Frauen e.V. | Il-Ġermanja | |
Stop Mutilation e.V. - Gegen die Beschneidung von Mädchen und Frauen in Europa und Afrika | Il-Ġermanja | |
Target e.V., Ruediger Nehbarg | Il-Ġermanja | www.target-nehberg.de |
AkiDwA : Akina Dada Wa Africa | L-Irlanda | |
Irish Refugee Council | L-Irlanda | |
Somali Human Rights Advocacy Group in Ireland | L-Irlanda | |
Vincentian Refugee Centre | L-Irlanda | http://www.vrc.ie/ |
Fundacja Inicjatyw Psychospołecznych (suspended) | Il-Polonja | www.fundacjafip.org.pl (not valid any longer) |
Associação Para o Planeamento da Família | Il-Portugall | |
Associação Portuguesa de Apoio à Vítima | Il-Portugall | |
Instituto Marquês Valle Flor | Il-Portugall | |
Associação de Mulheres Contra a Violência | Il-Portugall | www.amcv.org.pt |
Africa Advocacy Foundation | Ir-Renju Unit | |
Birmingham & Solihull Women’s Aid | Ir-Renju Unit | |
Black Association of Women Step Out | Ir-Renju Unit | |
Child Rights Information Network | Ir-Renju Unit | |
Daughters of Eve | Ir-Renju Unit | |
Equality Now | Ir-Renju Unit/il-Kenja/L-Istati Uniti tal-Amerika | |
FGM National Clinical Group | Ir-Renju Unit | |
Manor Gardens Centre | Ir-Renju Unit | |
Southall Community Alliance | Ir-Renju Unit | |
WomenKind World Wide | Ir-Renju Unit |
Sors: EIGE