Chemin de navigation
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea Stqarrija għall-istampa Brussell, l-1 ta' Marzu 2013 Id-drittijiet tal-passiġġieri: protezzjoni aħjar għall-passiġġieri li jivvjaġġaw bix-xarabank u bil-kowċ fl-UE Illum isir applikabbli r-Regolament (UE) Nru 181/2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ, li jagħti drittijiet ġodda lill-passiġġieri li jivvjaġġaw bix-xarabank u bil-kowċ fl-UE. Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-drittijiet bażiċi tal-passiġġieri, u jimponi għadd ta' obbligi fuq il-kumpaniji tax-xarabanks u l-kowċis u fuq il-maniġers tal-venda fejn tidħol ir-responsabbiltà tagħhom lejn il-passiġġieri. Kull sena madwar 70 miljun passiġġier jivvjaġġaw bix-xarabanks u l-kowċis fl-UE. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Siim Kallas, li huwa responsabbli għat-trasport, qal: "Żammejna kelmitna: b'dan ir-regolament il-ġdid, id-drittijiet tal-passiġġieri fl-UE se jitwessgħu wkoll għat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ. Issa l-UE hija l-ewwel żona fid-dinja li għandha sett sħiħ ta' drittijiet tal-passiġġieri għal kull mezz ta' trasport." Ir-Regolament għax-xarabanks u l-kowċis jistabbilixxi drittijiet tal-passiġġieri li jixbhu d-drittijiet tal-passiġġieri tat-trasport bl-ajru, bil-ferrovija u bil-baħar. Dawn id-drittijiet ġodda jinkludu:
Kuntest Ħames snin ilu, qabel ma l-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta l-proposta tagħha dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bix-xarabank u bil-kowċ, la kien hemm ftehim internazzjonali applikabbli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u lanqas leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi d-drittijiet ġenerali għal dan il-mezz ta' trasport. Fl-2011, l-adozzjoni tar-Regoloment dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ, fissret it-temma tal-qafas legali għall-passiġġieri tal-mezzi kollha tat-trasport fuq il-livell ta' UE. Illum l-UE hija l-ewwel żona integrata tad-drittijiet tal-passiġġieri fid-dinja: il-passiġġieri huma protetti meta jivvjaġġaw fl-UE irrispettivament jekk hux bl-ajru, bil-ferrovija, bil-baħar jew b'xarabank jew kowċ. Il-passi li jmiss Il-Kummissjoni Ewropea se torganizza l-ewwel laqgħa mal-awtoritajiet nazzjonali fil-ħarifa 2013 biex tikkoordina l-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bix-xarabank u bil-kowċ. Għal aktar tagħrif Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004: Żur il-websajt tal-Kummissjoni Your passenger rights at hand. Niżżel l-applikazzjoni tal-ismartphones għad-drittijiet tal-passiġġieri, li tista' tinstab għal kull pjattaforma (id-drittijiet għat-trasport bil-baħar u b'xarabanks u kowċis se jiġu aġġornati dalwaqt).
|
Side Bar