Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell/Groningen, id-9 ta' Jannar 2013

Il-European Border Breakers Awards: Il-grupp C2C jirbaħ il-premju tal-għażla tal-pubbliku

Ir-rebbieħa għall-2013, tal-European Border Breakers Awards ("l-EBBAs") li jippromwovu l-aqwa mużika ġdida fl-Ewropa li tkun kisbet suċċess fil-klassifiki transfruntieri, ġew onorati llejla fil-festival tal-Eurosonic Noorderslag fi Groningen, il-Pajjiżi l-Baxxi. L-ikbar rebbieħa tas-serata kienu l-grupp ta' DJs Franċiżi C2C, li kisbu l-premju tal-għażla tal-pubbliku, li tħabbret live matul iċ-ċerimonja wara votazzjoni onlajn biex jintgħażlu "l-aqwa fost l-aqwa". C2C li rebħu l-Kampjonati Dinjin tad-DJs għar-raba' darba jħalltu mużika jazz, soul, blues, electro u hip-hop. Il-grupp minn Nantes huwa magħmul minn erba' DJs - 20Syl, Greem, Pfel u Atom. L-ewwel album tagħhom, Tetra, li laħaq il-quċċata tal-klassifiki fi Franza kiseb diska tal-platinu (100 000 kopja mibjugħa) u daħal ukoll fil-klassifiki Belġjani u Żvizzeri.

Wara li tħabbru r-rebbieħa, Androulla Vassiliou, il-Kummisarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, qalet "Nixtieq minn qalbi nifraħ lil C2C - nittama li permezz tal-għażla tal-pubbliku tal-EBBA l-grupp jikseb iktar apprezzament internazzjonali u suċċess fil-bejgħ."

Waqt iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni C2C u sitta oħra mill-għaxar rebbieħa tal-European Border Breaker Awards għall-2013 ipparteċipaw fis-serata: Nabiha (mid-Danimarka), Ewert and The Two Dragons (mill-Estonja), French Films (mill-Finlandja), Dope D.O.D. (mill-Pajjiżi l-Baxxi), Amor Electro (mill-Portugall) u Juan Zelada (minn Spanja). Tliet ex-rebbieħa tal-EBBA: Saybia, Alphabeats u Katie Melua, taw ukoll preżentazzjoni diretta. Of Monsters and Men (mill-Iżlanda), Niki and the Dove (mill-Iżvezja) u Emeli Sandé (mir-Renju Unit) bagħtu messaġġi bil-vidjow.

L-avveniment tmexxa minn Jools Holland, preżentatur tat-TV Ingliża li huwa wkoll leader ta' band u mill-kantanta u attriċi Birgit Schuurman, u se jixxandar fl-Ewropa kollha fil-ġimgħat li ġejjin.

L-EBBAs li ilhom jiġu organizzati għal dawn l-aħħar għaxar snin għandhom l-għan jinkoraġġixxu lill-artisti japprofittaw mis-Suq Uniku billi jipproduċu mużika li tattira udjenzi lil hinn minn pajjiżhom. Il-premjijiet jirċievu appoġġ mill-Programm Kultura tal-Unjoni Ewropea u jiġu organizzati minn Eurosonic Noorderslag bi sħubija mal-Unjoni Ewropea tax-Xandir.

Għal aktar tagħrif

Sit tal-internet tal-premju

http://www.ebba-awards.eu/

Taqsima għall-istampa fuq is-sit tal-internet tal-EBBA

Il-Kummissjoni Ewropea: Il-Programm Kultura

Sit tal-internet tal-Kummissarju Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Għal Eurosonic Noorderslag: Marije Jansen (+31 6 55 80 27 82)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website