Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-28 ta' Frar 2013

"Fruntieri intelliġenti": tisħiħ tal-mobilità u s-sigurtà

L-UE qed timxi lejn ġestjoni tal-fruntieri aktar moderna u effiċjenti bl-użu tal-aħħar teknoloġija. Illum, il-Kummissjoni pproponiet "pakkett tal-fruntieri intelliġenti" biex jitħaffu, jiġu ffaċilitati u msaħħa l-proċeduri tal-kontrolli fil-fruntieri għall-barranin li jivvjaġġaw lejn l-UE. Il-pakkett jikkonsisti fi Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP) u Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) li se jissimplifikaw il-ħajja għall-vjaġġaturi frekwenti minn pajjiżi terzi fuq il-fruntieri esterni ta' Schengen u jsaħħu s-sigurtà fil-fruntieri tal-UE.

"L-użu ta’ teknoloġiji ġodda se jippermetti qsim tal-fruntieri aktar faċli u aktar malajr għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jixtiequ jiġu fl-UE. L-għan tagħna huwa li niffaċilitaw l-aċċess ta' vjaġġaturi barranin għall-UE. Dan mhux se jkun biss fl-interess tal-vjaġġaturi iżda wkoll f'dak tal-ekonomija Ewropea. Ġie stmat li fl-2011 biss, il-vjaġġaturi barranin taw kontribuzzjoni ta' EUR 271 biljun għall-ekonomija tagħna. L-immodernizzar tas-sistemi tagħna se jwassal ukoll għal livell ogħla ta' sigurtà billi jipprevjeni l-qsim irregolari tal-fruntiera u jaqbad lil dawk li jaqbżu s-soġġorn awtorizzat", qalet Cecilia Malmström, il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Interni.

Ir-Regolament dwar Programm tal-Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP)

  1. Programm tal-Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP) se jippermetti lill-vjaġġaturi frekwenti minn pajjiżi terzi jidħlu fl-UE permezz ta' kontrolli tal-fruntiera ssimplifikati, soġġetti għal pre-screening u kontroll. Huwa stmat li 5 miljun vjaġġatur leġittimu mhux mill-UE kull sena se jagħmlu użu minn dan il-programm ġdid. L-RTP se jagħmel użu minn sistemi awtomatizzati tal-kontroll tal-fruntieri (jiġifieri passaġġi awtomatizzati) f’punti ta’ qsim tal-fruntiera ewlenin bħal ajruporti li jużaw din it-teknoloġija moderna. Bħala riżultat, il-kontrolli fuq il-fruntiera ta' Vjaġġaturi Rreġistrati jkunu ħafna aktar mgħaġġla milli huma llum il-ġurnata.

  2. Vjaġġaturi tan-negozju, ħaddiema fuq kuntratti għal żmien qasir, riċerkaturi u studenti, ċittadini ta' pajjiżi terzi b' rabtiet familjari mill-qrib ma' ċittadini tal-UE jew li jgħixu f’reġjuni li jinsabu mal-fruntieri tal-UE kollha x'aktarx li jaqsmu l-fruntiera diversi drabi fis-sena. Li jiġi ffaċilitat kemm jista' jkun id-dħul tagħhom fl-UE jiżgura li l-Ewropa tibqa' destinazzjoni attraenti u jgħin biex tingħata spinta lill-attività ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi.

Regolament dwar sistema ta’ Dħul fl-UE/Ħruġ mill-UE

  1. Sistema ta' dħul/ħruġ (EES) se tirreġistra l-ħin u l-post tad-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jivvjaġġaw lejn l-UE. Is-sistema se tikkalkula t-tul awtorizzat tas-soġġorn qasir awtorizzat b’mod elettroniku, filwaqt li tissostitwixxi s-sistema manwali attwali, u toħroġ twissija lill-awtoritajiet nazzjonali meta ma jiġix irreġistrat il-ħruġ sa meta jiskadi ż-żmien. B’dan il-mod, is-sistema se tkun ta’ għajnuna wkoll biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ nies li jibqgħu fl-UE aktar milli tippermetti l-viża għal żmien qasir tagħhom.

  2. Il-prattika attwali użata mill-Istati Membri meta jikkontrollaw ċittadin ta' pajjiż terz li jkun irid jaqsam il-fruntieri esterni tal-UE hija bbażata l-aktar fuq it-timbri fuq id-dokument tal-ivvjaġġar. Din il-prattika tieħu ż-żmien, ma tipprovdix dejta affidabbli dwar il-qsim tal-fruntieri, ma tippermettix il-qbid b'mod prattiku ta' min jibqa' wara l-iskadenza tal-viża u ma tistax taffaċċja b'mod effiċjenti l-każijiet ta' telf jew qerda ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Minbarra dan, is-sistemi ta' llum ma jippermettux lill-Istati Membri tal-UE jaffaċċjaw il-pressjoni li dejjem qiegħda tiżdied ta' vjaġġaturi li jidħlu fl-UE u joħorġu minnha, li l-għadd tagħhom, fil-fruntieri tal-ajru biss, huwa mistenni li jiżdied bi 80%, minn 400 miljun fl-2009 għal 720 miljun fl-2030.

L-isfond

Il-proposti ta' llum isegwu Komunikazzjoni tal-2011 (IP/11/1234), li fiha ġiet imnedija diskussjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet tal-UE dwar l-implimentazzjoni ta' sistemi ġodda, fid-dawl tal-valur miżjud tagħhom, l-implikazzjonijiet teknoloġiċi u tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom, u l-ispejjeż li jinvolvu.

Il-proposti huma parti mill-inizjattiva sabiex tissaħħaħ il-governanza kumplessiva taż-żona ta' Schengen, kif imħabbra fil-Komunikazzjoni dwar il-Migrazzjoni adottata fl-4 ta' Mejju 2011 (IP/11/532 u MEMO/11/273).

Il-passi li jmiss

Isse se jibdew negozjati mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill dwar il-proposti leġiżlattivi tal-RTP u l-EES. Wara l-adozzjoni tat-testi legali mill-koleġiżlaturi, l-istabbiliment tas-sistemi se jsir bl-iskop li jibdew l-operazzjonijiet fl-2017 jew fl-2018.

Links Utli

Il-websajt ta’ Cecilia Malmström

Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter

Il-websajt tad-DĠ Affarijiet Interni

Segwi lid-DĠ Affarijiet Interni fuq Twitter

infografika dwar il-fruntieri u l-viżi

EU 'Smart Borders' – press conference

Audio-visual material:

Videos: Frankfurt Airport; Schiphol Airport

Photos: Frankfurt Airport; Schiphol Airport

Proposals for regulations on a Registered Traveller Programme and an Entry/Exit System

Questions and answers: MEMO/13/141

Persuni ta' kuntatt:

Michele Cercone (+32 2 298 09 63)

Tove Ernst (+32 2 298 67 64)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website