
Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, is-26 ta' Frar 2013
Il-Kummissjoni se tirkupra EUR 414-il miljun min-nefqa tal-PAK mill-Istati Membri
Total ta’ EUR 414–il miljun mill-fondi tal-politika agrikola tal-UE minfuq bla bżonn mill-Istati Membri llum qed jintalab lura mill-Kummissjoni Ewropea skont dik li tissejjaħ proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-Istati Membri huma responsabbli għall-ħlas u għall-kontroll tan-nefqa, u l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-Istati Membri jkunu użaw il-fondi sewwa. Dawn il-flus se jerġgħu jidħlu fil-baġit tal-UE minħabba li ma kienx hemm konformità mar-regoli tal-UE jew minħabba li l-proċeduri ta' kontroll tan-nefqa agrikola ma kinux adegwati. Proprjament, peress uħud minn dawn l-ammonti diġà ġew irkuprati mill-Istati Membri l-impatt finanzjarju nett tad-deċiżjoni tal-lum se jkun madwar EUR 393 miljun.
Korrezzjonijiet finanzjarji ewlenin
Skont l-aħħar deċiżjoni ser ikunu rkuprati l-fondi minn 22 Stat Membru: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Il-korrezzjonijiet individwali l-iktar sinifikanti huma:
EUR 111.7 miljun (impatt finanzjarju nett1: EUR 99.4 miljun) imposti fuq ir-Renju Unit – l-Ingilterra għal nuqqasijiet fis-Sistemi ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ u ta’ Informazzjoni Ġeografika (LPIS-GIS), fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet, b’verifiki amministrattivi u b’kontrolli fuq il-post fir-rigward tal-għajnuna fiż-żona;
EUR 48.3 miljun (impatt finanzjarju nett: EUR 48.1 miljun) imposti fuq l-Italja għal ksur fil-kundizzjonalità: kontroll dgħajjef ta’ diversi rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni (SMR), tliet kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (GAECs) mhux iddefiniti u l-applikazzjoni ħażina tas-sanzjonijiet;
EUR 40.6 miljun imposti fuq Spanja għal nuqqasijiet fil-ġestjoni u l-kontroll tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni: kontrolli ex ante defiċjenti fuq iċ-ċanga, nuqqasijiet fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fiżiċi, kontrolli mhux adegwati fuq il-produzzjoni u l-ħażniet taz-zokkor, avviż bil-quddiem ta' kontrolli fiżiċi mogħtija lill-esportaturi;
EUR 34.4 miljun imposti fuq il-Polonja għal nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-iskema ta’ rtirar kmieni taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);
EUR 29 miljun imposti fuq Franza għal nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post tal-miżuri dwar Żvantaġġi Naturali u Agroambjentali taħt l-FAEŻR;
EUR 17.9 miljun imposti fuq l-Italja għal sistema ta’ kontroll defiċjenti b’mod gravi u frodi fis-settur tal-ipproċessar taċ-ċitru;
EUR 17.7 miljun (impatt finanzjarju nett2: EUR 15.7 miljun) imposti fuq ir-Renju Unit – l-Irlanda ta’ Fuq għal nuqqasijiet fil-LPIS-GIS, verifiki fuq il-post, ħlasijiet u sanzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna fiż-żona;
EUR 16-il miljun imposti fuq Spanja għal nuqqasijiet fl-allokazzjoni ta’ titoli lill-benefiċjarji għal għajnuna fiż-żona;
EUR 12.5 miljun imposti fuq ir-Rumanija għal nuqqasijiet fil-kontrolli tal-eliġibbiltà u spejjeż tal-benefiċjarji kif ukoll għal nuqqasijiet fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet fil-miżura "Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli" taħt l-FAEŻR.
L-isfond
L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni tal-parti l-kbira tal-pagamenti tal-PAK, speċjalment permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom. Huma inkarigati wkoll mill-kontrolli, pereżempju mill-verifika tat-talbiet tal-bdiewa għall-pagamenti diretti. Il-Kummissjoni twettaq aktar minn 100 verifika kull sena, tivverifika li l-kontrolli u r-risponsi tal-Istat Membru għan-nuqqasijiet huma biżżejjed. Il-Kummissjoni għandha l-poter li tiġbed lura fondi b’lura jekk il-verifiki juru li l-ġestjoni u l-kontroll tal-Istat Membru mhumiex tajbin biżżejjed biex jiggarantixxu li l-fondi tal-UE jkunu ntefqu tajjeb.
Għad-dettalji dwar kif taħdem is-sistema tal-approvazzjoni tal-kontijiet annwali, ara l-MEMO/12/109 u l-formola bit-tagħrif imsejħa “Namministraw il-baġit tal-agrikoltura b’mod għaqli", li tinstab fuq l-internet fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/agriculture/fin/clearance/factsheet_en.pdf.
It-tabelli mehmużin hawn taħt (fl-Annessi I u II) jagħtu d-dettalji dwar il-korrezzjonijiet individwali, skont l-Istat Membru u skont is-settur.
Kuntatti : Fanny Dabertrand (+32 2 299 06 25) Roger Waite (+32 2 296 14 04) |
Anness I: Approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
Deċiżjoni Nru 40: Korrezzjonijiet mill-Istati Membri (f'miljuni ta’ EUR)
Settur li fih qed issir il-korrezzjoni u r-raġuni għaliha | Ammont ta' korrezzjoni | Ammmont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni3 | ||||||
Il-Belġju |
| |||||||
Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta peress li ma ġiex implimentat il-GAEC u minħabba kontrolli parzjali fuq il-post | 2.477 | 2.477 | ||||||
Il-Bulgarija |
| |||||||
L-iżvilupp rurali – korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-għażla taż-żmien tal-kontrolli fuq il-post u tal-għażla tal-kampjuni | 0.023 | 0.023 | ||||||
Ċipru |
| |||||||
L-iżvilupp rurali – korrezzjoni proposta minħabba li l-kontrolli amministrattivi saru tard u minħabba li l-kontrolli fuq il-post saru fi żmien ħażin | 0.100 | 0.100 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta minħabba li nqabżu l-limiti | 0.001 | 0.000 | ||||||
Ir-Repubblika Ċeka |
| |||||||
Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta minħabba li l-GAEC ma ġiex iddefinit u minħabba nuqqasijiet fl-evalwazzjoni tan-non-konformità | 6.558 | 6.558 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqas ta’ verifiki fuq il-post tad-densità tal-bhejjem | 4.477 | 4.455 | ||||||
Il-Ġermanja |
| |||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-għażla fost l-applikazzjonijiet eliġibbli u VAT ineliġibbli inkluża fi ħlasijiet | 3.739 | 3.739 | ||||||
Id-Danimarka |
| |||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fi rkupru tad-dejn | 0.019 | 0.019 | ||||||
Spanja |
| |||||||
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – korrezzjoni proposta minħabba kontrolli ex ante defiċjenti fuq iċ-ċanga, nuqqasijiet fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fiżiċi, kontrolli mhux adegwati fuq il-produzzjoni u l-ħażniet taz-zokkor, avviż bil-quddiem ta' kontrolli fiżiċi mogħtija lill-esportaturi | 40.596 | 40.596 | ||||||
Għajnuna fiż-żona - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-allokazzjoni tad-drittijiet | 16.030 | 16.030 | ||||||
Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta minħabba li GAEC kien nieqes u minħabba nuqqasijiet fl-effettività tal-kontrolli u fl-applikazzjoni tat-tnaqqis | 6.486 | 6.485 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-verifiki fuq il-post u nuqqas ta’ traċċabbiltà | 0.379 | 0.379 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - rimborż minħabba r-rettifikazzjoni tat-tabella tal-Anness III għas-sena finanzjarja 2006 (irkupru ta’ irregolaritajiet) | Rimborż 1.785 | Rimborż 1.785 | ||||||
Il-Finlandja |
| |||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal żbalji misjuba matul l-approvazzjoni tal-eżerċizzju finanzjarju tal-2009 | 0.067 | 0.067 | ||||||
Franza |
| |||||||
Primjums tal-bhejjem - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fir-reġistru tar-razzett u non-konformità tad-dejtabejż tal-kompjuter | 4.474 | 4.465 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal kontroll amministrattiv mhux eżawrjenti tal-fatturi tas-self preferenzjali u verifiki tard fil-banek | 6.453 | 6.453 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post tal-miżuri dwar Żvantaġġi Naturali u Agroambjentali | 28.956 | 28.956 | ||||||
Ħlasijiet tard - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard | 1.372 | 0.000 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal nefqa ineliġibbli identifikata matul l-approvazzjoni tal-eżerċizzju finanzjarju tal-2008 | 0.108 | 0.108 | ||||||
Ir-Renju Unit | ||||||||
Għajnuna fiż-żona - korrezzjoni proposta għall-Ingilterra għal nuqqasijiet fil-LPIS-GIS, fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, fil-verifiki amministrattivi u fil-kontrolli fuq il-post | 111.678 | 99.430 | ||||||
Għajnuna fiż-żona - korrezzjoni proposta għall-Irlanda ta’ Fuq għal nuqqasijiet fil-LPIS-GIS, fil-verifiki fuq il-post, fil-pagamenti u s-sanzjonijiet | 17.687 | 15.733 | ||||||
Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal sistema ta’ sanzjonar klementi u minħabba li ma kienx hemm rekwiżiti minimi ta’ kontrolli adegwati tal-fertilizzanti, tal-użu tal-prodott tal-protezzjoni tal-pjanti u ta’ SMR wieħed | 2.476 | 2.476 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-miżuri agroambjentali | 4.353 | 4.331 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-irkupru tad-dejn | 1.829 | 1.829 | ||||||
Il-Greċja |
| |||||||
Intervent f’forma ta' ħżin - korrezzjoni proposta għal pagamenti żejda fl-ispejjeż tal-ħażna pubblika | 0.428 | 0.428 | ||||||
Primjums tal-bhejjem - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-għażla taż-żmien tal-kontrolli, fid-determinazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà, fl-analiżi tar-riskji u fil-kontrolli fuq il-post, nuqqas ta’ superviżjoni tal-kwalità għall-kontrolli delegati | 3.686 | 3.686 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard u qbiż tal-limiti | 5.209 | 4.822 | ||||||
L-Ungerija |
| |||||||
Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal 8 GAECs mhux definiti | 9.362 | 9.291 | ||||||
L-Irlanda |
| |||||||
L-iżvilupp rurali – korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-iskema tal-Irtirar Kmieni u l-iskema għall-Bdiewa Żgħażagħ | 0.397 | 0.397 | ||||||
Ħlasijiet tard - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard | 0.013 | 0.000 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal "żbalji magħrufa" misjuba matul l-approvazzjoni finanzjarja għall-2010 | 0.198 | 0.198 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal rappurtar f’każ ta' imgħax fuq dejn | 0.030 | 0.030 | ||||||
L-Italja |
| |||||||
Frott u Ħaxix - korrezzjoni proposta għal sistema ta’ kontroll defiċjenti b’mod gravi u l-frodi fis-settur tal-ipproċessar taċ-ċitru | 17.914 | 17.914 | ||||||
Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal diversi SMRs li kienu kkontrollati b’mod ħażin, għal 3 GAECs mhux definiti u għall-applikazzjoni ħażina tas-sanzjonijiet | 48.302 | 48.095 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal assenza ta’ verifiki mad-dejtabejż tal-annimali u għal verifiki fuq il-post tard | 1.246 | 1.246 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard | 2.294 | 0.000 | ||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-kriterji ta’ akkreditazzjoni | 6.354 | 6.354 | ||||||
Il-Litwanja | ||||||||
Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal GAECs nieqsa, GAECs ikkontrollati ħażin u nuqqasijiet fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet | 1.462 | 1.461 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal sistema dgħajfa ta’ kontroll dwar l-eliġibilità tal-benefiċjarji | 3.033 | 3.033 | ||||||
Malta | ||||||||
Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal sistema ta’ sanzjonar klementi | 0.069 | 0.069 | ||||||
Il-Pajjiżi l-Baxxi | ||||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal "żbalji magħrufa" misjuba matul l-approvazzjoni finanzjarja tal-2010 | 0.689 | 0.689 | ||||||
Il-Polonja | ||||||||
Frott u Ħaxix - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard u għal nuqqasijiet fil-verifiki fiżiċi, fil-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet | 0.661 | 0.659 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqas fil-ġestjoni tal-iskema tal-irtirar kmieni | 34.452 | 34.452 | ||||||
Ir-Rumanija | ||||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-kontrolli tal-eliġibbiltà tal-benefiċjarju u l-ispejjeż u għal nuqqasijiet fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet fil-miżura ta’ modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli | 12.501 | 12.501 | ||||||
L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal kontrolli inkompleti ta’ ħbula tar-raba’ u ta’ logbooks | 5.199 | 2.960 | ||||||
Ħlasijiet tard - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard | 0.083 | 0.000 | ||||||
L-Iżvezja | ||||||||
Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta peress li nqabżu l-limiti | 0.003 | 0.000 | ||||||
Is-Slovenja | ||||||||
Primjums tal-bhejjem - korrezzjoni proposta minħabba li ma ntlaħqitx ir-rata minima tal-verifiki fuq il-post għall-annimali ovini u peress li ma ġewx applikati sanzjonijiet fil-każ tal-itteggjar tard tal-bovini | 0.098 | 0.098 | ||||||
Għajnuna fiż-żona - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-kalkolu tad-drittijiet | 0.188 | 0.188 | ||||||
Is-Slovakkja | ||||||||
Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal GAEC mhux iddefinit u nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post | 1.558 | 1.558 | ||||||
Ħlasijiet tard - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard | 0.346 | 0.000 | ||||||
TOTAL | 414.327 | 393.050 | ||||||
Anness II: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
Deċiżjoni Nru 40: Korrezzjonijiet skont is-Settur (f'miljuni ta’ EUR)
Is-settur | Ammont ta' korrezzjoni | Ammmont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni4 | ||
|
|
| ||
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni | 40,596 | 40,596 | ||
| ||||
Frott u Ħaxix | 18,575 | 18,573 | ||
| ||||
Ħażna ta’ intervent u miżuri oħra tas-suq | 0,428 | 0,428 | ||
| ||||
Primjums fuq il-bhejjem | 8,259 | 8,249 | ||
Għajnuna fiż-żona | 145,583 | 131,380 | ||
Kundizzjonalità | 78,750 | 78,470 | ||
Żvilupp rurali | 105,307 | 103,023 | ||
Pagamenti tard | 1,814 | 0,000 | ||
| ||||
Korrezzjonijiet oħra | 15,015 | 12,331 | ||
|
|
| ||
TOTAL | 414,327 | 393,050 | ||
L-impatt finanzjarju huwa aktar baxx minħabba l-ammonti diġà rkuprati mingħand l-Istat Membru jew imħallsa lura minnu.
L-impatt finanzjarju huwa aktar baxx minħabba l-ammonti diġà rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallsa lura minnu.
L-impatt finanzjarju nett tal-korrezzjoni qed iqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà ġew irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea.
L-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni qed iqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà ġew irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea.