Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni se tirkupra EUR 414-il miljun min-nefqa tal-PAK mill-Istati Membri

European Commission - IP/13/160   26/02/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV FI EL CS HU LT PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-26 ta' Frar 2013

Il-Kummissjoni se tirkupra EUR 414-il miljun min-nefqa tal-PAK mill-Istati Membri

Total ta’ EUR 414–il miljun mill-fondi tal-politika agrikola tal-UE minfuq bla bżonn mill-Istati Membri llum qed jintalab lura mill-Kummissjoni Ewropea skont dik li tissejjaħ proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-Istati Membri huma responsabbli għall-ħlas u għall-kontroll tan-nefqa, u l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-Istati Membri jkunu użaw il-fondi sewwa. Dawn il-flus se jerġgħu jidħlu fil-baġit tal-UE minħabba li ma kienx hemm konformità mar-regoli tal-UE jew minħabba li l-proċeduri ta' kontroll tan-nefqa agrikola ma kinux adegwati. Proprjament, peress uħud minn dawn l-ammonti diġà ġew irkuprati mill-Istati Membri l-impatt finanzjarju nett tad-deċiżjoni tal-lum se jkun madwar EUR 393 miljun.

Korrezzjonijiet finanzjarji ewlenin

Skont l-aħħar deċiżjoni ser ikunu rkuprati l-fondi minn 22 Stat Membru: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Il-korrezzjonijiet individwali l-iktar sinifikanti huma:

  • EUR 111.7 miljun (impatt finanzjarju nett1: EUR 99.4 miljun) imposti fuq ir-Renju Unit – l-Ingilterra għal nuqqasijiet fis-Sistemi ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ u ta’ Informazzjoni Ġeografika (LPIS-GIS), fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet, b’verifiki amministrattivi u b’kontrolli fuq il-post fir-rigward tal-għajnuna fiż-żona;

  • EUR 48.3 miljun (impatt finanzjarju nett: EUR 48.1 miljun) imposti fuq l-Italja għal ksur fil-kundizzjonalità: kontroll dgħajjef ta’ diversi rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni (SMR), tliet kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (GAECs) mhux iddefiniti u l-applikazzjoni ħażina tas-sanzjonijiet;

  • EUR 40.6 miljun imposti fuq Spanja għal nuqqasijiet fil-ġestjoni u l-kontroll tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni: kontrolli ex ante defiċjenti fuq iċ-ċanga, nuqqasijiet fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fiżiċi, kontrolli mhux adegwati fuq il-produzzjoni u l-ħażniet taz-zokkor, avviż bil-quddiem ta' kontrolli fiżiċi mogħtija lill-esportaturi;

  • EUR 34.4 miljun imposti fuq il-Polonja għal nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-iskema ta’ rtirar kmieni taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

  • EUR 29 miljun imposti fuq Franza għal nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post tal-miżuri dwar Żvantaġġi Naturali u Agroambjentali taħt l-FAEŻR;

  • EUR 17.9 miljun imposti fuq l-Italja għal sistema ta’ kontroll defiċjenti b’mod gravi u frodi fis-settur tal-ipproċessar taċ-ċitru;

  • EUR 17.7 miljun (impatt finanzjarju nett2: EUR 15.7 miljun) imposti fuq ir-Renju Unit – l-Irlanda ta’ Fuq għal nuqqasijiet fil-LPIS-GIS, verifiki fuq il-post, ħlasijiet u sanzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna fiż-żona;

  • EUR 16-il miljun imposti fuq Spanja għal nuqqasijiet fl-allokazzjoni ta’ titoli lill-benefiċjarji għal għajnuna fiż-żona;

  • EUR 12.5 miljun imposti fuq ir-Rumanija għal nuqqasijiet fil-kontrolli tal-eliġibbiltà u spejjeż tal-benefiċjarji kif ukoll għal nuqqasijiet fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet fil-miżura "Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli" taħt l-FAEŻR.

L-isfond

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni tal-parti l-kbira tal-pagamenti tal-PAK, speċjalment permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom. Huma inkarigati wkoll mill-kontrolli, pereżempju mill-verifika tat-talbiet tal-bdiewa għall-pagamenti diretti. Il-Kummissjoni twettaq aktar minn 100 verifika kull sena, tivverifika li l-kontrolli u r-risponsi tal-Istat Membru għan-nuqqasijiet huma biżżejjed. Il-Kummissjoni għandha l-poter li tiġbed lura fondi b’lura jekk il-verifiki juru li l-ġestjoni u l-kontroll tal-Istat Membru mhumiex tajbin biżżejjed biex jiggarantixxu li l-fondi tal-UE jkunu ntefqu tajjeb.

Għad-dettalji dwar kif taħdem is-sistema tal-approvazzjoni tal-kontijiet annwali, ara l-MEMO/12/109 u l-formola bit-tagħrif imsejħa “Namministraw il-baġit tal-agrikoltura b’mod għaqli", li tinstab fuq l-internet fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/agriculture/fin/clearance/factsheet_en.pdf.

It-tabelli mehmużin hawn taħt (fl-Annessi I u II) jagħtu d-dettalji dwar il-korrezzjonijiet individwali, skont l-Istat Membru u skont is-settur.

Kuntatti :

Fanny Dabertrand (+32 2 299 06 25)

Roger Waite (+32 2 296 14 04)

Anness I: Approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR

Deċiżjoni Nru 40: Korrezzjonijiet mill-Istati Membri (f'miljuni ta’ EUR)

Settur li fih qed issir il-korrezzjoni u r-raġuni għaliha

Ammont ta' korrezzjoni

Ammmont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni3

Il-Belġju

 

Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta peress li ma ġiex implimentat il-GAEC u minħabba kontrolli parzjali fuq il-post

2.477

2.477

Il-Bulgarija

 

L-iżvilupp rurali – korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-għażla taż-żmien tal-kontrolli fuq il-post u tal-għażla tal-kampjuni

0.023

0.023

Ċipru

 

L-iżvilupp rurali – korrezzjoni proposta minħabba li l-kontrolli amministrattivi saru tard u minħabba li l-kontrolli fuq il-post saru fi żmien ħażin

0.100

0.100

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta minħabba li nqabżu l-limiti

0.001

0.000

Ir-Repubblika Ċeka

 

Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta minħabba li l-GAEC ma ġiex iddefinit u minħabba nuqqasijiet fl-evalwazzjoni tan-non-konformità

6.558

6.558

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqas ta’ verifiki fuq il-post tad-densità tal-bhejjem

4.477

4.455

Il-Ġermanja

 

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-għażla fost l-applikazzjonijiet eliġibbli u VAT ineliġibbli inkluża fi ħlasijiet

3.739

3.739

Id-Danimarka

 

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fi rkupru tad-dejn

0.019

0.019

Spanja

 

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – korrezzjoni proposta minħabba kontrolli ex ante defiċjenti fuq iċ-ċanga, nuqqasijiet fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fiżiċi, kontrolli mhux adegwati fuq il-produzzjoni u l-ħażniet taz-zokkor, avviż bil-quddiem ta' kontrolli fiżiċi mogħtija lill-esportaturi

40.596

40.596

Għajnuna fiż-żona - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-allokazzjoni tad-drittijiet

16.030

16.030

Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta minħabba li GAEC kien nieqes u minħabba nuqqasijiet fl-effettività tal-kontrolli u fl-applikazzjoni tat-tnaqqis

6.486

6.485

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-verifiki fuq il-post u nuqqas ta’ traċċabbiltà

0.379

0.379

Korrezzjonijiet oħra - rimborż minħabba r-rettifikazzjoni tat-tabella tal-Anness III għas-sena finanzjarja 2006 (irkupru ta’ irregolaritajiet)

Rimborż 1.785

Rimborż 1.785

Il-Finlandja

 

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal żbalji misjuba matul l-approvazzjoni tal-eżerċizzju finanzjarju tal-2009

0.067

0.067

Franza

 

Primjums tal-bhejjem - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fir-reġistru tar-razzett u non-konformità tad-dejtabejż tal-kompjuter

4.474

4.465

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal kontroll amministrattiv mhux eżawrjenti tal-fatturi tas-self preferenzjali u verifiki tard fil-banek

6.453

6.453

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post tal-miżuri dwar Żvantaġġi Naturali u Agroambjentali

28.956

28.956

Ħlasijiet tard - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard

1.372

0.000

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal nefqa ineliġibbli identifikata matul l-approvazzjoni tal-eżerċizzju finanzjarju tal-2008

0.108

0.108

Ir-Renju Unit

Għajnuna fiż-żona - korrezzjoni proposta għall-Ingilterra għal nuqqasijiet fil-LPIS-GIS, fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, fil-verifiki amministrattivi u fil-kontrolli fuq il-post

111.678

99.430

Għajnuna fiż-żona - korrezzjoni proposta għall-Irlanda ta’ Fuq għal nuqqasijiet fil-LPIS-GIS, fil-verifiki fuq il-post, fil-pagamenti u s-sanzjonijiet

17.687

15.733

Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal sistema ta’ sanzjonar klementi u minħabba li ma kienx hemm rekwiżiti minimi ta’ kontrolli adegwati tal-fertilizzanti, tal-użu tal-prodott tal-protezzjoni tal-pjanti u ta’ SMR wieħed

2.476

2.476

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-miżuri agroambjentali

4.353

4.331

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-irkupru tad-dejn

1.829

1.829

Il-Greċja

 

Intervent f’forma ta' ħżin - korrezzjoni proposta għal pagamenti żejda fl-ispejjeż tal-ħażna pubblika

0.428

0.428

Primjums tal-bhejjem - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-għażla taż-żmien tal-kontrolli, fid-determinazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà, fl-analiżi tar-riskji u fil-kontrolli fuq il-post, nuqqas ta’ superviżjoni tal-kwalità għall-kontrolli delegati

3.686

3.686

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard u qbiż tal-limiti

5.209

4.822

L-Ungerija

 

Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal 8 GAECs mhux definiti

9.362

9.291

L-Irlanda

 

L-iżvilupp rurali – korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fl-iskema tal-Irtirar Kmieni u l-iskema għall-Bdiewa Żgħażagħ

0.397

0.397

Ħlasijiet tard - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard

0.013

0.000

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal "żbalji magħrufa" misjuba matul l-approvazzjoni finanzjarja għall-2010

0.198

0.198

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal rappurtar f’każ ta' imgħax fuq dejn

0.030

0.030

L-Italja

 

Frott u Ħaxix - korrezzjoni proposta għal sistema ta’ kontroll defiċjenti b’mod gravi u l-frodi fis-settur tal-ipproċessar taċ-ċitru

17.914

17.914

Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal diversi SMRs li kienu kkontrollati b’mod ħażin, għal 3 GAECs mhux definiti u għall-applikazzjoni ħażina tas-sanzjonijiet

48.302

48.095

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal assenza ta’ verifiki mad-dejtabejż tal-annimali u għal verifiki fuq il-post tard

1.246

1.246

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard

2.294

0.000

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-kriterji ta’ akkreditazzjoni

6.354

6.354

Il-Litwanja

Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal GAECs nieqsa, GAECs ikkontrollati ħażin u nuqqasijiet fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet

1.462

1.461

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal sistema dgħajfa ta’ kontroll dwar l-eliġibilità tal-benefiċjarji

3.033

3.033

Malta

Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal sistema ta’ sanzjonar klementi

0.069

0.069

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta għal "żbalji magħrufa" misjuba matul l-approvazzjoni finanzjarja tal-2010

0.689

0.689

Il-Polonja

Frott u Ħaxix - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard u għal nuqqasijiet fil-verifiki fiżiċi, fil-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet

0.661

0.659

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqas fil-ġestjoni tal-iskema tal-irtirar kmieni

34.452

34.452

Ir-Rumanija

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-kontrolli tal-eliġibbiltà tal-benefiċjarju u l-ispejjeż u għal nuqqasijiet fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet fil-miżura ta’ modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli

12.501

12.501

L-iżvilupp rurali - korrezzjoni proposta għal kontrolli inkompleti ta’ ħbula tar-raba’ u ta’ logbooks

5.199

2.960

Ħlasijiet tard - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard

0.083

0.000

L-Iżvezja

Korrezzjonijiet oħra - korrezzjoni proposta peress li nqabżu l-limiti

0.003

0.000

Is-Slovenja

Primjums tal-bhejjem - korrezzjoni proposta minħabba li ma ntlaħqitx ir-rata minima tal-verifiki fuq il-post għall-annimali ovini u peress li ma ġewx applikati sanzjonijiet fil-każ tal-itteggjar tard tal-bovini

0.098

0.098

Għajnuna fiż-żona - korrezzjoni proposta għal nuqqasijiet fil-kalkolu tad-drittijiet

0.188

0.188

Is-Slovakkja

Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għal GAEC mhux iddefinit u nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

1.558

1.558

Ħlasijiet tard - korrezzjoni proposta għal ħlasijiet tard

0.346

0.000

TOTAL

414.327

393.050

Anness II: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR

Deċiżjoni Nru 40: Korrezzjonijiet skont is-Settur (f'miljuni ta’ EUR)

Is-settur

Ammont ta' korrezzjoni

Ammmont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni4

 

 

 

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

40,596

40,596

 

Frott u Ħaxix

18,575

18,573

 

Ħażna ta’ intervent u miżuri oħra tas-suq

0,428

0,428

 

Primjums fuq il-bhejjem

8,259

8,249

Għajnuna fiż-żona

145,583

131,380

Kundizzjonalità

78,750

78,470

Żvilupp rurali

105,307

103,023

Pagamenti tard

1,814

0,000

 

Korrezzjonijiet oħra

15,015

12,331

 

 

 

TOTAL

414,327

393,050

1 :

L-impatt finanzjarju huwa aktar baxx minħabba l-ammonti diġà rkuprati mingħand l-Istat Membru jew imħallsa lura minnu.

2 :

L-impatt finanzjarju huwa aktar baxx minħabba l-ammonti diġà rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallsa lura minnu.

3 :

L-impatt finanzjarju nett tal-korrezzjoni qed iqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà ġew irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea.

4 :

L-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni qed iqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà ġew irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website