Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-11 ta' Diċembru 2013

Orizzont 2020 varat b'€15-il biljun fl-ewwel sentejn

Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni Ewropea llum ppreżentat sejħiet għal proġetti taħt l-Orizzont 2020, il-programm ta' riċerka u innovazzjoni ta' EUR 80 biljun tal-Unjoni Ewropea. Il-finanzjament jiswa EUR 15-il biljun fl-ewwel sentejn u huwa intiż biex jgħin jixpruna l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien tal-Ewropa u jittratta kwistjonijiet li jagħmlu differenza f'ħajjet in-nies. Dan jinkludi 12-il qasam li se jkunu l-fokus għall-azzjoni fl-2014/2015, inklużi temi bħalma huma kura tas-saħħa personalizzata, is-sigurtà diġitali u l-bliet intelliġenti (ara MEMO/13/1122).

Il-Kummissarju għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza, Máire Geoghegan-Quinn, qalet: "Wasal iż-żmien li mmiddu jdejna għax-xogħol. Il-finanzjament 2020 huwa essenzjali għall-ġejjieni tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, u se jikkontribwixxi għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kwalità aħjar ta’ ħajja. Fassalna l-Orizzont 2020 biex jagħti r-riżultati, u qtajna l-burokrazija biex inħeffu l-parteċipazzjoni. Għaldaqstant qed nitlob lilkom ir-riċerkaturi, l-universitajiet, in-negozji inklużi l-SMEs, u oħrajn biex tiffirmaw!”

Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni indikat il-prijoritajiet ta’ finanzjament għal sentejn biex b'hekk ir-riċerkaturi u n-negozji ngħataw ċertezza akbar minn qatt qabel dwar id-direzzjoni tal-politika ta’ riċerka tal-UE. Ħafna mis-sejħiet mill-baġit tal-2014 huma diġà miftuħin għas-sottomissjoni mil-lum u se jkun hemm aktar matul is-sena. Is-sejħiet fil-baġit tal-2014 waħedhom jiswew xi EUR 7.8 biljun u l-finanzjament jiffoka fuq it-tliet pilastri ewlenin tal-Orizzont 2020.

Xjenza Eċċellenti: Xi EUR 3 biljun, inkluż EUR 1.7 biljun għall-għotjiet mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-aqwa xjenzati u EUR 800 miljun għall-boroż ta' studji Marie Skłodowska-Curie għar-riċerkaturi żgħażagħ (ara MEMO/13/1123).

Tmexxija Industrijali: EUR 1.8 biljun biex jappoġġaw it-tmexxija industrijali f’oqsma bħall-ICT, in-nanoteknoloġiji, il-manifattura avvanzata, ir-robotika, il-bijoteknoloġiji, u l-ispazju.

L-isfidi tas-soċjetà: EUR 2.8 biljun għall-proġetti innovattivi biex jindirizzaw is-seba' sfidi tas-soċjetà tal-Orizzont 2020, b'mod ġenerali: saħħa, agrikoltura, affaritjiet marittimi u bijoekonomija; enerġija, trasport, azzjoni dwar il-klima, ambjent, l-effiċjenza tar-riżorsi u materja prima, soċjtajiet riflessivi; u sigurtà.

L-isfond

L-Orizzont 2020 huwa l-akbar programm qafas ta' riċerka u innovazzjoni li qatt kien hemm b'baġit ta' seba' snin li jiswa EUR 80 biljun. Ħafna mill-finanzjament tar-riċerka tal-UE hu allokat abbażi tas-sejħiet kompetittivi, iżda l-baġit tal-Orizzont jinkludi finanzjament ukoll għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, is-servizz intern tax-xjenza tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u r-riċerka mwettqa fil-qafas tal-Trattat Euratom. Se jkunu ppubblikati sejħiet separati taħt il-Paternarjati mal-industrija u mal-Istati Membri (ara IP/13/668). Fl-2014 il-baġit totali tar-riċerka tal-UE, inklużi dawn it-temi u l-ispiża amministrattiva, se tkun xi EUR 9.3 biljun li titla' għal EUR 9.9 biljun fl-2015. L-ammonti finali tal-2015 huma soġġetti għad-deċiżjoni dwar l-baġit annwali tal-2015

L-opportunitajiet ta' finanzjament taħt l-Orizzont 2020 huma stabbiliti fil-programmi ta' ħidma ppubblikati fil-portal diġitali tal-UE għall-finanzjament tar-riċerka li tfassal mill-ġdid għal proċeduri eħfef u mingħajr karti. Il-parteċipanti se jsibu wkoll id-disinn u l-finanzjament i tal-programm aktar sempliċ, sett wieħed ta’ regoli, piż imnaqqas mill-kontrolli finanzjarji u l-verifiki.

Is-sejħiet tal-2014-15 jinkludu EUR 500 miljun għal sentejn dedikati lill-intrapriżi innovattivi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) permezz tal-Istrument SME ġdid fjamant. L-aspetti tas-sess huma mistennija li jkunu inklużi f’ħafna mill-proġetti, u hemm finanzjament biex jiġi stimulat dibattitu dwar is-sehem tax-xjenza fis-soċjetà. Hemm żewġ regoli ġodda biex "l-open aċċess" isir rekwiżit għall-Orizzont 2020 sabiex l-pubblikazzjonijiet tar-riżultati jkunu disponibbli liberalment.

Għal aktar informazzjoni

MEMO/13/1085: Orizzont 2020 – il-programm il-ġdid ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE

Horizon 2020 website

Participant portal

Kuntatti:

Michael Jennings (+32 2 296 33 88) Twitter: @ECSpokesScience

Inmaculada Martinez Garcia (+32 2 298 73 03)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site