Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013

L-avjazzjoni: l-UE twessa’ l-użu tat-tagħmir elettroniku fuq l-ajruplani

Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013 – Illum l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-UE aġġornat il-gwida tagħha dwar l-użu ta’ tagħmir elettroniku portabbli abbord l-ajruplani, inklużi smartphones, tablets u e-readers. Tikkonferma li dan it-tagħmir jista’ jinżamm mixgħul fuq il-Flight Mode (il-Modalità tat-Titjir, fejn ma jkunx jittrażmetti) matul it-titjira (inkluż waqt is-sewqan fuq l-art, il-qtugħ mill-art u l-inżul) mingħajr riskju għas-sikurezza. Il-Kummissarju tat-Trasport tal-UE, il-Viċi President Siim Kallas talab lill-EASA tħaffef il-pass tal-analiżi li qed tagħmel dwar is-sikurezza tal-użu tat-tagħmir elettroniku abbord fil-modalità ta’ trażmissjoni, u l-gwida l-ġdida mistennija li tiġi ppubblikata kmieni fl-2014.

"Ilkoll nixtiequ nibqgħu konnessi waqt li qed nivvjaġġaw, iżda l-kelma importanti hawnhekk hija s-sikurezza. Tlabt għal analiżi abbażi ta’ prinċipju ċar. Jekk hemm problema ta’ sikurezza, l-użu tat-tagħmir ma għandux jitħalla, iżda jekk dan ikun sikur, jista' jintuża skont ir-regoli. Id-darba li jmiss nixtiequ ninvestigaw kif se jsir kollegament man-netwerk abbord. L-analiżi se tieħu ż-żmien li għandha bżonn u se titfassal abbażi tal-evidenza. Qed nantiċipaw li noħorġu l-gwida l-ġdida tal-UE dwar l-użu ta’ tagħmir ta’ trażmissjoni abbord l-ajruplani tal-UE f’xi żmien is-sena d-dieħla."

Il-gwida l-ġdida

Il-gwida aġġornata ta’ sikurezza li ġiet ippubblikata llum titratta t-tagħmir elettroniku portabbli li jkun fil-modalità tat-titjir jew ta’ nontrażmissjoni magħrufa aħjar bħala “flight mode". Għall-ewwel darba, din tippermetti l-użu ta’ tagħmir elettroniku personali fil-modalità tat-titjir fil-fażijiet kollha tal-vjaġġ, mill-kanċell tat-tluq sa dak tal-wasla.

Qabel din il-gwida t-tagħmir elettroniku personali kollu kellu jintefa waqt li l-ajruplan isuq fuq l-art, meta jinqata' mill-art u meta jillandja.

Il-passi li jmiss – blue tooth, wi-fi, mowbajls

Il-Kummissarju tat-Trasport tal-UE Siim Kallas talab lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-UE (EASA) biex tħaffef il-pass tal-analiżi li qed tagħmel dwar is-sikurezza tal-użu tat-tagħmir elettroniku abbord fil-modalità ta’ trażmissjoni, u l-gwida l-ġdida mistennija tiġi fix-xhur li ġejjin.

Ġeneralment, il-kumpaniji tal-ajru bħalissa ma jippermettux il-konnessjoni tal-mobiles jew tal-wi-fi mill-mument li jingħalqu l-bibien tal-ajruplan sakemm l-ajruplan jasal fil-kanċell u l-bibien jinfetħu mill-ġdid.

Illum possibbli tagħmel kollegament man-netwerk f’ajruplani biss li huma mgħammra apposta biex iqabbduk ma’ netwerk (dan huwa possibbli fl-għoli tat-titjira). F’dawn il-każijiet, il-passiġġier ma jikkollegax ma’ netwerk tal-art iżda ma' sistema abbord li jkollha ċertifikat ta’ sikurezza. Bħalissa jeżistu biss ftit ajruplani mgħammra b’dan il-mod iżda nistennew li din il-ħaġa tiżdied fis-snin li ġejjin. Għal dawk l-ajruplani mgħammra biex joffru dan is-servizz, il-Kummissjoni dan l-aħħar ħadet deċiżjonijiet tat-telekomunikazzjoni biex tippermetti l-provvista tat-3G u l-4G biex ikun hemm konnessjonijiet għal tagħmir ta’ trażmissjoni.

Dan kollu xi jfisser għalija d-darba li jmiss li naqbad ajruplan?

Issa f'idejn kull kumpanija tal-ajru biex taġġorna r-regoli tal-operat tagħha. Bosta huma mistennija jagħmlu dan fil-ġimgħat li ġejjin. Fi kwalunkwe każ, il-passiġġieri dejjem għandhom isegwu l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza tal-crew, u għalhekk trid tuża t-tagħmir elettroniku tiegħek biss jekk l-ekwipaġġ jippermettilek tagħmel dan. L-ekwipaġġ dejjem se jirrikjedi l-attenzjoni tiegħek waqt li jagħti l-istruzzjonijiet tas-sikurezza u jaf jitolbok ukoll terfa’ f’posthom l-oġġetti tqal meta l-ajruplan ikun se jitlaq u meta jkun se jillandja

Meta nista’ nuża smartphone, tablet, e-reader jew music player?

Modalità tat-Titjir mixgħula

Modalità tat-Titjir mitfija

Fuq l-art (l-ajruplan miexi)

IVA, imma agħti kas tal-istruzzjonijiet tal-informazzjoni tas-sikurezza u erfa’ l-oġġetti tqal qabel mal-ajruplan jitlaq

LE

Qtugħ mill-art

IVA

LE

Waqt it-titjira

IVA

IVA, imma f’ajruplani mgħammra apposta u meta l-ekwipaġġ jippermetti biss

Waqt li jillandja

IVA

LE

Aktar tagħrif:

MEMO/13/1100

SPEECH/13/1044

http://easa.europa.eu/home.php

http://ec.europa.eu/transport/modes/air/safety/doc/2013-12-06-ped-technical-note.pdf

Segwi lill-Viċi President Kallas on Twitter

Kuntatti :

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site