Navigation path

Left navigation

Additional tools

Rapport tal-UE dwar l-iskola: Xi titjib fix-xjenza u fil-qari, iżda livell baxx fil-matematika

European Commission - IP/13/1198   03/12/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-3 ta' Diċembru 2013

Rapport tal-UE dwar l-iskola: Xi titjib fix-xjenza u fil-qari, iżda livell baxx fil-matematika

L-aħħar rapport tal-OECD dwar il-ħiliet fil-matematika, fix-xjenza u fil-qari ta' studenti ta' 15-il sena jiżvela riżultati differenti għall-Istati Membri. L-UE b'mod ġenerali għadha lura sew fil-matematika, iżda l-istampa hija aktar inkoraġġanti f'dak li jikkonċerna x-xjenza u l-qari, fejn l-Ewropa miexja fit-triq it-tajba biex tikseb l-għan tagħha għall-2020 li tnaqqas il-perċentwal tal-istudenti b'livell baxx1 għal inqas minn 15%. Ir-riżultati kienu ppreżentati fi Brussell minn Yves Leterme, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), u Jan Truszczynski, id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura.

Is-sejbiet jiżvelaw li għaxar Stati Membri (BG, CZ, DE, EE, IE, HR, LV, AT, PL u RO) għamlu progress sinifikanti fit-tnaqqis tas-sehem tagħhom ta' studenti b'livell baxx fit-tliet ħiliet bażiċi mill-2009 'l hawn. Iżda ħames pajjiżi tal-UE (EL, HU, SK, FI, SE) kellhom żieda fl-għadd ta' studenti b'livell baxx. Stati Membri oħrajn kellhom riżultati differenti (ara t-tabella). B’mod ġenerali, il-prestazzjoni tal-UE hija kemxejn aħjar minn dik tal-Istati Uniti, iżda t-tnejn li huma għadhom lura meta mqabbla mal-Ġappun.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, qalet: "Nifraħ lil dawk l-Istati Membri li tejbu l-prestazzjoni tagħhom, iżda huwa ċar li l-UE kollha kemm hi għandha bżonn tirsisti aktar. L-Istati Membri għandhom isostnu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-livell baxx tal-edukazzjoni fl-iskola sabiex jiżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jirnexxu fid-dinja moderna. Ir-riżultati jfakkruna li l-investiment f’edukazzjoni ta’ kwalità huwa fundamentali għall-futur tal-Ewropa.

Yves Leterme tenna l-istess ħaġa: "L-istudju ta' PISA juri x'jafu l-istudenti ta' 15-il sena u x'jistgħu jagħmlu b'dak li jafu. F’ekonomija globali, is-suċċess ma għadux jitkejjel biss skont standards nazzjonali, iżda skont is-sistemi edukattivi bl-aħjar prestazzjoni. Ir-riżultati għall-UE jenfasizzaw li hemm bżonn li jiżdied ir-ritmu ta' progress jekk l-Istati Membri jridu jevitaw li jaqgħu lura meta mqabbla ma’ ekonomiji oħrajn," żied jgħid l-eks Prim Ministru tal-Belġju.

Minn mindu ġie varat fl-2000, l-istħarriġ ta' PISA sar kull tliet snin. L-34 pajjiż membru tal-OECD u l-31 pajjiż sieħeb ipparteċipaw f'PISA 2012, u dan jirrappreżenta aktar minn 80% tal-ekonomija dinjija. Madwar 510 000 student b'età minn 15-il sena u tliet xhur għal 16-il sena u xahrejn ħadu sehem fit-testijiet, li koprew il-matematika, il-qari u x-xjenza bil-fokus prinċipali fuq il-matematika.

Il-bażi ta' evidenza li jipproduċi PISA, tippermetti lil dawk li jfasslu l-politika u lill-edukaturi jidentifikaw il-karatteristiċi ta' sistemi tal-edukazzjoni bi prestazzjoni għolja u jadattaw il-politiki tagħhom.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-OECD reċentament iffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni biex jaħdmu aktar mill-qrib flimkien fi tliet oqsma: l-istrateġiji tal-ħiliet, l-analiżi tal-pajjiż u l-istħarriġiet internazzjonali.

X'jgħidu s-sejbiet dwar l-UE - analiżi tal-Kummissjoni:

Il-qari: Il-perċentwal ta' studenti b'livell baxx fil-qari naqas minn 23.1% fl-2006 u 19.7% fl-2009 għal 17.8% fl-2012. Jekk din ix-xejra tissokta, il-valur referenzjarju ta' 15% jista' jinkiseb sal-2020. S'issa, huma biss seba' pajjiżi tal-UE li laħqu dan il-valur referenzjarju (EE, IE, PL, FI, NL, DE u DK). Sar progress notevoli minn CZ, DE, EE, IE, HR, LT, LU, AT, PL u RO.

Il-matematika: Mill-2009 'l hawn, ma sar l-ebda progress fit-titjib tal-perċentwal ta' studenti b'livell baxx fl-UE. Madankollu, erba' Stati Membri (EE, FI, PL, NL) huma fost il-pajjiżi madwar id-dinja kollha li għandhom l-aħjar prestazzjoni b'rata ta' studenti b'livell baxx fil-matematika li hija inqas mill-valur referenzjarju ta' 15%. L-ebda Stat Membru ieħor għadu ma laħaq dan il-livell. Sar progress sinifikanti (aktar minn 2 punti perċentwali) minn BG, EE, IE, HR, LV, AT, PL u RO.

Ix-xjenza: Kien hemm titjib kostanti fil-ħiliet fix-xjenza madwar l-Unjoni. Il-perċentwal tal-UE ta' studenti b'livell baxx naqas minn 20.3% fl-2006 għal 17.8% fl-2009 u 16.6% fl-2012. Għaxar Stati Membri jinsabu taħt il-valur referenzjarju ta' 15%: CZ, DE, EE, IE, LV, NL, PL, SI, FI, UK. Sar progress kostanti minn CZ, DE, EE, IE, ES, LV, AT, PL u RO.

L-analiżi tenfasizza li l-istatus soċjoekonomiku tal-istudenti għandu impatt sinifikanti fuq il-livelli tal-prestazzjoni, b'dawk li ġejjin minn familji bi dħul baxx aktar disposti li jkollhom livell baxx fil-matematika, fix-xjenza u fil-qari. Fatturi sinifikanti oħrajn jinkludu l-effetti negattivi prinċipali li wieħed ikun ġej minn sfond ta' migrazzjoni, l-importanza li wieħed ikun attenda sistema ta' edukazzjoni u ta' kura bikrija tat-tfal kif ukoll id-disparità bejn is-sessi fil-profiċjenza fil-qari (il-bniet imorru ħafna aħjar mis-subien).

L-analiżi tiżvela wkoll ir-relazzjoni bejn ir-riżultati ta' PISA u l-Istħarriġ tal-OECD dwar il-Ħiliet tal-Adulti li ġie ppubblikat reċentament (IP/13/922). Din tikkonkludi li, sabiex ikunu effettivi, il-politiki għandhom bżonn jiffokaw fuq it-titjib tal-edukazzjoni fl-iskola primarja u f'dik sekondarja. Lil hinn minn dan, normalment ikun tard wisq biex wieħed jikkumpensa għall-opportunità mitlufa fl-iskola.

Il-passi li jmiss

Fis-2pm illum, Michael Davidson, il-Kap tal-OECD tat-Tfulija Bikrija u tal-Iskejjel, u Jan Pakulski, il-Kap tal-Unità tal-istatistiċi, l-istħarriġiet u l-istudji dwar l-edukazzjoni tal-Kummissjoni, se jgħarrfu lill-partijiet interessati fl-edukazzjoni u fit-taħriġ dwar l-implikazzjonijiet tar-riżultati ta' PISA 2012 għat-tfassil tal-politika Ewropea. Il-laqgħa ta' informazzjoni se sseħħ fl-awditorju tal-bini Madou tal-Kummissjoni, Place Madou 1, 1210 Saint-Josse-Ten-Noode. Il-midja akkreditata merħba biha.

Il-Kummissjoni se tiddiskuti s-sejbiet ta' PISA 2012 mal-Istati Membri sabiex tgħin tidentifika miżuri biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet. L-ewwel skambju huwa ppjanat li jseħħ fl-ewwel laqgħa tal-Ministri tal-Edukazzjoni tal-UE fl-24 ta' Frar. Ir-riżultati se jintużaw ukoll għas-'Semestru Ewropew' tal-Kummissjoni 2014 li jipproduċi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi marbuta mal-ħiliet bażiċi.

L-Erasmus+ il-ġdid (IP/13/1110) programm għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għaż-żgħażagħ, li se jibda f'Jannar, se jappoġġa lil dawk il-proġetti li għandhom bħala għan li jiżviluppaw u jtejbu l-edukazzjoni fl-iskola. Ir-riżultati tal-istħarriġ jistgħu wkoll jgħinu lill-Istati Membri jiddefinixxu prijoritajiet għall-appoġġ mill-Fond Soċjali Ewropew, li huwa sors prinċipali ta' investiment fil-ħiliet u fit-taħriġ u jista' wkoll itejjeb il-possibbiltajiet tal-edukazzjoni għal grupppi vulnerabbli.

Għal aktar informazzjoni

PISA 2012: Il-prestazzjoni tal-UE u l-ewwel inferenzi dwar il-politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fl-Ewropa

Launch of PISA web-streaming 2012, European Commission

Power point presentation on PISA 2012 by Michael Davidson

Opening remarks by Jan Truszczynski, Director General, DG Education and Culture

PISA 2012 on the OECD websitePISA 2012 fuq il-websajt tal-OECD

Il-Kummissjoni Ewropea: Edukazzjoni u taħriġ

Il-websajt ta' Androulla Vassiliou

Twitter: Androulla Vassiliou @VassiliouEU u Yves Leterme @YLeterme

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Anness: Progress biex jinkiseb il-valur referenzjarju ta' inqas minn 15% ta' studenti b'livell baxx fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza fost iż-żgħażagħ ta' 15-il sena [1]

2012

Evoluzzjoni

2009-12

2012

Evoluzzjoni

2009-12

2012

Evoluzzjoni

2009-12

Il-qari

(punti %)

Il-matematika

(punti %)

Ix-xjenza

(punti %)

UE

17.8

-1.9

22.1

-0.2

16.6

-1.2

Il-Belġju

16.1

-1.5

19.0

-0.2

17.7

-0.4

Il-Bulgarija

39.4

-1.6

43.8

-3.3

36.9

-1.9

Ir-Repubblika Ċeka

16.9

-6.2

21.0

-1.3

13.8

-3.5

Id-Danimarka

14.6

-0.6

16.8

-0.3

16.7

0.1

Il-Ġermanja

14.5

-4.0

17.7

-0.9

12.2

-2.6

L-Estonja

9.1

-4.2

10.5

-2.1

5.0

-3.3

L-Irlanda

9.6

-7.6

16.9

-3.9

11.1

-4.1

Il-Ġreċja

22.6

1.3

35.7

5.4

25.5

0.2

Spanja

18.3

-1.3

23.6

-0.1

15.7

-2.5

Franza

18.9

-0.9

22.4

-0.1

18.7

-0.6

Il-Kroazja

18.7

-3.7

29.9

-3.3

17.3

-1.2

L-Italja

19.5

-1.5

24.7

-0.2

18.7

-1.9

Ċipru

32.8

:

42.0

:

38.0

:

Il-Latvja

17.0

-0.6

19.9

-2.7

12.4

-2.3

Il-Litwanja

21.2

-3.2

26.0

-0.3

16.1

-0.9

Il-Lussemburgu

22.2

-3.8

24.3

0.4

22.2

-1.5

L-Ungerija

19.7

2.1

28.1

5.8

18.0

3.9

Malta

:

:

:

:

:

:

Il-Pajjiżi l-Baxxi

14.0

-0.3

14.8

1.4

13.1

-0.1

L-Awstrija

19.5

-8.0

18.7

-4.5

15.8

-5.2

Il-Polonja

10.6

-4.4

14.4

-6.1

9.0

-4.1

Il-Portugall

18.8

1.2

24.9

1.2

19.0

2.5

Ir-Rumanija

37.3

-3.1

40.8

-6.2

37.3

-4.1

Is-Slovenja

21.1

-0.1

20.1

-0.2

12.9

-1.9

Is-Slovakkja

28.2

6.0

27.5

6.5

26.9

7.6

Il-Finlandja

11.3

3.2

12.3

4.5

7.7

1.7

L-Isvezja

22.7

5.3

27.1

6.0

22.2

3.1

Ir-Renju Unit

16.6

-1.8

21.8

1.6

15.0

0.0

L-Islanda

21.0

4.2

21.5

4.5

24.0

6.1

Is-Serbja

33.1

:

38.9

:

35.0

:

It-Turkija

21.6

-2.9

42.0

-0.1

26.4

-3.6

Il-Liechtenstein

12.4

-3.2

14.1

4.6

10.4

-0.9

In-Norveġja

16.2

1.3

22.3

4.1

19.6

3.8

L-Isvizzera

13.7

-3.2

12.4

-1.1

12.8

-1.3

Il-Ġappun

9.8

-3.8

11.1

-1.4

8.5

0.0

L-Istati Uniti tal-Amerika

16.6

-1.0

25.8

2.5

18.1

-2.2

Sors: OECD, PISA 2012. Ma hemm l-ebda dejta disponibbli għall-Montenegro u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Nota: [1] Il-marki ta' PISA 2012 huma maqsuma f'sitt livelli ta' profiċjenza li jvarjaw mill-aktar baxx, livell 1, għall-ogħla wieħed, livell 6. Livell baxx huwa definit bħala prestazzjoni li tkun inqas mil-livell 2: qari (marka <407.47), matematika (marka <420.07) u xjenza (marka<409.54).

Il-valur referenzjarju 2020: Is-sehem ta' żgħażagħ ta' 15-il sena b'livell baxx fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza [1]

1 :

'Sal-2020, is-sehem ta' studenti ta' 15-il sena b'livell baxx fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza għandu jkun inqas minn 15%'. Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2009:119:0002:0010:mt:PDF


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website