Navigation path

Left navigation

Additional tools

Brussell, it-3 ta' Diċembru 2013 Il-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità: Il-Kummissjoni tħabbar ir-Rebbieħ tal-Premju 'Access City' tal-2014: Gothenburg!

European Commission - IP/13/1192   03/12/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-3 ta' Diċembru 2013

Il-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità: Il-Kummissjoni tħabbar ir-Rebbieħ tal-Premju 'Access City' tal-2014: Gothenburg!

Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-persuni b'diżabilità (it-3 ta' Diċembru) il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li Gothenburg huwa r-rebbieħ tal-Premju 'Access City' tal-2014. Il-Premju jirrikonoxxi x-xogħol straordinarju ta' Gothenburg biex iżid l-aċċessibilità tal-persuni b'diżabilità u tal-anzjani. Il-Premju tal-2014 huwa organizzat mill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal- Forum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità, u kien ippreżentat fi Brussell matul l-avveniment "Turiżmu Aċċessibbli fl-Ewropa" fl-okkażjoni annwali tal-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità u tal-Jum Ewropew tat-Turiżmu. Il-Premju għandu l-għan li jħeġġeġ lill-ibliet b'aktar minn 50,000 abitant biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u biex tittejjeb l-aċċessibiità għall-benefiċċju ta' kulħadd.

"'Belt għal kulħadd!' – dan huwa l-islogan ta' Gothenburg. Ir-rebħ tal-Premju 'Access City' ta' din is-sena juri li għal Gothenburg dan huwa aktar minn sempliċement slogan" qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju għall-Ġustizzja fl-UE. "l-Approċċ inklussiv tal-belt ta' integrazzjoni tal-persuni bid-diżabilitajiet kollha fis-soċjetà għen lil Gothenburg joħroġ rebbieħ din is-sena. Il-persuni b'diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ħafna ostakli fil-ħajja ta’ kuljum, iżda bliet bħal Gothenburg huma minn ta' quddiem nett biex jagħmlu l-ħajja aktar aċċessibbli għal kulħadd. Prosit lil Gothenburg."

L-impenn ta' Gothenburg għat-titjib tal-aċċessibilità fit-trasport, akkomodazzjoni, xogħol u impjieg huwa eżempju tajjeb li bliet Ewropej oħra jistgħu jsegwu fil-futur. Il-prijorità tingħata lil persuni b'diżabilità meta jsiru disponibbli djar aċċessibbli. Fuq il-front tal-impjieg, madwar 300 post tax-xogħol kull sena qiegħed jiġi mgħammar b'għajnuniet personali. Il-belt qiegħda wkoll taħdem sistematikament fuq it-titjib tal-faċilitajiet pubbliċi, b'azzjonijiet konkreti li jagħmlu l-parks tad-divertiment, il-plejgrawnds u l-università lokali aktar aċċessibbli.

it- tieni premju tal-Premju 'Access City' ingħata lil Grenoble (Franza) u t- tielet lil Poznan (il-Polonja) – bit-tnejn li huma juru progress konsiderevoli fejn tidħol l-aċċessibilità fit-trasport, edukazzjoni, akkomodazzjoni, xiri, kultura, sport, turiżmu u impjieg.

Il-Kummissjoni Ewropea tippremja nomini speċjali lill-ibliet pijunieri fil-kisba ta' aċċessibilità fejn jidħlu l-ambjent mibni, t-trasport, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-faċilitajiet u s-servizzi pubbliċi. Din is-sena, in-nomini speċjali ngħataw lil:

Belfast, ir-Renju Unit, għall-'Ambjent Mibni u l-Ispazji Pubbliċi'

Dresden, il-Ġermanja, għal 'Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni'

Burgos, Spanja, għas-Servizzi u l-Faċilitajiet Pubbliċi

Malaga, Spanja, għat-Trasport u l-infastrutturi relatati

Rebbieħa preċedenti tal-Premju 'Access City' jinkludu Avila fi Spanja (IP/10/1641); Salzburg fl-Awstrija (IP/11/1492), u Berlin fil-Ġermanja (IP/12/1309).

Għaliex Ewropa aċċessibbli ma ssirx biss mill-awtoritajiet pubbliċi, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda torganizza wkoll Laqgħa ta' livell għoli dwar it-Tkabbir u l-Aċċessibilità li tlaqqa' flimkien uffiċjali kapijiet eżekuttivi tan-negozju u assoċjazzjonijiet tal-utenti fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità. L-għan tal-laqgħa huwa li jiġi dikuss kif il-prodotti u s-servizzi jistgħu jsiru aktar aċċessibbli fl-Ewropa.

Sfond

Il-Premju 'Access City'

Il-Premju 'Aċċess City' tnieda fl-2010 biex iqajjem kuxjenza tad-diżabilità u jippromwovi inizjattivi ta' aċċessibilità fl-ibliet tal-Ewropa b'aktar minn 50,000 abitant. Il-premju jitratta l-iżgurar ta' aċċess indaqs għall-ħajja tal-belt għall-persuni b'diżabilità. L-inizjattiva għandha l-għan li tħeġġeġ l-ibliet jispiraw lil xulxin fl-innovazzjoni u biex jaqsmu l-aħjar prattika.

Il-Premju jingħata lill-belt li b'mod ċar u sostenibbli ttejjeb l-aċċessibilità f'aspetti fundamentali tal-ħajja tal-belt, u li għandha pjanijiet konkreti għal aktar titjib. Il-Premju jkopri azzjonijiet fl-oqsma ta':

L-ambjent mibni u l-ispazji pubbliċi;

It-trasport u l-infrastrutturi relatati;

L-informazzjoni u l-komunikazzjoni, inkluż teknoloġiji ġodda (ICT); u

Il-faċilitajiet u s-servizzi pubbliċi.

Il-proċess tal-għażla tal-Ġurija Ewropea għall-Premju 'Access City' 2014

Fl-ewwel rawnd ta' għażla fil-livell nazzjonali applikaw 102 t'ibliet minn 23 Stat Membru u ssodisfaw il-kriterji biex jidħlu għall-kompetizzjoni. Ġuriji Nazzjonali fl-Istati Membri kienu magħmula minn persuni b'diżabilità u esperti tal-amministrazzjoni pubblika. Setgħu jgħażlu sa tliett ibliet biex jinnominaw għar-rawnd ta' għażla Ewropew, li rriżulta fl-għażla ta' 33 belt li ġiet sottomessa lill-Ġurija Ewropea għall-“Premju Access City 2014”.

Il-Ġurija Ewropea magħmula minn esperti tal-aċċessibilità u rappreżentanti tal-Forum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità u l-Pjattaforma AGE Ewropa evalwaw dawk it-33 belt u għażlu r-rebbieħ, it-tieni u t-tielet premju kif ukoll l-erba' nomini speċjali.

Il-Politika tal-UE dwar l-Aċċesibilità

Li l-Ewropa ssir aktar aċċessibbli għal dawk b'diżabilità hija parti ewlenija mill- istrateġija globali tal-UE dwar id-diżabilità.2010-2020 li tipprovdi l-qafas ġenerali għal azzjoni fil-qasam tad-diżabilità u l-aċċessibilità fil-livell tal-UE biex tikkumplimenta u tappoġġja l-azzjoni tal-Istati Membri. Dispożizzjonijiet partikolari dwar l-aċċessibilità jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-UE f'oqsma bħat-trasport u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

L-UE tuża bosta għodda lilhinn mill-leġiżlazzjoni u l-politika, bħar-riċerka u l-istandardizzazzjoni, biex tottimizza l-aċċessibilità tal-ambjent mibni, l-ICT, t-trasport u oqsma oħra, u biex trawwem suq mifrux mal-UE kollha għal prodotti u servizzi aċċessibbli.

L-UE għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq tat-teknoloġija assistiva għall-benefiċċju tal-persuni b'diżabilità u tappoġġja approċċ ta' "Disinn għall kulħadd" li tgawdi minnu parti akbar mill-popolazzjoni, bħall-anzjani u dawk b'mobilità mnaqqsa.

Għal aktar tagħrif

Aqra aktar dwar il-Premju 'Access City' fuq:

http://ec.europa.eu/justice/events/access-city-award-2014/index_mt.htm http://ec.europa.eu/justice/discrimination/disabilities/award/index_en.htm

Turiżmu Aċċessibbli fl-Ewropa, fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità u l-Jum Ewropew tat-Turiżmu: http://ec.europa.eu/justice/newsroom/discrimination/events/eventedpd2013_en.htm

Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 http://ec.europa.eu/justice/discrimination/disabilities/disability-strategy/index_en.htm and http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52010DC0636:EN:NOT

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità http://ec.europa.eu/justice/discrimination/disabilities/convention/index_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja: http://ec.europa.eu/reding (EN, FR, DE)

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Segwi EU Justice fuq Twitter: @EU_Justice

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Annex: High Level Dialogue on Growth and Accessibility

Brussels, 3 December 2013

List of Participating Organisations:

Age Platform

Amadeus IT Holdings

Bloomsbury

British Telecom

Business Europe

European Committee for Standardisation-European Committee for Electrotechnical Standardisation (CEN-CENELEC)

Eurolines

Électricité de France (EDF)

HOTREC

Microsoft Corporation

Microsoft Corporation

General Mobile Manufacturers Forum

Nokia

Telefonica SA

Thomas Cook

European Association of Craft, Small and Medium-Sized Enterprises (UEAPME)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website