Navigation path

Left navigation

Additional tools

Żvelati l-ewwel siti li se jingħataw iċ-Ċertiikat tal-Patrimonju Ewropew

European Commission - IP/13/1177   28/11/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-28 ta' Novembru 2013

Żvelati l-ewwel siti li se jingħataw iċ-Ċertiikat tal-Patrimonju Ewropew

L-ewwel siti li se jirċievu ċ-Ċertifikat il-ġdid tal-Patrimonju Ewropew (EHL) ġew żvelati llum mill-bord tal-għażla indipendenti stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea. L-erba' siti huma: Il-Park Arkeoloġiku ta' Carnuntum, kwartier Ruman mibni mill-ġdid f' Bad Deutsch-Altenburg, l-Awstrija; is-Sala tax-Xirka medjevali f'Tallinn, l-Estonja; il- Palazz tal-Paċi f'The Hague, li ilu mibni 100 sena u Camp Westerbork, kamp ta' tranżitu Nażista tat-Tieni Gwerra Dinjija f' Hooghalen, l-Olanda wkoll.

Iċ-Ċertifikat għandu l-għan li jqajjem kuxjenza dwar siti li kellhom rwol sinifikanti fl-istorja, il-kultura u l-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll biex jenfasizza d-dimensjoni Ewropea tagħhom permezz ta’ attivitajiet informattivi u edukattivi. L-għan aħħari tal-EHL huwa li jsaħħaħ is-sens ta’ appartenenza tan-nies għall-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni sejra tinnomina formalment dawn is-siti f'Jannar 2014.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropea għall-kultura, qalet: "Nifraħ lill-ewwel siti li se jirċievu ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Nemmen li din l-inizjattiva għandha l-potenzjal tkun waħda mill-aktar skemi popolari u ta' suċċess organizzati mill-UE. Għandha angolu edukattiv qawwi, speċjalment għaż-żgħażagħ li se jkunu kapaċi jifhmu aħjar l-istorja tal-Unjoni Ewropea bis-saħħa tar-rabta ma' siti simboliċi. Nistennew bil-ħerqa aktar applikazzjonijiet fis-snin li ġejjin.”

Skont id-Deċiżjoni li tistabbilixxi ċ-Ċertifikat u l- kriterji tiegħu, ħames pajjiżi tal-UE (l-Awstrija, l-Estonja, id-Danimarka, il-Lussemburgu u l-Olanda) kienu eliġibbli biex jinnominaw siti fl-2013. Ipproponew total ta' disa'1 siti għaċ-Ċertfikat. Bord Ewropew magħmul minn 13-il espert kulturali indipendenti mbagħad ivvalutaw l-applikazzjonijiet skont il-kriterji maqbula: l-aktar importanti kien is-sinifikat Ewropew tas-sit, l-attivitajiet proposti biex jiġi promoss u l-ġestjoni tajba tiegħu sabiex jinġibed l-interess tal-pubbliku.

18-il Stat Membru ieħor (il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, u l-Ungerija) se jkunu jistgħu jinnominaw is-siti fl-2014. L-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Renju Unit, l-Irlanda u l-Kroazja mhumiex se jieħdu sehem għalissa, iżda jistgħu jissieħbu fl-inizjattiva aktar tard jekk ikunu jixtiequ.

Għal aktar tagħrif

MEMO/13/1068 Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew Mistoqsijiet Frekwenti

Il-Kummissjoni Ewropea: Edukazzjoni u taħriġ

Is-sit elettroniku ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

1 :

Id-disa' siti li għaddew mill-preselezzjoni: http://ec.europa.eu/culture/our-programmes-and-actions/label/european-heritage-label_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website