Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 27 ta' Novembru 2013

Id-Dritt għal ... — Proċess Ġust! Il-Kummissjoni trid iktar salvagwardji għaċ-ċittadini fil-proċedimenti kriminali

Il-Kummissjoni Ewropea llum preżentat pakkett ta’ proposti biex issaħħaħ aktar is-salvagwardji proċedurali għaċ-ċittadini fil-proċedimenti kriminali. L-għan huwa li tiggarantixxi d-drittijiet għal proċess ġust għaċ-ċittadini kollha, ikunu fejn ikunu fl-Unjoni Ewropea. Il-proposti tal-lum għandhom l-għan li jiggarantixxu r-rispett tal-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt tal-persuna li tkun preżenti waqt il-proċess; li jiżguraw li t-tfal ikollhom salvagwardji speċjali meta jiffaċċjaw proċedimenti kriminali; li jiggarantixxu li s-suspettati u l-akkużati jkollhom aċċess għal għajnuna legali proviżorja fl-istadji bikrin tal-proċedimenti, speċjalment dawk suġġetti għal Mandat ta’ Arrest Ewropew. Il-proposti l-ġodda huma pass ieħor importanti lejn id-drittijiet proċedurali u jikkumplimentaw sett ta’ tliet liġijiet oħra tal-UE miftiehma mill-2010: dwar id-dritt għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni (IP/13/995), id-dritt għall-informazzjoni(IP/12/575), u d-dritt ta' aċċess għal avukat (IP/13/921). Dawn il-proposti jippromwovu l-prinċipju tal-ugwaljanza tal-mezzi biex il-partijiet kollha tingħatalhom il-protezzjoni ta’ proċess ġust. Ladarba jiġu adottati, il-proposti se jgħinu biex tiżdied il-fiduċja reċiproka fis-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri u għalhekk jiġi żgurat funzjonament bla tfixkil tal-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja.

“Il-ġustizzja ma għandhiex biss titwettaq, iżda jrid jidher li qed titwettaq. Meta sirt l-ewwel Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Ġustizzja, fl-2010 kont wegħdet li se nirriorjenta l-politiki tagħna fil-qasam tal-ġustizzja. Qabel l-2010, il-Ġustizzja kellha żewġ ix-xwabel iżda l-ebda miżien. Minn dak iż-żmien il-Kummissjoni ħadet azzjoni biex iġġib bilanċ ġdid fil-politiki tal-ġustizzja billi ssaħħaħ id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini tagħna. Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tikseb riżultati: qed jiddaħħlu fis-seħħ serje ta’ drittijiet proċedurali li se japplikaw għaċ-ċittadini kollha, madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Qed nibnu kontinent Ewropew tassew tal-ġustizzja”, qalet il-Viċi-President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE. “Il-proposti tal-lum se jiżguraw li ċ-ċittadini jkollhom aċċess adegwat għal għajnuna legali meta jkunu l-aktar vulnerabbli, li s-suspettati taħt l-età jkollhom salvagwardji speċjali, u li l-prinċipju ewlieni “innoċenti sakemm tiġi ppruvata l-ħtija” isir effettiv madwar l-UE kollha. Meta jivvjaġġaw fl-UE, iċ-ċittadini għandhom jistennew l-istess livell ta’ protezzjoni kif isibu f'pajjiżhom.”

Il-pakkett tal-lum jinkludi ħames proposti:

  1. Direttiva li ssaħħaħ il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt li dak li jkun ikun preżenti waqt il-proċess fi proċedimenti kriminali: Se tiggarantixxi r-rispett tal-preżunzjoni tal-innoċenza taċ-ċittadini kollha, suspettati jew akkużati mill-pulizija u l-awtoritajiet ġudizjarji billi tiggarantixxi li (1) ma tkunx tista' tiġi dedotta ħtija minn xi deċiżjoni jew stqarrija uffiċjali qabel il-kundanna finali; (2) l-oneru tal-provi jaqa' fuq il-prosekuzzjoni u li kwalunkwe dubju jkun għall-benefiċċju tal-persuna suspettata; (3) jiġi ggarantit id-dritt li dak li jkun jibqa' siket u li dan ma jintużax kontra s-suspettat biex tingħata l-kundanna; u (4) l-akkużat għandu d-dritt ikun preżenti waqt il-proċess (ara l-Anness għal aktar dettalji).

  2. Direttiva dwar salvagwardji speċjali għat-tfal suspettati jew akkużati b’reat: Din id-direttiva se tiżgura li t-tfal, li huma vulnerabbli minħabba l-età tagħhom, ikollhom aċċess obbligatorju għal avukat fl-istadji kollha. Dan ifisser li t-tfal ma jkunux jistgħu jirrinunzjaw id-dritt tagħhom li jkunu assistiti minn avukat, peress li hemm riskju għoli li ma jifhmux li konsegwenza tal-azzjonijiet tagħhom jekk ikunu kapaċi jirrinunzjaw id-drittijiet tagħhom. It-tfal se jibbenefikaw ukoll minn salvagwardji oħra bħal li jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom minnufih, ikunu assistiti mill-ġenituri tagħhom (jew persuni xierqa oħra), ma jiġux interrogati waqt seduti pubbliċi, id-dritt li jsirilhom eżami mediku u li jinżammu separati minn pruġinieri adulti jekk jiġu mċaħħda mil-libertà.

  3. Direttiva dwar id-dritt għal għajnuna legali provviżorja għaċ-ċittadini suspettati jew akkużati b’reat u għal dawk suġġetti għal Mandat ta’ Arrest Ewropew: Din id-direttiva se tiżgura li s-suspettati jkollhom aċċess għal għajnuna legali fl-istadji bikrin tal-proċedimenti kriminali (meta ċ-ċittadini akkużati jkunu partikolarment vulnerabbli, speċjalment jekk imċaħħda mil-libertà). Se tiggarantixxi wkoll għajnuna legali għal persuni arrestati skont Mandat ta’ Arrest Ewropew (ara l-Anness għad-dettalji).

Dawn il-proposti leġiżlattivi huma kkumplimentati minn żewġ Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri:

  1. Rakkomandazzjoni dwar salvagwardji proċedurali għal persuni vulnerabbli suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali: jiġi żgurat li persuni vulnerabbli (pereżempju li jbatu minn diżabbiltajiet fiżiċi jew mentali) jiġu identifikati u rikonoxxuti, u li fil-proċedimenti kriminali jitqiesu l-bżonnijiet speċjali tagħhom. Jekk iċ-ċittadini ma jifhmux l-proċedimenti jew il-konsegwenzi ta’ azzjonijiet bħal ammissjoni, dan iwassal għal “inugwaljanza tal-mezzi”. Ir-Rakkomandazzjoni tipproponi li suspettati vulnerabbli jibbenefikaw minn salvagwardji speċjali bħal aċċess obbligatorju għal avukat, assistenza minn persuna terza xierqa u assitenza medika.

  2. Rakkomandazzjoni dwar id-dritt għal għajnuna legali għal persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali: fatturi komuni li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ jekk wieħed għandux dritt għal għajnuna legali, u l-iżgurar tal-kwalità u l-effikaċja tas-servizzi ta’ għajnuna legali u l-amministrazzjoni.

Sfond

Iseħħu aktar minn 9 miljun proċediment kriminali fl-Unjoni Ewropea kull sena. Fid-9 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni Ewropea ħadet l-ewwel pass f’sensiela ta’ miżuri biex tistabbilixxi standards komuni fl-UE għall-proċedimenti kriminali. Il-Kummissjoni proponiet regoli li jobbligaw lill-pajjiżi tal-UE jipprovdu servizzi sħaħ ta' interpretazzjoni u traduzzjoni lis-suspettati (IP/10/249, MEMO/10/70). Il-proposta ġiet adottata fi żmien rekord ta' disa' xhur mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-Kunsill (IP/10/1305). L-Istati Membri tal-UE kellhom tliet snin biex jadottaw dawn ir-regoli, aktar mis-sentejn tas-soltu, biex l-awtoritajiet ikollhom żmien biżżejjed iħejju l-informazzjoni tradotta (IP/13/995).

Id-Direttiva dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali tiggarantixxi d-dritt taċ-ċittadini li jsirulhom mistoqsijiet, li jieħdu sehem f'seduti ta' smigħ u li jirċievu pariri legali bil-lingwa tagħhom fi kwalunwke parti tal-proċediment kriminali, fil-qrati kollha tal-UE.

Il-liġi kienet segwita minn Direttiva oħra dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali, adottata f’2012 (ara IP/12/575), u wara b'Direttiva oħra dwar id-dritt għall-aċċess għal avukat u dwar id-dritt li meta tiġi mċaħħda l-libertà, issir komunikazzjoni ma' persuni terzi u mal-awtoritajiet konsulari, adottata fl-2013 (IP/13/921). Bil-proposti tal-lum il-Kummissjoni qed tkompli bil-pjan direzzjonali tagħha f’dan il-qasam tal-ġustizzja kriminali – kif previst fil-Programm ta’ Stokkolma.

Mingħajr standards minimi komuni bħala garanzija ta' proċeduri ġusti, l-awtoritajiet ġudizzjarji joqogħdu lura milli jibagħtu lil xi ħadd biex jiġi pproċessat f'pajjiż ieħor. B'riżultat ta' dan, il-miżuri tal-UE biex tiġi miġġielda l-kriminalità – bħal ma hu l-Mandat Ewropew tal-Arrest – jistgħu ma jiġux applikati bi sħiħ.

Għal aktar informazzjoni

Mistoqsijiet Frekwenti:

MEMO/13/1046

Pakkett għall-istampa: drittijiet proċedurali:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/criminal/news/131127_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea – drittijiet għal proċess ġust:

http://ec.europa.eu/justice/criminal/criminal-rights/index_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi-President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi-President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Annex1: Legal situation in the Member States regarding presumption of innocence ('PoI')

Absence of public references to guilt

Burden of proof and standard of proof

Right to remain silent, right not to cooperate and privilege against self-incrimination

In absentia decisions

How is this enshrined in law :

Explicitly in constitution, criminal procedural code or case law -

Derived from the PoI ●1

Existence of specific remedies

Yes –

No, but can be derived from general PoI - ●

The burden of proof always on the prosecution –

Reverse burdens of proof in certain circumstances - ●

Existence of specific remedies

Yes –

No, but can be derived from general PoI - ●

Possibility to challenge the proof when reversed

Yes –

No - ●

Right to remain silent is explicitly provided in law - ●

Adverse inferences permitted - ◊

Right not to cooperate and privilege against self-incrimination in national law -

The right is qualified:

- where the information requested from the suspect exists independently of his will - ◊

- In certain additional circumstances

No specific right not to cooperate and no privilege against self-incrimination-●

Adverse inferences permitted -

Existence of specific remedies

Yes evidence can be inadmissible–

Yes decision can be nullified - ◊

No - ●

Explicit right to be present at trial - ●

Suspect / accused’s presence at trial is without exceptions mandatory -

In absentia proceedings possible if:

-Suspect / accused has voluntarily absconded - ◊

-In other circumstances -

If in absentia proceedings possible, the suspect / accused person may subsequently:

-a fresh determination of the merits of the case -

-appeal the decision - ●

AT

N/A

● ◊

BE

● ◊

● ◊

BG

N/A

● ◊

CY

N/A

● ◊

N/A

CZ

N/A

● ◊

DE

N/A

DK

EE

● ◊

EL

ES

● ◊

FI

N/A

● ◊

FR

● ◊

HU

HR

N/A

● ◊

IE

● ◊

N/A

IT

LT

N/A

LU

● ◊

LV

● ◊

MT

● ◊

NL

N/A

● ◊

PL

● ◊

PT

● ◊

RO

SE

● ◊

● ◊

SI

N/A

● ◊

SK

UK - E&W

2

● ◊

UK - SC

● ◊

Annex 2: Moment at which the Right to Legal Aid arises in the different Member States

When suspect is first questioned (not necessarily at police station) and before detention

Prior to questioning (generally at police station) , may be before arrest or charge

When suspect is arrested or detained at police station

Following first identification as suspect or after formal charge or accusation

On formal arrest or charging (e.g. in court), maybe after detention and questioning

At pre-trial questioning before the court

AT

x

BE

x

BG

x

CY

x

CZ

x

DE

x

DK

x

EE

x

EL

x

ES

x

FI

x

FR

x

HU

x

HR

IE

x

IT

x

LT

x

LU

x

LV

x

MT

x

NL

PL

x

PT

x

RO

x

SE

x

SI

x

SK

x

UK (England & Wales)

x

UK (Scotland)

x

1 :

Source: Impact Assessment for the Proposal for a Directive on certain aspects of the presumption of innocence and of the right to be present at trial in criminal proceedings.

No information was provided for Denmark, Italy or Slovakia.

'Derived from the PoI' refers to situations where there are no specific law on the issue but the right and / or the remedy can be derived from the general rules governing the presumption of innocence ('PoI').

2 :

The defence is required to lodge a defence statement in solemn proceedings.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website