Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, il-21 ta' Novembru 2013

Lejn politika Ewropea ġdida għall-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u agroalimentari

Il-Kummissjoni Ewropea llum ippreżentat pjan ta' riforma dwar il-politika ta' informazzjoni u l-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u alimentari Ewropej. Din il-politika ġdida ta' promozzjoni - b'baġit imsaħħaħ u, eventwalment, b'għajnuna minn aġenzija eżekuttiva Ewropea - għandha l-iskop li tkun ta' għodda verament utli għall-penetrazzjoni fis-swieq. Bis-slogan "Kul għal qalbek, dan mill-Ewropa", il-politika l-ġdida għandha l-għan li tgħin lill-professjonisti fis-settur jegħlbu l-isfida tal-qasam internazzjonali u jgħarrfu aħjar lill-konsumaturi dwar l-isforzi li qed isiru rigward il-kwalità tal-prodotti, u dan abbażi ta' strateġija vera, stabbilita fil-livell Ewropew.

"F'dinja fejn il-konsumaturi qed isiru iktar konxji tas-sigurtà, il-kwalità u l-ħajja itwal tal-mezzi tal-produzzjoni tal-ikel, il-bdiewa u l-intrapriżi Ewropej żgħar u medji għandhom rwol verament importanti. Is-settur Ewropew agrikolu u agroalimentari hu magħruf għall-kwalità tal-prodotti tiegħu u għar-rispett għan-normi liema bħalhom fid-dinja. B'diġà aktar minn 110 miljun ewro fi prodotti esportati, is-settur hu vantaġġ konsiderevoli biex intejbu t-tkabbir u x-xogħol fl-Unjoni Ewropea" qal Dacian Cioloş, il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

Din il-proposta saret wara dibattitu kbir li ilu għaddej mill-2011 rigward Green Paper (IP/11/885) u li warajha ħarġet Komunikazzjoni (IP/12/332). Din issa ser tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-elementi prinċipali proposti f'din ir-riforma huma:

Żieda sinifikattiva fl-għajnuna maħsuba għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni, bl-għan li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur agrikolu Ewropew. L-għajnuniet Ewropej, maż-żmien, iridu jaqbżu l-61 miljun ewro fil-baġit tal-2013 u jilħqu l-200 miljun ewro fl-2020;

Id-dħul fis-seħħ ta' strateġija Ewropea ta' promozzjoni, li ser tippermetti azzjonijiet ta' promozzjoni aktar iffukati. Din l-istrateġija għandha twassal:

għal żieda fil-programmi intiżi għall-pajjiżi terzi u fil-programmi multi (programmi ppreżentati minn entitajiet ta' bosta Stati Membri) permezz ta' rata ogħla ta' kofinanzjament għal dawn iż-żewġ kategoriji : 60% tal-kofinanzjament tal-UE minflok 50%;

Fis-suq intern, biex jingħeleb il-livell baxx ta' għarfien tal-konsumaturi rigward il-vantaġġi tal-prodotti agrikoli Ewropej b'mod ġenerali, u l-prodotti rikonoxxuti mis-sistemi Ewropej ta' kwalità b'mod partikolari.

Twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri:

bil-possibbiltà definita li tissemma l-oriġini u d-ditta tal-prodotti

Żieda fil-benefiċjarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Żieda fil-prodotti eliġibbli, b'mod partikolari tal-prodotti agroalimentari ittrasformati, eliġibbli għas-sistemi Ewropej ta' kwalità bħal pereżempju l-għaġin alimentari;

Simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi b'għażla li minn issa 'l quddiem ser tkun tikkonsisti fi stadju wieħed fil-Kummissjoni, minflok iż-żewġ stadji eżistenti (Stat Membru, imbagħad il-Kummissjoni Ewropea);

Immaniġġjar aktar faċli tal-programmi elaborati b'mod konġunt mill-entitajiet tal-bosta Stati Membri, permezz ta' one-stop shop fil-Kummissjoni.

Għal aktar tagħrif

Għal aktar dettalji ara: http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/policy/legislative-proposal/index_en.htm

MEMO/13/1032

Kuntatti :

Fanny Dabertrand (+32 2 299 06 25)

Roger Waite (+32 2 296 14 04)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website