Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 14 ta' Novembru 2013

Id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa: Viviane Reding tisma' lill-Franċiżi f'Marsilja

Il-futur tal-Ewropa, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ħruġ mill-kriżi ekonomika se jkunu s-suġġetti tas-37 Djalogu maċ-ċittadini (ara l-anness) li se jsir illum, l-14 ta' Novembru, f'Marsilja, fil-preżenza ta' Viviane Reding, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju għall-Ġustizzja, u ta' Christiane Taubira, Għassiesa tas-Siġilli u Ministru tal-Ġustizzja tal-Gvern Franċiż.

"Nisma' ħafna mistoqsijiet minn Franza dwar id-direzzjoni li qed taqbad l-Unjoni Ewropea: kif se nsibu l-bilanċ xieraq bejn il-miri ekonomiċi u l-aspirazzjonijiet soċjali? X'għandha twieġeb l-UE fir-rigward tal-politika dwar il-migrazzjoni? X'inhu l-futur taż-żgħażagħ tagħna? L-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 se jkunu l-mument tal-għażla għaċ-ċittadini. Il-fatt li 60 % tal-Franċiżi huma interessati fl-elezzjonijiet Ewropej jimlini bil-kuraġġ. Wara din il-laqgħa, nispera li nkun nista' ntella' din il-figura għal 100 %" sostniet Viviane Reding. "Ninsab kuntenta ħafna li qiegħda hawn flimkien mas-Sinjura Taubira biex nisma' liċ-ċittadini, biex nispjega dwar l-Ewropa u biex niddiskuti dwar il-futur tagħha. Dan huwa sinjal ċar: l-Ewropa hija l-ħidma tagħna lkoll."

Id-djalogu maċ-ċittadini se jsir fl-14 ta' Novembru mill-17.30 sat-20.00 fid-Dock des Suds, 12 rue Urbain V 13002 Marseille. Din se tkun opportunità għaċ-ċittadini biex jiddiskutu b'mod dirett mal-Viċi President u mal-Għassiesa tas-Siġilli. Se jiġu diskussi diversi temi, fosthom id-drittijiet taċ-ċittadini, il-futur tal-Ewropa, u l-obbligi taċ-ċittadini. Dan id-dibattitu se jitmexxa mis-Sur Thierry Bezer (France 3).

L-utenti tal-internet ukoll se jkollhom il-possibbiltà li jsegwu dan id-djalogu f'xandira diretta u jikkummentaw permezz ta' Twitter bl-użu tal-hashtag: #EUDeb8.

Sfond

X'inhuma d-djalogi maċ-ċittadini?

Minn Jannar li għadda, meta l-Kummissjoni Ewropea tat bidu għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini(IP/13/2), il-membri tal-Kummissjoni bdew jiltaqgħu maċ-ċittadini sabiex jiddiskutu.

S'issa, diġà saru 36 "djalogu maċ-ċittadini" fil-pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea, fil-preżenza ta' Kummissarju. B'kollox, hemm aktar minn ħamsin laqgħa ppjanata (ara l-anness) u kollha jsiru fil-preżenza ta' politiku responsabbli. Dawn id-diskussjonijiet, li huma miftuħin għal kulħadd, jistgħu jiġu segwiti fuq dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/european-debate.

F'Ottubru li għadda, saru 9 laqgħat f'Marsilja (il-kapitali Ewropea tal-kultura fl-2013) u 3 diskussjonijiet pubbliċi fit-23, fl-24 u fil-25 ta' Ottubru. Dawn id-diskussjonijiet taw l-opportunità lil aktar minn 600 persuna li jiddiskutu u li jaqsmu l-fehmiet tagħhom. Kien hemm ukoll kważi 260 kumment miġbura kollha fuq websajt iddedikata għall-proċess tas-smigħ: www.debat-europe2013.fr. Id-dibattitu prinċipali tal-14 ta' Novembru se jtemm din is-serje ta' djalogi pubbliċi f'Marsilja.

Madwar l-UE, iċ-ċittadini qegħdin jużaw id-drittijiet tagħhom kuljum. Iżda huma mhumiex dejjem konxji minn dawn id-drittijiet. Pereżempju, kważi sebgħa Franċiżi minn kull għaxra jridu jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini Ewropej (ara l-anness).

Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni għamlet l-2013 is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Id-Djalogi maċ-Ċittadini jinsabu fil-qalba ta’ din is-sena.

Għaliex il-Kummissjoni qiegħda tagħmel dan proprju issa?

Għaliex illum l-Ewropa tinsab f’salib it-toroq. Ix-xhur u s-snin li ġejjin, li fihom se jkun hemm ħafna nies li se jsemmgħu leħinhom favur mixja lejn unjoni politika, federazzjoni ta' Stati Nazzjoni jew Stati Uniti tal-Ewropa, se jkunu deċisivi għall-futur tal-Ewropa. Barra minn hekk, aktar integrazzjoni tal-Ewropa għandha timxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-Unjoni. Għaldaqstant, huwa iktar importanti minn qatt qabel li ċ-ċittadini jinstemgħu.

X'se jkun ir-riżultat ta' dawn id-djalogi?

Il-kontribut taċ-ċittadini waqt id-djalogi se jikkontribwixxi sabiex il-Kummissjoni torjenta ruħha fl-elaborazzjoni tal-proġetti tagħha. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tad-djalogi se jkun li titwitta t-triq għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.

Fit-8 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieni Rapport tagħha dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni, li jipproponi 12-il miżura konkreta ġdida għas-soluzzjoni tal-problemi li għad għandhom iċ-ċittadini (IP/13/410 u MEMO/13/409). Dan ir-Rapport tal-Kummissjoni jirreferi għal konsultazzjoni wiesgħa permezz tal-internet li saret f'Mejju tal-2012 (IP/12/461) u l-mistoqsijiet li qajmu ċ-ċittadini kif ukoll is-suġġerimenti li saru fi djalogi dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u l-futur tagħhom.

Għal aktar informazzjoni

Rigward il-laqgħat u d-diskussjonijiet organizzati f'Marsilja:

www.debat-europe2013.fr

Id-djalogi maċ-ċittadini dwar il-futur tal-Ewropa:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe/index_mt.htm

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini :

http://europa.eu/citizens-2013/mt/home

L-Ewropej jgħidu tagħhom. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni :

http://ec.europa.eu/justice/citizen/files/eu-citizen-brochure_en.pdf

Il-websajt ta' Viviane Reding, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja :

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter : @VivianeRedingEU

Biex tikkontribwixxi għad-dibattitu fuq Facebook : http://www.facebook.com/UEenFrance u fuq Twitter : @UEfrance #EUdeb8

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESSI

1. Id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa jkompli...

Etat membre

Ville

Date

Commissaire européen

Politicien local/national

Espagne

Cadiz

27/09/2012

Vice-présidente Reding

Teófila Martínez Saíz, Maire de Cádiz

Autriche

Graz

05/11/2012

Vice-présidente Reding

Michael Spindelegger, Vice chancelier/ministre des Affaires étrangères

Allemagne

Berlin

10/11/2012

Vice-présidente Reding

Dagmar Roth-Behrendt Député européen allemand

France

Paris

23/11/2012

Vice-présidente Reding

"-"

Italie

Naples

30/11/2012

Commissaire Andor

Luigi de Magistris Maire de Naples

Irlande

Dublin

10/01/2013

Président Barroso/ Vice-Présidente Reding

Enda Kenny, Taoiseach irlandais et Eamon Gilmore, Tánaiste / Lucinda Creighton, ministre des Affaires européennes

Suède

Göteborg

18/02/2013

Commissaire Malmström

None

Italie

Turin

21/02/2013

Commissaire Malmström

Piero Fassino, Maire de Turin

Portugal

Coimbra

22/02/2013

Vice-présidente Reding

João Paulo Barbosa de Melo, Maire de Coimbra Lydia Mutsch Maire d' Esch-sur-Alzette (video link), Felix Braz, Député luxembourgeois

Italie

Rome

18/03/2013

Vice-président Tajani

Gianni Alemanno, Maire de Rome

Grèce

Thessalonique

22/03/2013

Vice-présidente Reding

Yiannis Boutaris, Maire de Thessalonique

Italie

Pise

05/04/2013

Commissaire Potočnik

Marco Filippeschi, Maire de Pise

Belgique

Ghent

12/04/2013

Commissaire De Gucht

Maire de Gand Daniël Termont / Député du parlement belge Geert Versnick

Belgique

Eupen

23/04/2013

Commissaire Hahn

Mathieu Grosch, Député européen/Karl-Heinz Lambertz, Ministre-président de la Communauté germanophone de belgique

Belgique

Bruxelles

04/05/2013

Vice-présidente Reding

Charles Picqué, Ministre-président de la région de Bruxelles Capitale/ Marc Tarabella, Député européen

Allemagne

Düsseldorf

08/05/2013

Commissaire Oettinger

Jürgen Klute, Député européen / Nicolaus Kern, président du " Committee on Europe and a Single World"/ Ilka Freifrau von Boeselager, Stefan Engstfeld, Markus Töns et Dr Ingo Wolf, Porte-paroles sur les questions européennes du Parlement Rhin Nord-Westphalie

Slovénie

Ljubljana

09/05/2013

Commissaire Potočnik

"-"

Pologne

Varsovie

11/05/2013

Commissaire Lewandowski

"-"

République tchèque

Prague

13/05/2013

Commissaire Füle

John Perry, ministre irlandais du Commerce/ Jan Bauer, président du comité des Affaires européennes du Parlement tchèque / Jan Březina et Libor Rouček, Députés européens / Martin Tlapa, Vice-secrétaire d'Etat aux Affaires européennes

Italie

Ventotene

27/05/2013

Vice-président Tajani

Giuseppe Assenso, Maire de Ventotene

Italie

Milan

07/06/2013

Commissaire Hedegaard

Giuliano Pisapia, Maire de Milan

Luxembourg

Esch

30/06/2013

Vice-présidente Reding

Charles Goerens Député européen / Félix Braz, Député luxembourgeois / Benoit Lutgen, Ministre régional wallon / Nicolas Schmit, Ministre luxembourgeois du Travail et de l'Emploi

Pologne

Varsovie

11/07/2013

Président Barroso / Vice-présidente Reding

Róża Thun, Députée européenne / Tadeusz Masowiecki; ancien Premier ministre

Grèce

Crète

12/07/2013

Commissaire Damanaki

Stavros Arnaoutakis, Gouverneur de la région de Crète / Spyros Danellis, Député grec / Giannis Kourakis, Maire de Heraklion

Allemagne

Heidelberg

16/07/2013

Vice-présidente Reding

Winfred Kretschmann, Ministre-président du Bade Wurtemberg

Bulgarie

Sofia

23/07/2013

Vice-présidente Reding

Président de Bulgarie Rosen Plevneliev

Belgique

Namur

13/09/2013

Vice-présidente Reding

Rudi Demotte, Ministre-président de Wallonie

Estonie

Tallinn

14/09/2013

Vice-présidents Reding / Kallas

"-"

Italie

Trieste

16/09/2013

Vice-présidente Reding

Ministre des affaires européennes Enzo Moavero Milanesi

Finlande

Helsinki

24/09/2013

Vice-présidente Reding

Sirpa Pietikäinen, Député européen / Tuomo Puumala, Député finlandais et membre du Grand comité (Centre/ALDE) / Miapetra Kumpula-Natri, Député finlandais, Président du Grand comité et ancien Président du Mouvement européen de Finlande (SDP/S&D) / Chairperson of the Young People's Working Group on the Future of the EU Milla Ovaska, Président du groupe de travail

L-Ungerija

Györ

03/10/2013

Commissaire Andor

Affairs Enikő Győri, Secrétaire d'Etat aux Affaires européennes et Csaba Őry, Député européen.

Slovaquie

Košice

05/10/2013

Vice-président Šefčovic

Pavol Paška, Président du parlement slovaque

Suède

Stockholm

15/10/2013

Vice-présidente Reding

Birgitta Ohlsson, Ministre des Affaires européennes, Olle Ludvigsson, Députée européenne et Sten Nordin, Maire de Stockholm

Belgique

Liège

17/10/2013

Président Barroso

Didier Reynders, Ministre des Affaires étrangères, du Commerce extérieur et des Affaires européennes / Jean-Claude Marcourt, Ministre de l'Economie de Wallonie

Lettonie

Riga

18/10/2013

Commissaire Piebalgs

Ministre de la Défense

Malte

La Valette

07/11/2013

Commissaire Borg

"-"

France

Marseille

14/11/2013

Vice-présidente Reding

Christiane Taubira, Ministre de la Justice

Chypre

Limassol

28/11/2013

Commissaire Vassiliou

à confirmer

Autriche

Eisenstadt

29/11/2013

Commissaire Hahn

à confirmer

Autriche

Innsbruck

06/12/2013

Commissaire Hahn

à confirmer

Lituanie

Vilnius

13/12/2013

Vice-présidente Reding

à confirmer

Belgique

Wavre

19/12/2013

Commissaire Barnier

à confirmer

Online

Dialogue virtuel

16/01/2014

Vice-présidente Reding

à confirmer

Danemark

Copenhague

06/02/2014

Commissaire Hedegaard

à confirmer

Royaume-Uni

Londres

14/03/2014

Vice-présidente Reding

à confirmer

Espagne

Barcelone

23/02/2014

Vice-présidente Reding

à confirmer

Belgique

Dialogue-Citoyens européens

27/03/2014

Vice-présidente Reding

à confirmer

Pays-bas

Amsterdam

14/03/2014

Vice-présidente Reding

à confirmer

2. Kważi sebgħa Franċiżi minn kull għaxra jridu jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini Ewropej

Sors: Eurobaromètre Standard 79 – Printemps 2013.

3. Tliet Franċiżi minn kull erbgħa jqisu li l-kostruzzjoni Ewropea tiggarantixxi l-paċi fl-Ewropa

Sors: Eurobaromètre Flash 387 – Les Français et l'Union européenne.

4. Sitt Franċiżi minn kull għaxra huma interessati fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin

Sors: Eurobaromètre Flash 387 – Les Français et l'Union européenne.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site