Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tiġbor miljun firma

Commission Européenne - IP/13/107   11/02/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-11 ta' Frar 2013

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tiġbor miljun firma

L-organizzaturi tal-inizjattiva Right2Water ħabbru li ġabru iktar minn miljun firma: tista' tkun l-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li għamlet suċċess u ġabret in-numru neċessarju ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ. L-organizzaturi tal-inizjattiva jemmnu li l-“ilma huwa parti mill-ġid komuni mhux kumdità”. Huma jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea biex “tipproponi leġiżlazzjoni li timplimenta d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità kif rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti u biex tippromwovi l-forniment tal-ilma u s-sanità bħala servizzi pubbliċi essenzjali għal kulħadd”.

Il-Viċi President Maroš Šefčovič qal: "L-ewwel nett nixtieq nifraħ lill-organizzaturi. Għalkemm il-firem jeħtieġ li jkunu vverifikati, il-ġbir ta' miljun firma f'inqas minn sitt xhur huwa suċċess kbir.

"L-għan tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej huwa li jqabbad dibattiti pan-Ewropej dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċittadini madwar l-Ewropa, u li dawk il-kwistjonijiet jibdew jidhru fuq l-aġenda tal-UE. Right2Water ċertament laħqu dan l-għan."

Għalkemm l-organizzaturi setgħu issottomettew l-inizjattiva tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea, huma għażlu li jkomplu jiġbru l-firem.

Madankollu, qabel ma l-inizjattiva tagħhom tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni Ewropea, l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ li ġabru għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Għal inizjattivi li ġabru mill-inqas miljun firma bl-għadd minimu meħtieġ jintlaħaq f'mill-inqas seba' Stati Membri, il-Kummissjoni se jkollha tliet xhur biex teżamina l-inizjattiva u tiddeċiedi kif se tieħu azzjoni dwarha. Hija se tiltaqa’ mal-organizzaturi sabiex ikunu jistgħu jispjegaw il-kwistjonijiet imqajma fl-inizjattiva tagħhom aktar fil-fond. L-organizzaturi se jkollhom ukoll l-opportunità li jippreżentaw l-inizjattiva tagħhom fi smigħ pubbliku organizzat fil-Parlament Ewropew.

Imbagħad il-Kummissjoni tadotta Komunikazzjoni li fiha tispjega l-konklużjonijiet tagħha dwar l-inizjattiva, x’azzjoni beħsiebha tieħu, jekk ikun il-każ, u l-motivazzjoni tagħha.

F'Lulju 2012, il-Kummissjoni offriet li tospita l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej fuq is-servers tagħha, bħala reazzjoni radikali għal kwistjonijiet irrappurtati minn xi organizzaturi biex isibu soluzzjonijiet adattati ta' ospitalità u biex iwaqfu s-sistemi ta' ġbir tagħhom onlajn. Madankollu, Right2Water qed tuża soluzzjoni privata ta' ospitalità, kif ukoll is-softwer tas-sistema ta' ġbir onlajn b'sors miftuħ ipprovdut b'xejn mill-Kummissjoni.

L-isfond

Il-websajt tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej:

http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/welcome?lg=mt

Il-websajt ta' Right2Water:

http://www.right2water.eu/

Il-websajt tal-Kummissarju Barnier dwar is-servizzi tal-ilma:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/barnier/headlines/news/2013/01/20130124_en.htm

Kuntatt :

Antonio Gravili (+32 2 295 43 17)

Marilyn Carruthers (+32 2 299 94 51)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site