Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissarju Borg jiddibatti l-Ewropa maċ-ċittadini Maltin

European Commission - IP/13/1041   06/11/2013

Other available languages: EN FR DE

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-6 ta' Novembru 2013

Il-Kummissarju Borg jiddibatti l-Ewropa maċ-ċittadini Maltin

Għada, is-7 ta' Novembru 2013, se jsir dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa f'Malta. Il-Kummissarju Tonio Borg se jkollu Djalogu maċ-Ċittadini fil-Lukanda Phoenicia, il-Furjana, li għalih se jattendu Membri tal-Parlament Ewropew, rappreżentanti tal-NGOs, sindki, kunsilliera lokali u studenti.

"Wara kważi 10 snin ta' sħubija fl-UE, il-Maltin għandhom ħafna xi jgħidu lill-UE dwar il-futur tagħha", qal Tonio Borg, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa. "Filwaqt li huwa ta' inkoraġġiment għalija li nara li l-Maltin japprezzaw il-pożizzjoni tagħhom fl-UE, ninsab konxju li huma mħassba dwar diversi oqsma bħall-migrazzjoni u l-futur tal-Ewropa. Id-Djalogu ta' Għada huwa opportunità biex nisimgħu l-fehmiet u l-aspettattivi tan-nies dwar kwistjonijiet tal-politika Ewropea."

Dan id-Djalogu maċ-Ċittadinif'Malta, jifforma parti minn serje ta' avvenimenti li ilhom għaddejin matul l-2013, is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Fil-ġimgħat li għaddew diġà saru dibattiti iżgħar madwar Malta u Għawdex. Dawn saru bi sħubija mal-Malta-EU Steering and Action Committee (il-MEUSAC).

Id-Djalogu se jitmexxa minn Herman Grech (Kap tal-Midja, Times of Malta) u se jkopri oqsma bħad-drittijiet taċ-ċittadini u l-futur tal-Ewropa.

Id-dibattu se jsir nhar is-7 ta' Novembru mill-5pm sas-7pm fil-Lukanda Phoenicia, il-Furjana. Is-Sur Martin Bugelli, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta u Dr Peter Agius, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'Malta, se jiffurmaw parti mill-panil.

Id-dibattitu jista’ jiġi segwit dirett permezz ta’ web stream. Iċ-ċittadini minn madwar l-Ewropa kollha jistgħu jipparteċipaw ukoll permezz ta’ Twitter billi jsegwu hashtag #EUDeb8.

Sfond

Fiex jikkonsistu d-Djalogi maċ-Ċittadini?

F'Jannar, il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (IP/13/2), sena ddedikata għaċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom. Matul is-sena, il-membri tal-Kummissjoni qed jorganizzaw dibattiti maċ-ċittadini dwar l-aspettattivi tagħhom għall-futur waqt Djalogi maċ-Ċittadini madwar l-UE kollha.

Diversi Kummissarji diġà organizzaw dibattiti madwar l-Ewropa. Sa tmiem l-2013 u fl-ewwel ftit xhur tal-2014 se jsiru ħafna aktar Djalogi fl-Unjoni Ewropea - li se jaraw lill-politiċi Ewropej, nazzjonali u lokali involuti f’dibattiti maċ-ċittadini minn kull qasam tal-ħajja.

Tista’ ssegwi d-Djalogi kollha hawnhekk:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe/index_mt.htmhttp://ec.europa.eu/debate-future-europe/index_mt.htm

Mill-introduzzjoni taċ-Ċittadinanza tal-UE 'l hawn, il-kisbiet f’dawn l-aħħar għoxrin sena kienu ħafna:

Stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru juri li 81 % tal-Maltin iħossuhom Ewropej (62 % bħala medja għaċ-ċittadini tal-UE). Madankollu, huma biss 51 % li jgħidu li jafu liema drittijiet iġġib magħha ċ-ċittadinanza tal-UE. Fl-istess ħin 69 % tal-Maltin iridu jsiru jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE.

Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ddikjarat l-2013 bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, sena ddedikata għaċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom. Id-Djalogi maċ-Ċittadini jinsabu fil-qalba ta’ din is-sena.

Għaliex il-Kummissjoni qiegħda tagħmel dan propju issa?

Għaliex l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq. Ix-xhur u s-snin li ġejjin se jkunu kruċjali għall-futur tal-Unjoni Ewropea, b’ħafna li se jkunu qed jitkellmu dwar il-mixja lejn unjoni politika, Federazzjoni ta’ Stati Nazzjon jew Stati Uniti tal-Ewropa. Barra minn hekk, l-integrazzjoni Ewropea trid timxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-Unjoni. Li ċ-ċittadini jingħataw vuċi diretta f’dan id-dibattitu huwa għalhekk iktar importanti minn qatt qabel.

X'se jkun ir-riżultat tad-Djalogi?

Ir-rispons mingħand iċ-ċittadini matul id-djalogi għandu jgħin biex jiggwida lill-Kummissjoni waqt li tfassal pjanijiet għal riforma futura tal-UE. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tad-Djalogi se jkun ukoll li titwitta t-triq għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.

Fit-8 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieni Rapport tagħha dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, li jipproponi 12-il miżura konkreta ġodda biex jissolvew il-problemi li għad għandhom iċ-ċittadini (IP/13/410 u MEMO/13/409). Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza huwa t-tweġiba tal-Kummissjoni għal konsultazzjoni ewlenija onlajn li twettqet f'Mejju 2012 (IP/12/461) u l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li saru fid-Djalogi maċ-Ċittadini dwar id-drittjiet taċ-ċittadini tal-UE u l-futur tagħhom.

Għal aktar informazzjoni:

Aktar informazzjoni dwar id-Djalogu ta’ Valletta:

http://ec.europa.eu/malta/news/25.09.13_citizens_dialogue_mt.htm

Id-Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-Futur tal-Ewropa:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini:

http://europa.eu/citizens-2013/mt/home

L-Ewropej jgħidu tagħhom: Ir-riżultati tad-djalogi dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/citizen/files/eu-citizen-brochure_en.pdf

Il-paġna ewlenija ta' Tonio Borg, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/borg/

Is-sit elettroniku tar-Rappreżentazzjoni tal-KE f'Malta:

http://ec.europa.eu/malta

Segwi lill-Kummissarju Borg fuq Twitter: @borgton

Biex tikkontribwixxi għad-dibattitu fuq Twitter: #EUdeb8

Kuntatti :

Aikaterini Apostola (+32 2 298 76 24)

Frédéric Vincent (+32 2 298 71 66)

ANNEX: 1. Citizens' Dialogues: the debate on Europe's future continues

2. Immigration, the economy, the environment and energy are the most important issues for Maltese people

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Eurobarometer Standard 79 - May 2013

3. 81% of Maltese people feel they are citizens of the EU, whilst 69% would like to know more about their rights

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Eurobarometer Standard 79 - May 2013

4. Maltese people see EU as best able to tackle the negative effects of the financial and economic crisis

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Eurobarometer Standard 79 - May 2013


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website