Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ambjent: Tnax il-belt japplikaw għall-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea 2016

European Commission - IP/13/1027   06/11/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 6 ta' Novembru 2013

Ambjent: Tnax il-belt japplikaw għall-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea 2016

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-entrati għall-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea 2016 issa għaddiet u dawn it-12-il belt minn 11-il pajjiż differenti li ġejjin daħħlu għall-kompetizzjoni:

Dabrowa Gornicza (il-Polonja)

Essen (il-Ġermanja)

Larissa (il-Greċja)

Ljubljana (is-Slovenja)

Nijmegen (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Oslo (in-Norveġja)

Reggio Emilja (l-Italja)

Santander (Spanja)

Tours (Franza)

Umeå (l-Isvezja)

Żaragoza (Spanja)

Pitesti (ir-Rumanija)

Il-Kummissarju tal-UE għall-Ambjent Janez Potočnik qal: "Ninsab ferħan li kien hemm tant applikazzjonijiet għall-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea. Dan juri l-impenn tal-bliet Ewropej biex itejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tal-ambjent tagħhom. L-inizjattiva tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea tipprovdi xprun għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-ideat u biex tintwera' t-triq lil bliet oħra. Nixtieq nawgura l-isbaħ xewqat lill-parteċipanti kollha għall-kompetizzjoni tal-2016!"

Il-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea jingħata lil belt li tinsab fuq quddiem nett fil-ġestjoni urbana ekoloġika. Dawn l-ibliet jimmiraw li jistabbilixxu standards ogħla fl-iżvilupp urban sostenibbli, li jisimgħu x’iridu ċ-ċittadini tagħhom u li jsibu soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi ambjentali.

Din is-sena, għall-ewwel darba, il-bliet madwar l-Ewropa b’talanqas 100,000 abitant kienu eliġibbli biex japplikaw għat-titolu tal-2016. Fis-snin ta' qabel kienu eliġibbli biss l-ibliet b’popolazzjoni ta’ 200,000 jew iktar. Li l-premju sar disponibbli għal bliet iżgħar wassal għall-fatt li din id-darba aktar minn nofs l-applikazzjonijiet ġew minn bliet b’inqas minn 200,000 ruħ.

Il-Bord ta’ Esperti internazzjonali se jwettaq valutazzjoni teknika ta’ kull kompetitur abbażi ta’ tnax-il indikatur li jkopru l-bidla fil-klima, u l-mitigazzjoni u l-addattazzjoni tagħha, it-trasport lokali, iż-żoni urbani ekoloġiċi li jinkorporaw l-użu sostenibbli tal-art, tan-natura u tal-bijodiversità, il-kwalità tal-arja fl-ambjent, il-kwalità tal-ambjent akustiku, il-produzzjoni u l-ġestjoni tal-iskart, il-ġestjoni tal-ilma, it-trattament tad-dranaġġ, l-innovazzjoni ekoloġika u l-impjiegi sostenibbli, ir-rendiment tal-enerġija u l-ġestjoni ambjentali integrata.

Fl-2014, l-ibliet fil-lista qasira se jiġu mistiedna biex jippreżentaw il-proposti tagħhom lil ġurija internazzjonali, li se tevalwa l-impenn tagħhom għal titjib ambjentali kontinwu kif ukoll il-miri futuri tagħhom. Il-ġurija se tevalwa wkoll l-abbiltà tagħhom li jikkomunikaw maċ-ċittadini, filwaqt li tħares ukoll lejn il-kapaċità tagħhom li jservu ta’ xempju u tara wkoll li qed jippromwovu l-aħjar prattiki fi bliet Ewropej oħra. Minbarra li tispira bliet oħra, l-esperjenza turi li l-belt rebbieħa tibbenefika minn titjib fil-profil pubbliku li jista' jtejjeb ir-reputazzjoni tagħha u ssir aktar attraenti bħala post li l-persuni għandhom iżuru, jaħdmu u jgħixu fih.

Isem il-belt rebbieħa se jitħabbar f’Ġunju 2014 f’Kopenħagen, fid-Danimarka, il-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea għall-2014.

Sfond

Sitt ibliet ingħataw il-premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea mindu tnieda dan il-Premju fl-2010. Fl-ewwel sena dan it-titlu ngħata lil Stokkolma, imbagħad fl-2011 ingħata lil Ħamburg u fl-2012 lil Vitoria-Gasteiz. Fl-2013 rebħet Nantes. Il-belt ta' Kopenħagen rebħet it-titlu għall-2014 — u il-belt ta' Bristol rebħitu għall-2015.

Il-ġurija tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea hija magħmula minn rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew, mill-Kumitat tar-Reġjuni, mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, mill-ICLEI (Gvernijiet Lokali għas-Sostenibbiltà), mill-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki, u mill-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent.

Illum il-ġurnata l-Ewropa hija soċjetà essenzjalment urbana, b'iktar minn żewġ terzi tal-Ewropej jgħixu fil-bliet. Ħafna mill-isfidi ambjentali li qed tiffaċċja s-soċjetà għandhom l-oriġini tagħhom f’żoni urbani, iżda huwa wkoll f’dawk iż-żoni li qed jinstabu s-soluzzjonijiet.

Għal iżjed informazzjoni:

www.europeangreencapital.eu

Il-Facebook: http://www.facebook.com/EuropeanGreenCapitalAward

Twitter: http://twitter.com/EU_GreenCapital jew ittwitjana fuq @EU_GreenCapital


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website