Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Brussell, it-30 ta' Ottubru 2013

Il-Kummissjoni tipproponi l-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2014

Il-Kummissjoni Ewropea llum pproponiet l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għall-Atlantiku u għall-Baħar tat-Tramuntana, kif ukoll fl-ilmijiet internazzjonali. Din hija l-proposta annwali għall-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad minn sajjieda tal-UE mill-istokkijiet ta’ ħut kummerċjali ewlenin is-sena d-dieħla. Il-proposta tistipula l-livelli tal-qabdiet totali permissibbli (TAC) u tal-isforzi tas-sajd kemm għal stokkijiet li huma ġestiti esklussivament mill-UE, u kemm għal stokkijiet li huma ġestiti ma’ pajjiżi terzi bħal pereżempju n-Norveġja jew permezz ta’ Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fuq l-oċeani madwar id-dinja.

In-negozjati internazzjonali għal ħafna mill-istokkijiet ikkonċernati għadhom għaddejjin. Għalhekk, f'dan l-istadju, il-proposta tinkludi biss ċifri għal madwar nofs it-TACs. Iżda għandha tiġi kompluta ladarba jkunu ġew iffinalizzati n-negozjati mal-partijiet terzi u mal-organizzazzjonijiet.

Għall-istokkijiet li mhumiex kondiviżi ma’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tipproponi li żżid jew li żżomm it-TACs għal 36 stokk, u tnaqqashom għal 36 stokk, skont il-parir xjentifiku li tingħata.

L-għan aħħari tal-Kummissjoni, u wieħed mill-pilastri tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata, huwa li l-istokkijiet kollha jkunu mistada f’livelli sostenibbli, fil-livell imsejjaħ ir-Rendiment Massimu Sostenibbli (Maximum Sustainable Yield, MSY). Kull meta jkun possibbli, ix-xjentisti jagħtu parir kif l-istokkijiet jinġiebu għal-livelli tal-MSY. Din is-sena, l-hekk imsejjaħ “il-parir dwar l-MSY” jista' jinħareġ għal 22 stokk tal-UE. Dan huwa pass importanti ‘l quddiem għal dak li għandu x'jaqsam mad-disponibbiltà u l-kwalità ta’ dejta xjentifika.

Il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Maria Damanaki, qalet: “Il-proposta tal-Kummissjoni fiha aħbar tajba għal uħud mill-istokkijiet, filwaqt li tinvolvi xi tnaqqis għal oħrajn. B’mod ġenerali, l-għarfien tagħna ta’ ħafna mill-istokkijiet tjieb. Dan jippermetti li jsiru deċiżjonijiet sodi marbuta mal-ġestjoni tagħhom. Għall-istokkijiet fejn in-negozjati għadhom għaddejjin se jkollna, bħal dejjem, nagħmlu kull sforz biex niksbu l-aqwa riżultat għas-sajjieda tagħna. Nittamaw li l-imsieħba tagħna u l-komunità internazzjonali jieħdu azzjoni li tirrifletti l-impenn tagħna għal sajd sostenibbli."

Il-proposta preżenti għandha tiġi diskussa mill-ministri tal-Istati Membri fil-Kunsill tas-Sajd ta' Diċembru u se tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dettalji tal-proposta

Għal xi stokkijiet fil-MSY tal-UE, bħall-aringi fil-Baħar Irlandiż, il-merluzz tat-Tramuntana, il-megrim fl-ilmijiet Iberjani jew il-barbun tat-tbajja’ fil-Baħar Ċeltiku, it-TACs jistgħu jiżdiedu.

Fl-istess ħin, għal uħud mill-istokkijiet fi stat ħażin, l-istampa sfortunatament għadha ma tjibitx ħafna mis-sena li għaddiet. L-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż u fil-Kattegat għadhom fi stat ħażin ħafna, u n-nuqqas ta’ dejta jfixkel il-ġestjoni ta’ dawn l-istokkijiet. Il-lingwata fil-Baħar Irlandiż tinsab f’livelli estremament baxxi. Pariri għall-merluzz tal-linja sewda fil-Baħar Ċeltiku jitolbu tnaqqis konsiderevoli fit-TAC, b’tali mod li l-istokk ikun jista’ jinġieb għal livelli tal-MSY. Il-bakkaljaw u l-merlangu fil-Punent tal-Iskozja, soġġetti għal rati għoljin ħafna ta’ rimi tal-ħut, huma f’riskju ta’ kollass.

Għall-istokkijiet fejn l-informazzjoni mhix tajba biżżejjed biex jiġi stmat korrettement id-daqs tagħhom, il-proposta tal-Kummissjoni tirrifletti l-pariri tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) li t-TAC tiġi adattata ‘l fuq jew ‘l isfel b’massimu ta’ 20 %. Wara deċiżjoni tal-Kunsill tas-sena l-oħra b'rabta ma' tnaqqis ta’ prekawzjoni, għal 21 minn dawn l-istokkijiet huma proposti TACs fl-istess livell bħal fl-2013.

Għal għadd limitat ta’ stokkijiet, il-parir xjentifiku tal-UE wasal biss reċentement, jew se jinħareġ aktar tard dan ix-xahar. Għal dawn l-istokkijiet, il-parir jeħtieġ li jiġi analizzat aktar qabel tiġi proposta figura tat-TAC aktar tard fil-ħarifa.

Għall-istokkijiet tal-ħut kondiviżi ma’ pajjiżi terzi (in-Norveġja, il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, l-Iżlanda, ir-Russja), il-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-UE, lejn tmiem kull sena tinnegozja ma’ dawn il-pajjiżi dwar il-kwantitajiet ta’ ħut li jinqabad is-sena ta’ wara, abbażi ta’ pariri xjentifiċi.

Għall-istokkijiet f’ilmijiet internazzjonali u għal speċijiet li jpassu ħafna, bħat-tonn, il-Kummissjoni Ewropea tinnegozja l-opportunitajiet tas-sajd fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs). Wara dan, l-opportunitajiet tas-sajd miftiehma jridu jiġu ttrasposti fil-liġi tal-UE.

Għal aktar tagħrif:

Ara t-tabelli mehmużin għal detallji dwar il-proposti tal-lum għall-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana

It-TACs u l-kwoti: http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm

Il-limiti tal-qbid proposti huma bbażati fuq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/scientific_advice/index_mt.htm

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati ukoll minn Mejju, u dan abbażi tad-dokument ta’ Konsultazzjoni tal-Kummissjoni: ara (IP/13/487)

Il-pjanijiet ta’ ġestjoni multiannwali:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/multi_annual_plans/index_mt.htm

Mappa taż-żoni tas-sajd:

http://ec.europa.eu/fisheries/documentation/publications/cfp_factsheets/fishing_areas_mt.pdf

Kuntatti :

Oliver Drewes (+32 2 299 24 21)

Lone Mikkelsen (+32 2 296 05 67)

Nota: it-tabelli hawn taħt jelenkaw biss l-istokkijiet tal-UE li mhumiex kondiviżi ma' pajjiżi terzi.

Tabella 1: L-istokkijiet li għalihom hemm proposti biex tiżdied it-TAC

Latin

Isem komuni

Unità tat-TAC

(Ara l-mappa)

TAC fl-2013

TAC fl-2014

Perċentwal tal-bidla fit-TAC bejn l-2013 u l-2014

Caproidae

Minfaħ

VI, VII, VIII KE

82000

127509

55 %

Clupea

Aringa

VIIa

4993

5251

5 %

Clupea

Aringa

VIIghjk

17200

22360

30 %

Lepidorhombus

Megrim

IIa (KE), IV (KE)

1937

2083

8 %

Lepidorhombus

Megrim

Vb (KE), VI, XII, XIV

3387

4074

20 %

Lepidorhombus

Megrim

VIIIc, IX, X, CACAF34.1.1 (KE)

1214

2257

86 %

Lophius

Petrika

VIIIc, IX, x,CECAF 34.1.1

2475

2629

6 %

Merluccius

Merluzz

VIIIc, IX, X, CECAF 34.1.1 (KE)

14144

16266

15 %

Merluccius

Merluzz (N. TAC globali)

It-TACs globali tat-Tramuntana (IIIa / IIa u IV / Vb, VI, VII, XII u XIV / VIIIabde)

55105

81846

49 %

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja’

VIIfg

369

443

20 %

Trachurus

Sawrell

IX

30000

35000

17 %

Tabella 2: L-istokkijiet li għalihom ma hemm l-ebda bidla fit-TAC

Latin

Isem komuni

Unità tat-TAC

(ara l-mappa)

TAC fl-2013

TAC fl-2014

Ammodytes

Ċiċċirell

IV (l-ilmijiet tan-Norveġja)

0

0

Argentina silus

Arġentina silus

I, II KE + interna w.

90

90

Argentina silus

Arġentina silus

III, IV KE + interna w.

1028

1028

Brosme brosme

Tusk

IIIa u tal-UE 22-32

29

29

Brosme brosme

Tusk

I, II u XIV

21

21

Brosme brosme

Tusk

L-ilmijiet tal-KE ta’ IV

235

235

Clupea

Aringa

VIIef

931

931

Engraulis

Inċova

IX, X,CECAF 34.1.1.

8778

8778

Gadus morhua

Merluzz

VIb (Rockall is-sotto-unità) ...

74

74

Gadus morhua

Merluzz

VIa, Vb...

0

0

Lamna nasus

Pixxiplamtu

iż-żoni kollha

0

0

Lophius

Petrika

VII

29144

29144

Lophius

Petrika

VIIIabde

7809

7809

Molva dypterigia

Linarda

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta' II u IV

53

53

Molva dypterigia

Linarda

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta' III

8

8

Molva molva

Lipp

L-ilmijiet internazzjonali u tal-KE ta' I u II

36

36

Molva molva

Lipp

L-ilmijiet internazzjonali u tal-KE ta' V

33

33

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja’

Vb (ilmijiet tal-KE), VI, XII, XIV

658

658

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja’

VIIbc

74

74

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja’

VIII, IX, X,CECAF 34.1.1

395

395

Pollachius pollachius

Pollakkju

Vb (KE), VI, XII, XIV

397

397

Pollachius pollachius

Pollakkju

IX, X,CECAF 34.1.1 (KE)

282

282

Pollachius virens

Pollakkju iswed

VII, VIII, IX, X, CECAF 34.1.1 (KE)

3176

3176

Psetta maxima & Scopthalmus rhombus

Barbun Imperjali u Partun

IIa (KE), il-Baħar tat-Tramuntana (KE)

4642

4642

Solea solea

Lingwata komuni

VI, Vb, ilmijiet internazzjonali ta’ XII u XIV

57

57

Solea solea

Lingwata komuni

VIIbc

42

42

Solea spp.

Lingwata

Viiicde, IX, X, CECAF 34.1.1 (KE)

1072

1072

Sprattus

Laċċa kaħla

VIIde

5150

5150

Squalus

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-KE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ I, V, VI, VII, VIII, XII, XIV

0

0

Squalus

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV

0

0

Squalus

Mazzola griża

IIIa

0

0

Tabella 3: L-istokkijiet li għalihom hemm proposti biex titnaqqas it-TAC

Latin

Isem komuni

Unità tat-TAC

(ara l-mappa)

TAC fl-2013

TAC fl-2014

Perċentwal tal-bidla fit-TAC bejn l-2013 u l-2012

Argentina silus

Arġentina silus

V, VI, VII KE + interna w.

4316

3798

-12 %

Gadus morhua

Merluzz

VIIb, c,e-k, VIII, IX, X,CECAF 34.1.1 (KE)

10200

6848

-33 %

Gadus morhua

Merluzz

Kattegat (IIIA (S))

100

80

-20 %

Gadus morhua

Merluzz

VIIa

285

228

-20 %

Lepidorhombus

Megrim

VII

17385

13908

-20 %

Lepidorhombus

Megrim

VIIIabde

1716

1373

-20 %

Lophius

Petrika

Vb(KE), VI, XII, XIV

4924

3939

-20 %

Melanogrammus

Merluzz tal-linja sewda

VIIa

1189

951

-20 %

Melanogrammus

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX, X, CECAF 34.1.1 (KE)

14148

3602

-75 %

Melanogrammus

Merluzz tal-linja sewda

Vb, VIa

4211

3988

-5 %

Merlangius

Merlangu

Vb (ilmijiet tal-KE), VI, XII, XIV

292

234

-20 %

Merlangius

Merlangu

VIIa

84

67

-20 %

Merlangius

Merlangu

VIII

3175

2540

-20 %

Molva dypterigia

Linarda

L-ilmijiet internazzjonali ta' XII

774

619

-20 %

Molva molva

Lipp

IIIa, l-ilmijiet internazzjonali ta' IIIb, IIIc, IIId

87

70

-20 %

Nephrops

Skampu

VIIIabde

3899

3200

-18 %

Nephrops

Skampu

IIa (KE), il-Baħar tat-Tramuntana (KE)

17350

15038

-13 %

Nephrops

Skampu

IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1

246

221

-10 %

Nephrops

Skampu

VIIIc

74

67

-9 %

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja’

VIIhjk

141

135

-4 %

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja’

VIIde

6400

5322

-17 %

Pollachius pollachius

Pollakkju

VII

13495

10796

-20 %

Pollachius pollachius

Pollakkju

VIIIabde

1482

1186

-20 %

Pollachius pollachius

Pollakkju

VIIIc

231

185

-20 %

Rajidae

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-KE ta’ VI, VIIa-c, VIIe-k

8924

7139

-20 %

Rajidae

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-KE ta’ VIII, IX

3800

3040

-20 %

Rajidae

Rebekkini u raj

IIa (KE), IV — il-Baħar tat-Tramuntana (KE)

1256

1005

-20 %

Rajidae

Rebekkini u raj

IIIa

52

42

-20 %

Rajidae

Rebekkini u raj

VIId

798

638

-20 %

Solea solea

Lingwata komuni

VIIhjk

402

322

-20 %

Solea solea

Lingwata komuni

IIIa, IIIbcd (KE)

560

353

-37 %

Solea solea

Lingwata komuni

VIIa

140

95

-32 %

Solea solea

Lingwata komuni

VIId

5900

3251

-45 %

Solea solea

Lingwata komuni

VIIfg

1100

920

-16 %

Solea solea

Lingwata komuni

VIIe

894

832

-7 %

Trachurus

Sawrell

VIIIc

25011

15034

-40 %

Tabella 4: Stokkijiet f’pm, eż. soġġetti għal parir li se jingħata aktar tard

Latin

Isem komuni

Unità tat-TAC

(ara l-mappa)

TAC fl-2013

TAC fl-2014

Clupea

Aringa

VIa (S), VIIbc

1500

pm

Merlangius

Merlangu

VIIb-k

24500

pm

Nephrops

Skampu

Vb (UE u internazzjonali), VI

16690

pm

Nephrops

Skampu

VII

23065

pm

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja’

VIIa

1627

pm

Solea solea

Lingwata komuni

VIIIab

4100

pm

Tabella 5: L-istokkijiet li d-deċiżjonijiet dwar it-TACs tagħhom huma ddelegati lil Stati Membri individwali

Latin

Isem komuni

Unità tat-TAC

(ara l-mappa)

Stat Membru responsabbli

Clupea

Aringa

VIa Clyde

Ir-Renju Unit

Trachurus

Sawrell

CECAF (Kanarji)

Spanja

Trachurus

Sawrell

CECAF (Madeira)

Il-Portugall

Trachurus

Sawrell

X, CECAF (l-Azores)

Il-Portugall

Penaeus

Gambli “Penaeus”

Il-Gujana Franċiża

Franza

Merlangius

Merlangu

IX, X,CECAF 34.1.1. (UE)

Il-Portugall


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site