Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-18 ta' Settembru 2012

Grupp ta’ livell għoli biex jiffoka fuq il-kwalità u l-eċċellenza fit-tagħlim

L-edukazzjoni għolja hija kruċjali għall-iżvilupp tal-għarfien u l-ħiliet li l-Ewropa teħtieġ biex tikkompeti fl-ekonomija dinjija, iżda l-Istati Membri mhumiex jinvestu biżżejjed biex jimmodernizzaw is-sistemi tal-edukazzjoni għolja tagħhom. Il-Grupp ta’ Livell Għoli Ġdid dwar l-Immodernizzar tal-Edukazzjoni Għolja, imniedi mill-Kummissjoni Ewropea llum, se jindirizza din il-kwistjoni bħala parti minn reviżjoni komprensiva ta’ tliet snin fis-settur fl-Unjoni Ewropea. Il-Grupp, ippresedut minn Mary McAleese, ex-President tal-Irlanda, din is-sena se jiffoka fuq kif l-aħjar jinkisbu l-kwalità u l-eċċellenza fit-tagħlim u mbagħad, is-sena d-dieħla, se jiddiskuti kif it-tagħlim jiġi adattat fl-era diġitali. Il-Grupp se jidentifika l-aħjar prattiki u soluzzjonijiet kreattivi, kif ukoll jagħmlu rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u Ewropea, l-universitajiet u l-kulleġġi. Dan ser jirrapporta għall-ewwel darba fl-2013 u għandu mandat sal-2015.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, qalet: "Kulħadd jiftakar għalliem li ispirah jew immotivah. Bl-għajnuna tal-grupp ta’ livell għoli irrid niżgura li kull student, indipendentement minn fejn jgħix jew jistudja fl-Ewropa, jibbenefika minn tagħlim ta’ kwalità. Din hija prekondizzjoni għall-innovazzjoni, l-impjiegi u t-tkabbir. L-eċċellenza fit-tagħlim hija wkoll rekwiżit fundamentali biex ikunu identifikati u appoġġati mogħdijiet sostenibbli li joħorġuna barra mill-kriżi attwali."

Iżżid tgħid Mary McAleese: "Inħossni onorota li nippresedi dan il-grupp. Għandi għal qalbi l-Ewropa u l-ġenerazzjoni żagħżugħa, li ntlaqtet mill-kriżi b'mod qawwi. Il-Grupp tagħna se jeżamina kif it-tagħlim eċċellenti jrid jiġi ndukrat fl-universitajiet tagħna biex iż-żgħażagħ tagħna jirċievu l-aħjar edukazzjoni u l-aħjar prospetti ta’ xogħol possibbli."

Matul it-tliet snin li ġejjin il-grupp se jikkonsulta l-esperti mill-edukazzjoni għolja, il-gvern u n-negozji, kif ukoll studenti u għalliema.

It-tnedija ta’ dan il-grupp hija parti minn strateġija usa’ biex jiġi mmodernizzat is-settur tal-edukazzjoni għolja fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni diġà għamlet progress konsiderevoli f’dan il-qasam.

Il-Proċess ta’ Bologna għamilha eħfef għall-istudenti biex jistudjaw barra minn pajjiżhom u jkollhom il-kwalifiki tagħhom rikonoxxuti madwar l-Ewropa. Is-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-università multidimensjonali Ewropea, li waslet biex tkun ippubblikata għall-ewwel darba fl-2013, se tiffaċilita l-paraguni bejn l-universitajiet sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu għażla iktar informata dwar fejn jagħżlu li jistudjaw. Dan se jippermetti wkoll lill-Kummissjoni li ssegwi l-progress tal-universitajiet f’firxa ta’ oqsma differenti li se tkun il-bażi tal-klassifikazzjoni l-ġdida: il-kwalità ta’ xogħol l-għalliem u t-tagħlim, ir-riċerka, it-trasferiment tal-għarfien, strateġiji internazzjonali wesgħin, u r-rwol tal-universitajiet fl-iżvilupp reġjonali.

Sfond

Il-modernizzazzjoni u l-impjegabbiltà huma l-essenza tal-istrateġija tar-riforma tal-edukazzjoni għolja, li kienet approvata mill-Ministri fil-Kunsill tal-Edukazzjoni tat-28 u d-29 ta’ Novembru 2011, tidentifika oqsma ta’ prijorità fejn il-pajjiżi tal-UE jeħtieġu li jagħmlu aktar sabiex jinkisbu l-għanijiet komuni tagħhom u tistabbilixxi kif l-Unjoni Ewropea tista' tappoġġa l-politiki tagħhom ta’ modernizzazzjoni. Il-prijoritajiet jinkludu t-titjib tal-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni għolja, sabiex il-kurrikuli jissodisfaw il-bżonnijiet tal-istudenti, ta’ min iħaddem u tal-karrieri tal-ġejjieni, kif ukoll, li jiżdied in-numru ta' studenti. Din tippromwovi kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-universitajiet, in-negozji u ċ-ċentri tar-riċerka. L-Aġenda hija parti minn strateġija usa’ tal-Kummissjoni biex tippromwovi t-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa, li fihom l-edukazzjoni taqdi rwol ċentrali.

Għal aktar tagħrif

L-aġenda għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja

Il-Kummissjoni Ewropea: Edukazzjoni u Taħriġ

Il-websajt ta’ Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Contacts :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Anness:

Membri tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Immodernizzar tal-Edukazzjoni Għolja

Mary McAleese (Chair)

Mary McAleese was President of Ireland from 1997–2011. She graduated in law from Queen's University, Belfast, in 1973 and was called to the Northern Ireland Bar in 1974. In 1975, she was appointed Reid Professor of criminal law, criminology and penology at Trinity College Dublin and in 1987, she returned to Queen's to become director of the institute of professional legal studies. In 1994, she became the first female pro-vice chancellor of the Queen's University.

Agneta Bladh

Dr Bladh chairs the governing board of the Jönköping School of Health Sciences and Stockholm University library board. She is also a member of Uppsala University governing board, the board of Oslo and Akershus College of Applied Science (Norway) and a board preparing the merger between two universities in Norway. Dr Bladh is a member of the Danish Accreditation Council and the administrative board of International Association of Universities. Dr Bladh was rector of the University of Kalmar, Sweden, from February 2004 to December 2009. From 1998 to 2004, she served as state secretary at the Swedish Ministry of Education and Science, responsible for higher education and research, and from 1995 to 1998, was director general at the National Agency for Higher Education. Agneta Bladh holds a PhD in political science from Stockholm University (1988).

Vincent Berger

Vincent Berger is president of the University Paris Diderot. From 1990 to 2001 he worked at the Laboratoire Central de Recherches for aerospace multinational Thales (ex Thomson CSF). In 2001 he joined the University Paris Diderot - Paris 7 as professor, and until 2006 was head of the quantum phenomena and materials laboratory. He received the Fabry-De Gramont award and the MIT Young Innovator award in 2002. He has published around 150 papers in international journals, and holds 16 patents. In 2012 he was nominated general rapporteur of the national assizes on higher education and research in France by Education Minister Genevieve Fioraso. 

Christian Bode

Christian Bode was secretary general of the German Academic Exchange Service for 20 years (1990-2010). Christian Bode was educated in law and received his PhD from the University of Bonn in 1971. Between 1972 and 1982 he held different senior positions in the federal Ministry of Education and Science. From 1982 to 1990 he was secretary general of the German Rectors' Conference. He was one of the founders of the Academic Cooperation Association in Brussels and served as its vice president several times.

Christian Bode has published widely on all aspects of higher education policy, with a focus on international cooperation between universities. He is a member of several administrative boards of universities in Germany and abroad (Munich, Berlin, Muscat, Shanghai) and professional societies.

Jan Muehlfeit

Jan Muehlfeit is chairman of Microsoft Corporation in Europe. Over nearly 20 years with Microsoft, he has served in various positions, in its Czech/Slovak subsidiary from 1993 to 2000 and responsible for central and eastern Europe in 2000-05. He served as vice president of Microsoft’s public sector team in 2005 and vice president of Corporate & Government Strategy in 2006, for Europe, Middle East and Africa. Mr Muehlfeit is a vice-chair of the Academy of Business in Society, board member of Junior Achievement, co-chairman of the European e-Skills Association and a member of the board of the student organisation AIESEC (Association Internationale des Etudiants en Sciences Economiques et Commerciales) and the advisory body of Ovum, a company that specialises in analysis and consulting on technology. He has served on various advisory boards for several European governments on information technology, national competitiveness and education. He also represents Microsoft on the Transatlantic Business Dialogue and is an advisor on different projects for the World Economic Forum, the Organisation for Economic Cooperation and Development (OECD) and European Policy Centre.  He is also a board member of the Czech National Museum and member of the Leaders' Council of the International Business Leaders Forum. He graduated from the Czech Technical University and later completed executive development programs at Wharton, the London School of Economics and Harvard.

Tea Petrin

Tea Petrin is professor in the faculty of economics at the University of Ljubljana, Slovenia, where she is also the head of the entrepreneurship academic unit. She is a member of the university senate. Ms Petrin was a visiting professor at the University of Massachusetts at Amherst and at the Haas School of Business, UC Berkeley. She was also a Fulbright professor at the Institute of International Studies at UC Berkeley and at the Centre for Industrial Competitiveness in the University of Massachusetts Lowell. She is a renowned expert in entrepreneurship and innovation policies, and regional development programmes. From 1999-2004, she was Slovenia's Minister of Economy. From 2004-2008, she was Slovenian ambassador to the Netherlands, and has been her country's representative on the European Small Business Council and a member of International Small Business Council. She is vice-president of the board of advisors of the Competitiveness Institute, a member of the academic advisory board of the European Forum of Entrepreneurship Research and a member of the board of the Academic Research Network. She chaired the cluster policy group at the European Commission's Directorate General for Enterprise and Industry (2009-2010), was a member of the synergies expert group at the European Commission's Directorate General for Research (2010-2011) and of the United Nations' committee for development policy for the period January 2013 – December 2015.

Alessandro Schiesaro

Alessandro Schiesaro is professor of Latin literature at the University of Rome-Sapienza and director of the Sapienza School of Advanced Studies. After studying in Pisa, Berkeley and Oxford, Alessandro Schiesaro lectured in the United States, including as professor of classics in Princeton, and in the United Kingdom as professor of Latin at King´s College London. Since 2008 he has chaired the technical secretariat of the Italian Ministry for Universities and Research.

Loukas Tsoukalis

Loukas Tsoukalis is Jean Monnet Professor of European integration at the University of Athens and visiting professor at the College of Europe in Bruges. He is president of the Hellenic Foundation for European and Foreign Policy, and has been special adviser to the President of the European Commission. He has taught at the University of Oxford, London School of Economics, Sciences Po in Paris, and the European University Institute of Florence. He has written many books and articles on European integration and international political economy translated into several languages.

Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website