Navigation path

Left navigation

Additional tools

Id-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa: Il-Kummissjoni tagħti l-opportunità liċ-ċittadini biex jgħidu tagħhom f'konsultazzjoni onlajn

European Commission - IP/12/904   17/08/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 17 ta’ Awwissu 2012

Id-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa: Il-Kummissjoni tagħti l-opportunità liċ-ċittadini biex jgħidu tagħhom f'konsultazzjoni onlajn

Sa issa, aktar minn 5 500 ċittadin tal-UE ħadu sehem f'waħda mill-aktar konsultazzjonijiet permezz tal-web wiesa' fl-istorja tal-UE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġejjieni tal-Ewropea - u dan skont l-aħħar figuri tal-Kummissjoni li nħarġu llum. Fid-9 ta' Mejju, Jum l-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea sejħet liċ-ċittadini minn madwar l-Unjoni Ewropea kollha sabiex jgħinuha tistabbilixxi l-aġenda tal-politika għas-snin li ġejjin u sabiex isawru l-ġejjieni tal-Ewropa. (IP/12/461). Sad-9 ta' Settembru, l-Ewropej kollha jistgħu jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet bħal "Kif tixtieq li l-Unjoni Ewropea tiżviluppa fil-ġejjieni qarib? F'liema tip ta' Unjoni Ewropea tixtieq tgħix fl-2020?"

Hekk kif l-Ewropa qiegħda tħabbat wiċċha ma' sfidi maġġuri, mhux l-anqas minħabba l-kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran, id-dibattitu politiku qiegħed dejjem idur mad-dibattitu dwar il-ġejjieni qarib u fit-tul tal-Ewropa. Fl-aħħar Kunsill Ewropew f'Ġunju, il-mexxejja ddiskutew il-ħtieġa li l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) tittieħed fi "stadju ġdid". Madanakollu, kwalunkwe integrazzjoni ulterjuri fil-qasam ekonomiku u fiskali teħtieġ li tkun leġittima f'għajnejn il-popli tal-Ewropa. Din hija r-raġuni għaliex ir-rapport tal-'erba' Presidenti' (il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-Eurogrupp u l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew), ippubblikat fis-26 ta' Ġunju, jiddikjara speċifikament li: "B'mod ġenerali, integrazzjoni aktar mill-qrib tal-UEM ser tirrekjedi bażi demokratika aktar b'saħħitha u appoġġ wiesa' miċ-ċittadini. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li, saħansitra f'dan l-istadju, il-proċess lejn it-twettiq ta' din il-viżjoni jkun imsejjes fuq konsultazzjoni u parteċipazzjoni wiesgħa. L-integrazzjoni u l-leġittimità għandhom jimxu id f'id." Fuq proposta mill-Kummissjoni, l-2013 għandha tkun is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (IP/11/1959). Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq taħtaf din l-okkażjoni sabiex tinkludi liċ-ċittadini fit-tiswir tal-Unjoni ta' għada u tagħti widen għall-viżjonijiet tagħhom b'rabta mal-ġejjieni tal-Ewropa.

Il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza, qalet: "Il-kriżi li għaddejja wasslet għal dibattitu pubbliku neċessarju dwar id-destinazzjoni tal-Ewropa. Sabiex l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tkun tassew waħda irriversibbli u sabiex nerġgħu niksbu l-fiduċja u l-kunfidenza, huwa importanti li ċ-ċittadini u l-kumpaniji jingħataw perspettiva dwar kif se tkun l-Ewropa fl-2020. Jien sodisfatta li, f'dan il-kuntest, il-proposti għal 'Unjoni Politika', 'Federazzjoni Ewropea', jew saħansitra 'l-Istati Uniti tal-Ewropa' għal darba oħra saru s-suġġett ta' dibattitu. Il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni turi interess qawwi f'dan id-dibattitu. Fatt tassew stimulanti huwa li l-parti l-kbira tat-tweġibiet ġejjin minn żgħażagħ Ewropej. Ninsab ċerta li biex noħroġu mill-kriżi għandna bżonn aktar Ewropa u mhux anqas. Għal dan, jeħtieġ li ninkludu ċ-ċittadini tagħna. Fuq kollox, l-Ewropa tikkonċerna d-drittijiet, it-tħassib u l-ġejjieni tagħhom. Għaldaqstant, għandhom ikunu ċ-ċittadini li jiggwidawna f'din l-isfida li noħolqu Ewropa aktar b'saħħitha u aktar integrata."

Il-konsultazzjoni tal-Kummissjoni 'Id-drittijiet tiegħek, il-ġejjieni tiegħek' issaqsi wkoll lill-pubbliku dwar l-ostakli prattiċi ħafna li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, meta jkunu qegħdin jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' ċittadini tal-UE jew meta jistrieħu fuq id-drittijiet fundamentali tagħhom li huma mnaqqxa fil-liġi tal-UE. Il-Kummissjoni tixtieq issir taf dwar kwalunkwe diffikultà li qegħdin jiltaqgħu magħha l-Ewropej, kemm jekk timmaterjalizza waqt vjaġġ fl-Ewropa, meta jinqasmu l-fruntieri, waqt il-votazzjoni jew meta uħud jikkandidaw ruħhom f'elezzjonijiet, jew meta jsir xiri onlajn. Il-kontribut tal-pubbliku se jiġi inkluż direttament fl-aġenda politika tal-Kummissjoni tas-snin li ġejjin u ser jifforma l-bażi tar-Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, li għandu jiġi ppreżentat fid-9 ta' Mejju tal-2013, f'Jum l-Ewropa li jmiss.

Tliet xhur biss wara li nfetħet il-konsultazzjoni fid-9 ta' Mejju, aktar minn 5 000 persuna ħadu sehem fil-konsultazzjoni onlajn u wieġbu l-kwestjonarju onlajn. Fost dawn hemm ċittadini mill-Istati Membri kollha (11.3 % ta' min wieġeb huma Franċiżi, 10,5 % Taljani, 9 % Spanjoli, 8,9 %Ġermaniżi u 6,1 %Brittaniċi - fl-Anness tista' tara l-perċentwal ta' pajjiżek).

Il-kwestjonarju qasir jista' jimtela onlajn faċilment u jeħodlok biss għaxar minuti minn ħinek. Il-konsultazzjoni se tkun miftuħa sad-9 ta’ Settembru:

http://ec.europa.eu/your-rights-your-future.

Sfond

Bis-saħħa taċ-ċittadinanza tal-UE – li ma tissostitwix iċ-ċittadinanza nazzjonali iżda tikkumplimentaha – iċ-ċittadini kollha tas-27 Stat Membru tal-UE jgawdu minn sensiela ta’ drittijiet addizzjonali bħala ċittadini tal-UE. Dawn jinkludu d-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej fil-pajjiż tal-UE li jgħixu fih, id-dritt għal protezzjoni konsulari barra mill-pajjiż taħt l-istess kondizzjonijiet daqslikieku kienu ċittadini u d-dritt li jippreżentaw petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew, li jressqu lment quddiem l-Ombudsman Ewropew, jew li jieħdu sehem f'Inizjattiva Ewropea għaċ-Ċittadini. Barra minn hekk, kull persuna fl-Ewropa tista' tiddependi fuq id-drittijiet fundamentali li huma stabbiliti fil-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali kulfejn tiġi applikata l-liġi tal-UE mill-istituzzjonijiet tal-UE jew implimentata mill-awtoritajiet nazzjonali.

Ir-Rapport tal-UE dwar iċ-Ċittadinanza għall-2010 (ara IP/10/1390 u MEMO/10/525) semma 25 azzjoni konkreta li jridu jittieħdu sabiex jitneħħa dak kollu li għadu jxekkel liċ-ċittadini tal-UE milli jagħmlu użu mill-jedd tagħhom li jiċċaqilqu b’mod ħieles fl-UE. Wieħed minn dawn huwa li jissaħħaħ l-għarfien tan-nies dwar l-istatus tagħhom bħala ċittadini tal-UE, dwar id-drittijiet tagħhom u dwar xi jfissru dawn id-drittijiet fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Għalhekk, il-Kummissjoni pproponiet li l-2013 tiġi ddikjarata s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini u li, matul dik is-sena, jiġu organizzati avvenimenti mmirati dwar iċ-ċittadinanza tal-UE u dwar il-politiki relatati maċ-ċittadinanza.

Matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013, il-Kummissjoni se tippubblika t-tieni rapport tal-UE dwar iċ-ċittadinanza, li ser jippreżenta aktar inizjattivi mmirati għat-tneħħija ta’ dak kollu li għadu jxekkel liċ-ċittadini milli jgawdu bis-sħiħ drittijiethom bħala ċittadini tal-UE.

Għal aktar tagħrif

Il-paġna ewlenija fuq l-internet tal-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, id-Drittjiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza:

http://ec.europa.eu/reding

Aqra dwar il-viżjoni tal-ġejjieni tal-Ewropea tal-Viċi President Reding:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/eufuture/index_en.htm

Aqra dwar il-viżjoni tal-Viċi President Reding dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali:

Id-diskors ta' Tallinn:

SPEECH/12/403

Il-konsultazzjoni pubblika:

http://ec.europa.eu/yourvoice

Iċ-ċittadinanza tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/citizen/index_mt.htm

Il-Kamra tal-Aħbarijiet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/justice/news/intro/news_intro_en.htm

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNEX

Total number of replies: 5662

Breakdown by nationality

% of total number of replies (5662)

France

11.3%

Italy

10.5%

Spain

9.0%

Germany

8.9%

United Kingdom

6.1%

Poland

5.6%

Romania

5.1%

Portugal

4.7%

Belgium

4.4%

Bulgaria

3.8%

Netherlands

2.9%

Hungary

2.2%

Luxembourg

2.0%

Greece

1.9%

Latvia

1.8%

Other

1.3%

Czech Republic

1.2%

Ireland

1.2%

Austria

1.2%

Finland

1.2%

Malta

1.1%

Sweden

1.1%

Estonia

0.8%

Cyprus

0.8%

Denmark

0.7%

Lithuania

0.5%

Slovenia

0.5%

Slovakia

0.5%

N/A

7.2%

Breakdown by age group

% of total number of replies (5662)

18-30 years old

33.8%

31-45 years old

31.1%

46-65 years old

22.3%

Over 65 years old

4.9%

Less than 18 years old

1.1%

N/A

6.8%


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website