
Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, is-7 ta' Awwissu 2012
L-ambjent: tabella ġdida tal-medalji għall-immaniġġjar tal-iskart
Rapport ġdid dwar kif l-Istati Membri jimmaniġġjaw l-iskart muniċipali tagħhom juri differenzi kbar fl-UE. Dan ir-rapport jikklassifika lis-27 Stat Membru skont 18-il kriterju, billi juża bnadar ħodor, oranġjo u ħomor f’oqsma li jikkonċernaw l-iskart totali rriċiklat, l-ipprezzar tar-rimi tal-iskart u l-ksur tal-leġiżlazzjoni Ewropea. It-tabella ta’ valutazzjoni li tirriżulta tifforma parti minn studju li għadu għaddej li se jgħin lill-Istati Membri jtejbu l-prestazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart tagħhom. Fuq nett fit-tabella nsibu l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, u l-Isvezja, li l-eba wieħed minnhom ma għandu iktar minn żewġ bnadar ħomor. Madankollu, ix-xejra tinbidel fin-naħa l-oħra tal-klassifika, fejn il-bnadar ħodor huma skarsi.
Il-Kummissarju għall-Ambjent, Janez Potočnik, qal: “L-istampa li toħroġ minn dan l-eżerċizzju tikkonferma t-tħassib serju tiegħi. Ħafna Stati Membri għadhom qed jarmu ammonti kbar ta’ skart muniċipali fil-miżbliet – l-agħar opzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart – minkejja alternattivi aħjar, u minkejja fondi strutturali li huma disponibbli biex jiġu ffinanzjati opzjonijiet aħjar. Qedgħin jindifnu riżorsi imprezzabbli, qed jintilfu benefiċċji ekonomiċi potenzjali, mhumiex qed jinħolqu impjiegi fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart u s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent qed imorru minn taħt. Dan diffiċli nipproteġuh fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi attwali tagħna”.
L-Istati Membri li għandhom l-ikbar distakki ta’ implimentazzjoni huma l-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja. In-nuqqasijiet jinkludu politiki għall-prevenzjoni tal-iskart dgħajfa jew li ma jeżistux, nuqqas ta’ inċentivi biex l-iskart ma jibqax jintrema fil-miżbliet u infrastruttura għall-iskart inadegwata. Id-dipendenza kbira fuq ir-rimi fil-miżbliet tfisser li opzjonijiet aħjar għall-immaniġġjar tal-iskart bħall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ b’mod konsistenti, mhumiex qed ikunu sfruttati biżżejjed. Il-perspettiva daqstant ieħor hija fqira.
B'kuntrast, l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għandhom sistemi komprensivi għall-ġbir tal-iskart u jarmu inqas minn 5 % tal-iskart tagħhom f’miżbliet Huma għandhom sistemi ta’ riċiklaġġ żviluppati ħafna, kapaċità suffiċjenti ta’ trattament u prestazzjoni tajba fir-rigward tal-iskart bijodegradabbli. Tipikament huma jħalltu b’mod effettiv strumenti ġuridiċi, amministrattivi u ekonomiċi fil-politiki għall-immaniġġjar tal-iskart tagħhom.
Għadd ta’ Stati Membri għamlu progress rapidu mid-dipendenza fuq il-miżbliet għal kważi l-eliminazzjoni tagħhom kollha. Iżda anke dawk li għandhom l-aħjar prestazzjonijiet qed jaffaċċjaw sfidi bħal pereżempju żieda fil-prevenzjoni tal-iskart u l-indirizzar tal-kapaċità żejda fis-settur tal-inċinerazzjoni, li jistgħu jfixklu r-riċiklaġġ u jesiġu importazzjonijiet ta’ skart biex iħaddmu l-inċineraturi.
Il-passi li jmiss
Il-Kummissjoni qed tuża dan ir-rapport biex tħejji Pjanijiet direzzjonali għall-għaxar Stati Membri li għandhom l-agħar prestazzjoni. Dawn se jiġu diskussi mal-awtoritajiet nazzjonali f’seminars bilaterali din il-ħarifa, li se jibdew fi Praga fid-19 ta’ Settembru. Il-Pjanijiet direzzjonali se jgħinu biex jinxterdu l-aħjar prattiki u se jinkludu rakkomandazzjonijiet imfassla apposta dwar kif għandu jitjieb l-immaniġġjar tal-iskart permezz tal-użu ta’ għodod ekonomiċi, ġuridiċi u amministrattivi u fondi strutturali tal-UE.
Il-Kummissjoni għandha l-għan li tuża l-fondi strutturali tal-UE b’enfasi ikbar fuq l-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-iskart. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali propost (QFP) 2014-2020 se jiżgura li l-flus tal-UE jkunu investiti biss fi proġetti għall-immaniġġjar tal-iskart jekk ikunu ssodisfati minn qabel ċerti kundizzjonijiet, inkluż l-iżvilupp ta' Pjanijiet għall-Immaniġġjar tal-Iskart f’konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u mal-ġerarkija tal-iskart li tiffavorixxi l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ minflok l-inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija, u tħalli bħala l-aħħar għażla l-miżbliet jew l-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija.
Sfond
Studju riċenti mħejji għall-Kummissjoni jistma li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart għandha tiffranka EUR 72 biljun fis-sena, iżżid il-fatturat annwali tal-ġestjoni tal-iskart u tas-settur tar-riċiklaġġ tal-UE b’EUR 42 biljun u toħloq aktar minn 400 000 impjieg sal-2020 (id-dettalji huma disponibbli hawn).
Għal aktar tagħrif:
Għar-Rapport dwar l-Iskrining, ara:
http://ec.europa.eu/environment/waste/studies/pdf/Screening_report.pdf (it-tabella ta’ valutazzjoni tinsab bil-kulur f’paġna 41)
Għal aktar studji dwar l-iskart, ara:
http://ec.europa.eu/environment/waste/studies/index.htm u
Ċentru tal-Eurostat għad-Dejta Ambjentali dwar l-Iskart:
http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/waste/introduction
Il-websajt tal-Kummissjoni dwar l-iskart:
http://ec.europa.eu/environment/waste/index.htm
Stqarrija għall-Istampa dwar it-Tkabbir Ekoloġiku:
Stqarrija għall-Istampa dwar strumenti ekonomiċi:
| 1.1 Diżakkoppjament tal-iskart mill-konsum | 1.2 Programm għall-Prevenzjoni tal-Iskart | 1.3 Ammont ta’ skart muniċipali rriċiklat | 1.4 Ammont ta’ skart muniċipali rkuprat (irkupru tal-enerġija) | 1.5 Ammont ta’ skart muniċipali mormi | 1.6 Żvilupp ta’ skart muniċipali rriċiklat | 2.1 Eżistenza ta’ projbizzjoni /restrizzjonijiet għar-rimi ta’ skart muniċipali fil-miżbliet | 2.2 Tariffa totali tipika għar-rimi ta’ skart muniċipali f’miżbla | 2.3 Eżistenza ta’ sistemi ħallas skont kemm tarmi (PAYT) għall-iskart muniċipali | 3.1Aċċess għal servizzi ta’ ġbir ta’ skart | 3.2Kapaċità tat-trattament disponibbli għall-iskart muniċipalidisponibbli | 3.3 Previżjoni fil-Pjan għall-Immaniġġjar tal-iskart tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali u l-kapaċità tat-trattament | 3.4 Eżistenza u Kwalità tal-projezzjon tal-ġenerazzjoni u t-trattament tal-iskart muniċipali | 3.5 Konfirmità tal-miżbliet eżistenti tal-iskart perikoluż | 4.1 Issodisfar tal-miri relatati mal-iskart muniċipali bijodegradabbli li se jintrema fil-miżbliet | 4.2 Rata tal-iskart muniċipali biodegradabbli li se jintrema fil-miżbliet | 5.1 Għadd ta’ proċeduri ta’ ksur – Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u d-Direttiva dwar il-Miżbliet | 5.2 Għadd ta’ kawżi l-qorti Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u d-Direttiva dwar il-Miżbliet | Punteġġ Ġenrali | ||
AT | 0 | 2 | 2 D | 2 D | 2 D | 2 | 2 | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 39 | ||
NL | 0 | 2 | 2 D | 2 D | 2 D | 2 | 2 | 2 | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 39 | ||
DK | 0 | 0 | 2 D | 2 D | 2 D | 2 | 2 | 2 | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 37 | ||
DE | 1 | 0 | 2 D | 1 D | 2 D | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 36 | ||
SE | 1 | 2 | 2 D | 2 D | 2 D | 2 | 2 | 2 | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | 35 | ||
BE | 1 | 2 | 2 D | 2 D | 2 D | 2 | 2 | 2 | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 2 | 2 | 2 | 1 | 1 | 34 | ||
LU | 0 | 0 | 2 D | 2 D | 2 D | 2 | 2 | 2 | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 33 | ||
UK | 1 | 2 | 2 D | 1 D | 2 D | 2 | 0 | 1 | 1 | 2 | 2 | 2 | 1 | 1 | 2 | 1 | 2 | 2 | 32 | ||
FI | 1 | 2 | 1 D | 2 D | 1 D | 0 | 1 | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | 1 | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | 31 | ||
FR | 1 | 2 | 1 D | 2 D | 2 D | 1 | 1 | 1 | 1 | 2 | 2 | 2 | 1 | 1 | 2 | 2 | 1 | 1 | 31 | ||
SI | 2 | 0 | 2 D | 1 D | 1 D | 2 | 1 | 2 | 2 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 2 | 1 | 1 | 2 | 25 | ||
ES | 2 | 0 | 1 D | 1 D | 1 D | 1 | 0 | 1 | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 1 | 2 | 1 | 1 | 1 | 21 | ||
PT | 0 | 2 | 0 D | 2 D | 1 D | 1 | 0 | 0 | 0 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 0 | 0 | 1 | 1 | 21 | ||
HU | 1 | 0 | 1 D | 1 D | 1 D | 2 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 2 | 1 | 2 | 2 | 19 | ||
IE | 0 | 2 | 1 D | 1 D | 1 D | 1 | 1 | 2 | 1 | 0 | 2 | 2 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 19 | ||
CZ | 2 | 0 | 0 D | 1 D | 1 D | 2 | 0 | 1 | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 1 | 2 | 18 | ||
PL | 1 | 2 | 1 D | 0 D | 1 D | 2 | 1 | 1 | 1 | 0 | 2 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 1 | 2 | 18 | ||
EE | 2 | 0 | 1 D | 0 D | 0 D | 0 | 1 | 1 | 1 | 0 | 2 | 0 | 1 | 2 | 2 | 1 | 1 | 1 | 17 | ||
SK | 2 | 0 | 0 D | 1 D | 0 D | 1 | 1 | 0 | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 1 | 2 | 1 | 1 | 1 | 17 | ||
IT | 0 | 0 | 1 D | 1 D | 1 D | 0 | 1 | 2 | 1 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 1 | 0 | 0 | 15 | ||
LV | 2 | 0 | 0 D | 0 D | 0 D | 1 | 1 | 1 | 0 | 0 | 2 | 0 | 1 | 2 | 0 | 0 | 2 | 2 | 14 | ||
CY | 0 | 0 | 1 D | 0 D | 0 D | 2 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 2 | 2 | 11 | ||
RO | 2 | 0 | 0 D | 0 D | 0 D | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 1 | 2 | 2 | 11 | ||
LT | 2 | 0 | 0 D | 0 D | 0 D | 1 | 1 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 2 | 9 | ||
MT | 0 | 0 | 0 D | 0 D | 0 D | 2 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 1 | 2 | 9 | ||
BG | 2 | 0 | 0 D | 0 D | 0 D | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 1 | 1 | 2 | 8 | ||
GR | 1 | 0 | 0 D | 0 D | 0 D | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 |
Noti dwar it-tabella:
Is-sistema tal-punteġġi
0 ifisser bandiera ħamra, 1 bandiera oranġjo u 2 bandiera ħadra – jiġifieri, iktar ma jkun għoli l-punteġġ iktar aħjar. Peress li l-kriterji 1.3, 1.4 u 1.5 huma relatati mal-prestazzjonijiet reali tal-Istati Membri f'termini tar-riżultati miksuba, huma jgħoddu doppju (D) fis-sistema ta' valutazzjoni.
Il-kriterji sħaħ
1.1 Il-livell ta’ diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali min-nefqa finali għall-konsum tal-unitajiet domestiċi
1.2 L-eżistenza ta’ programm ta’ prevenzjoni tal-iskart proprju (Waste Prevention Programmw (WPP)) jew l-eżistenza ekwivalenti fil-Pjan għall-Immaniġġjar tal-Iskart jew programmi (ambjentali) oħra
1.3. Ammont ta’ skart muniċipali rriċiklat (riċiklaġġ materjali u forom oħra ta’ riċiklaġġ inkluż il-kompostjar)
1.4. Ammont ta’ skart muniċipali rkuprat (irkupru tal-enerġija)
1.5. Ammont ta’ skart muniċipali mormi (depożitu fuq l-art jew fl-art u inċinerat mingħajr irkupru tal-enerġija)
1.6. L-iżvilupp ta’ skart muniċipali rriċiklat (riċiklaġġ materjali u forom oħra ta’ riċiklaġġ inkluż il-kompostjar)
2.1. L-eżistenza ta’ projbizzjoni/restrizzjonijiet fuq livell nazzjonali għar-rimi ta’ skart muniċipali fil-miżbliet
2.2. Tariffa totali tipika għar-rimi ta’ skart muniċipali f’miżbla
2.3. L-eżistenza ta’ sistemi ħallas skont kemm tarmi (PAYT) għall-iskart muniċipali
3.1. L-aċċess għal servizzi ta’ ġbir ta’ skart għall-iskart muniċipali
3.2. Il-kapaċità tat-trattament disponibbli għall-iskart muniċipali f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart (inklużi r-rimi u l-inċinerazzjoni)
3.3. Il-previżjoni fil-Pjan għall-Immaniġġjar tal-Iskart tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali u l-kapaċità tat-trattament
3.4. L-eżistenza u l-kwalità tal-projezzjoni tal-ġenerazzjoni u t-trattament tal-iskart muniċipali fil-Pjan għall-Immaniġġjar tal-Iskart
3.5. Il-konformità tal-miżbliet għall-iskart mhux perikoluż mad-Direttiva dwar il-Miżbliet
4.1 L-issodisfar tal-miri tad-Direttiva dwar il-Miżbliet relatati mal-iskart muniċipali bijodegradabbli li se jintrema fil-miżbliet
4.2. Ir-rata tal-iskart muniċipali bijodegradabbli li se jintrema fil-miżbliet
5.1. L-għadd ta’ proċeduri ta’ ksur – Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u d-Direttiva dwar il-Miżbliet
5.2. L-għadd ta’ kawżi l-qorti – Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u d-Direttiva dwar il-Miżbliet
Kuntatti : Joe Hennon (+32 2 295 35 93) Monica Westeren (+32 2 299 18 30) |