Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 30 ta' Lulju 2012

L-Ewrobarometru Standard tar-Rebbiegħa 2012: L-appoġġ pubbliku għall-Istrateġija Ewropa 2020 għadu qawwi

L-Ewropej b’mod ġenerali jappoġġjaw l-inizjattivi għat-tkabbir, l-istabbiltà u l-impjiegi mressqa mill-UE, skont l-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa 2012, l-istħarriġ li jsir darbtejn f’sena organizzat mill-Kummissjoni Ewropea. Hekk kif resqin lejn it-tieni nofs tas-sena, fejn – wara “is-Semestru Ewropew” - l-Istati Membri issa huma obbligati jaġixxu, l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol sabiex jinħolqu l-impjiegi kif ukoll l-għajnuna lill-foqra u ’l dawk soċjalment esklużi huma meqjusa bħala l-aktar prijoritajiet importanti mill-opinjoni pubblika fl-UE. L-aħħar stħarriġ juri wkoll l-Ewropej jgħidu li miri ewlenin maqbula mill-UE – bħal li jkun żgurat li tliet kwarti tan-nies fl-età tax-xogħol għandhom impjieg – huma objettivi ta’ livell xieraq (ara l-Anness). L-opinjonijiet tan-nies dwar l-istrateġija Ewropa 2020 – li hija l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE - huma inkoraġġanti, b’mod partikolari dwar l-importanza tal-inizjattivi u l-livell tal-objettivi. Globalment, 40% tal-Ewropej (+ 2 punti perċentwali) huma tal-fehma li l-UE tinsab miexja fid-direzzjoni t-tajba biex toħroġ mill-kriżi u tiffaċċja l-isfidi dinjija ġodda.

Għalkemm hemm varjazzjonijiet sinifikanti bejn il-pajjiżi, hemm sinjali li l-Ewropej qed isiru anqas pessimisti, b’iktar nies li jgħidu li l-agħar tal-kriżi għadda. Tletin fil-mija tal-Ewropej jaħsbu li l-impatt tal-kriżi fuq is-suq tax-xogħol diġà laħaq il-quċċata tiegħu (żieda ta’ 7 punti wara l-istħarriġ preċedenti fil-ħarifa tal-2011).

Aktar minn 8 minn kull 10 Ewropej jaħsbu li l-Istati Membri tal-UE għandhom jaħdmu aktar mill-qrib flimkien bħala riżultat tal-kriżi u aktar minn nofshom jemmnu li l-UE se toħroġ iktar b’saħħitha fuq terminu ta’ żmien twil.

Bħal f’għadd ta’ stħarriġ preċedenti, it-tweġibiet rigward il-qagħda tal-ekonomiji nazzjonali jvarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor. Filwaqt li tliet kwarti taċ-ċittadini fl-Isvezja, fil-Lussemburgu u fil-Ġermanja jgħidu li l-qagħda ekonomika hija tajba, inqas minn 5% huma tal-istess opinjoni, fl-Irlanda, fil-Portugall, fi Spanja u fil-Greċja. B'mod ġenerali, f'dawn l-aħħar 6 xhur, ġeneralment kien hemm stabbiltà, b’27% (-1) jgħidu li s-sitwazzjoni attwali tal-ekonomija nazzjonali hija tajba, u b’71% (baqa’ kif kien) li jaħsbu li sejra ħażin.

Iċ-ċittadini għadhom jaraw lill-UE bħala l-iktar attur effettiv – flimkien mal-gvernijiet nazzjonali – li jista’ jiffaċċja l-effetti tal-kriżi ekonomika. Bħas-soltu, l-Ewrobarometru juri x-xebh u d-differenzi bejn l-opinjoni pubblika fl-Istati Membri tal-UE fir-rigward tat-tħassib prinċipali tal-popli (il-qgħad, l-inflazzjoni u s-sitwazzjoni ekonomika).

Il-kuntest

L-Ewrobarometru Standard tar-Rebbiegħa 2012 sar permezz ta' intervisti wiċċ imb wiċċ bejn it-12 u s-27 ta’ Mejju 2012. Kienu intervistati b’kollox 32 728 persuna madwar is-27 Stat Membru u fil-pajjiżi kandidati

Aktar tagħrif

L-ewwel rapport bir-riżultati li juri l-perċezzjonijiet Ewropej dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali u t-tħassib għall-futur, kif ukoll l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kriżi u l-Istrateġija Ewropa 2020, ġie ppubblikat illum. It-tendenza li tirriżulta fuq l-Istituzzjonijiet tal-UE u d-dejta tal-mistoqsijiet dwar kwistjonijiet ta’ ċittadinanza huma ppubblikati wkoll.

L-ewwel rapport bir-riżultati huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb/eb77/eb77_en.htm

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESS

1. L-importanza pperċepita tal-inizjattivi ta' Ewropa 2020

2. L-evalwazzjoni tal-miri ta’ Ewropa 2020

3. Ir-rilevanza pperċepita tal-approċċ Ewropa 2020

4. Id-differenzazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi u t-tendenzi sa mill-ħarifa 2011

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

5. Dikjarazzjonijiet dwar il-kriżi: Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom jaħdmu aktar mill-qrib flimkien, u l-UE se tkun aktar b’saħħitha fuq medda twila ta’ żmien.

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

6. Id-differenzazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni tal-istat attwali tal-ekonomija

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website