Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Commission européenne

Communiqué de presse

Brussell, 10 ta' Lulju 2012

Tfal bi bżonnijiet speċjali u adulti diżabilitati għadhom mhux qed jinqdew sew mill-edukazzjoni, jgħid ir-rapport

Minkejja l-impenji mill-Istati Membri biex jippromwovu l-edukazzjoni inklużiva, tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali u adulti diżabilitati għadhom mhux qed jinqdew sew, skont rapport ippubblikat illum mill-Kummissjoni Ewropea. Ħafna jitqiegħdu f'istituzzjonijiet segregati u dawk fl-ambiti edukattivi tradizzjonali spiss jirċievu sostenn inadegwat., jgħid ir-rapport. Ir-rapport jistieden lill-Istati Membri biex jaħdmu aktar biex jiżviluppaw sistemi ta’ edukazzjoni inklużiva u li jitneħħew l-ostakoli li jiltaqgħu magħhom gruppi vulnerabbli meta niġu għall-parteċipazzjoni u s-suċċess fl-edukazzjoni, taħriġ u impjiegi.

“Irridu nsaħħu l-isforzi tagħna biex nipprovdu politiki tal-edukazzjoni inklussiva adegwatament iffinanzjati jekk irridu ntejbu l-ħajja tat-tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali u adulti diżabilitati. Wasal iż-żmien li jitwettqu dawn l-impenji li saru. L-edukazzjoni inklużiva mhix għażla extra; ħija ħtieġa bażika. Għandna npoġġu dawk l-aktar vulnerabbli fil-qalba tal-azzjonijiet tagħna biex niksbu ħajja aħjar għal kulħadd," qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

Madwar 45 miljun ċittadin tal-UE fl-età tax-xogħol għandhom diżabilità u 15-il miljun tifel u tifla għandhom bżonnijiet edukattivi speċjali. Ir-rapport juri li f 'xi każijiet, dawn it-tfal huma mċaħħda minn opportunitajiet edukattivi u ta’ impjieg għal kollox. Tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali spiss joħorġu mill-iskola bi ftit jew bl-ebda kwalifika, qabel ma jmorru għal taħriġ speċjalizzat li jistgħu, f’ċerti każijiet, ixekklu aktar milli jżidu l-prospetti tax-xogħol tagħhom. Nies b’diżabilità jew bżonnijiet edukattivi speċjali huma aktar probabbli li jkunu qiegħda jew inattivi ekonomikament, u anki dawk li għandhom relattivament suċċess fis-suq tax-xogħol spiss jaqilgħu inqas mill-kontropartijiet tagħhom li m’għandhomx diżabilità, skont l-istqarrija tar-rapport.

Fl-Istati Membri kollha, it-tfal imċaħħda (speċjalment subien) minn Roma, minorità etnika u sfondi soċjo-ekonomikament żvantaġġati huma rrappreżentati żżejjed fi skejjel ta’ bżonnijiet speċjali. Ir-rapport jistaqsi jekk is-sistemi edukattivi speċjali jżidux l-iżolament ta’ studenti li huma diġà soċjalment marġinalizzati, u jnaqqsu iktar milli jtejbu l-opportunitajiet tagħhom fil-ħajja. Ir-riċerka tissuġġerixxi li dawn it-tfal jistgħu jiġu rreġistrati fl-iskejjel "tradizzjonali" kieku kien hemm aktar investiment fl-iżvilupp ta' ħiliet lingwistiċi tagħhom u aktar sensittività lejn id-differenzi kulturali.

Ir-rapport jenfasizza wkoll varjazzjoni wiesgħa bejn l-Istati Membri dwar kif tfal bi bżonnijiet speċjali huma identifikati, kif ukoll jekk humiex imqiegħda fi skejjel tradizzjonali jew skejjel speċjali. Pereżempju, fi Flanders (il-Belġju) 5.2% tal-istudenti bi bżonnijiet speċjali huma segregati fi skejjel speċjali, filwaqt li fl-Italja il-perċentwal huwa 0.01% biss. Ir-rapport jissuġġerixxi li jeħtieġ li jsir aktar biex jarmonizzaw id-definizzjonijiet u jittejjeb il-ġbir tad-dejta biex tippermetti lill-pajjiżi jqabblu l-approċċi tagħhom b’mod aktar effettiv u jitgħallmu mill-esperjenza ta’ xulxin.

Kuntest

Ir-rapport, "Edukazzjoni u d-diżabilità/bżonnijiet speċjali - politiki u prassi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg għal studenti b’diżabilitajiet u bżonnijiet edukattivi speċjali fl-UE", ġie kompilat għall-Kummissjoni Ewropea permezz tan-netwerk ta' esperti indipendenti fix-xjenzi soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ (NESSE).

Sejbiet ewlenin oħrajn mir-rapport

  • Filwaqt li jista’ jkun diffiċli li jiġu inklużi studenti b'diffikultajiet serji f'ambjenti ta' tagħlim tradizzjonali jew jistgħu jinqdew aħjar f'ambjenti separati, hemm dejjem aktar evidenza li numru kbir ta' studenti bi bżonnijiet edukattivi speċjali/diżabiltajiet jistgħu jiġu integrati fis-sistema tradizzjonali tal-edukazzjoni u li l-kwalità tal-edukazzjoni inklużiva hija edukazzjoni tajba għal dawk kollha li qed jitgħallmu;

  • Filwaqt li huwa ta' importanza vitali li nimxu aktar lejn sistemi ta’ edukazzjoni inklużiva, l-edukazzjoni tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu mhux dejjem kiemu organizzati skont dawn il-linji inklussivi;

  • Barra l-għalliema, għalliema ta’ appoġġ u assistenti fil-klassi għandhom rwol vitali biex l-inklużjoni taħdem tajjeb fil-prattika;

  • F’xi pajjiżi Ewropej, il-kurrikula huma standardizzati u inflessibbli li jagħmel l-inklużjoni ta’ tfal b’diżabilità diffiċli. Il-prassi li jinżammu l-gradi jimminaw wkoll il-prinċipji tal-inklużjoni;

  • Hemm anqas probabbiltà li n-nies b'diżabilità jipproċedu għal edukazzjoni għolja minn persuni li ma jkollhomx diżabilità;

  • Persuni b'diżabilità li jiksbu kwalifiki ta' edukazzjoni għolja xorta għadhom jesperjenzaw żvantaġġi fis-suq tax-xogħol, iżda huma aktar probabbli li jkunu impjegati minn persuni b'diżabilità anqas kwalifikati;

  • M’hemm l-ebda data komparattiva madwar l-Ewropa dwar in-numru ta' studenti b'diżabilità fl-edukazzjoni għolja, jew dwar diffikultajiet u r-riżultati ta’ dawk li huma fl-edukazzjoni għolja;

  • Hemm nuqqas ta' dejta affidabbli u aġġornata dwar in-numru ta’ persuni b’diżabilità fl-impjieg f'pajjiżi differenti tal-UE;

  • Benefiċċji tad-diżabilità jtejjbu r-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, iżda aktarx li dawn jitnaqqsu minħabba r-restrizzjoni attwali fl-infiq pubbliku madwar l-Ewropa;

  • L-arranġamenti ta’ "Flessigurtà" huma utli sabiex jippermettu lill-persuni b’diżabilità jaħdmu part-time mingħajr telf sħiħ ta’ benefiċċji;

  • Hemm konverġenza konsiderevoli dwar il-politika dwar id-diżabilità u l-impjieg madwar l-Ewropa, bil-parti l-kbira tal-pajjiżi li jadottaw miżuri simili ta’ appoġġ għall-impjieg. Madankollu, l-appoġġ għall-impjiegi u programmi ta' riabilitazzjoni vokazzjonali jvarjaw fir-rigward l-effettività tagħhom fit-twassil ta’ persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, jew jgħinhom iżommu l-impjieg jekk ikunu saru diżabbli waqt il-ħidma.

Diversi inizjattivi tal-UE huma diġà fis-seħħ biex jissaħħaħ it-tagħlim tal-bżonnijiet speċjali:

Għal aktar tagħrif

Ir-rapport sħiħ

Il-Kummissjoni Ewropea: Edukazzjoni u taħriġ

Is-sit elettroniku ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Numru ta' studenti f’edukazzjoni obbligatorja u perċentwali fi skejjel speċjali segregati u klassijiet speċjali

Pajjiż

Numru ta' studenti f’edukazzjoni obbligatorja

Numru ta' studenti bi bżonnijiet edukattivi speċjali u bħala % tat-total tal-popolazzjoni tal-istudenti

Numru ta’ studenti fi skejjel speċjali segregati u bħala % tat-total tal-popolazzjoni tal-istudenti

Numru ta' studenti fi klassijiet speċjali segregati u bħala % tat-total tal-popolazzjoni tal-istudenti

L-Awstrija

802,519

28,525 (3.5%)

11,787 (1.5%)

965 (0.1%)

Il-Belġju (Fl.)

871,920

54,336 (6.2%)

46,091 (5.2%)

0

Il-Belġju (Fr.)

687,137

30,993 (4.5%)

30,773 (4.4%)

0

Il-Bulgarija

693,270

14,083 (2.0%)

8,119 (1.1%)

391 (0.05%)

Ċipru

97,938

5,445 (5.5%)

293 (0.3%)

583 (0.6%)

Ir-Repubblika Ċeka

836,372

71,879 (8.6%)

30,092 (3.6%)

7,026 (0.8%)

Id-Danimarka

719,144

33,733 (4.6%)

12,757 (1.8%)

18,986 (2.6%)

L-Estonja

112,738

10,435 (9.2%)

3,782 (3.0%)

1,459 (1.3%)

Il-Finlandja

559,379

45,493 (8.1%)

6,782 (1.2%)

14,574 (2.6%)

Franza

12,542,100

356,803 (2.8%)

75,504 (0.6%)

161,351 (1.3%)

Il-Ġermanja

8,236,221

479,741 (5.8%)

399,229 (4.8%)

0

Il-Greċja

1,146,298

29,954 (2.6%)

7,483 (0.6%)

22,471 (2.0%)

L-Ungerija

1,275,365

70,747 (5.5%)

33,014 (2.6%)

0

L-Islanda

43,511

10,650 (24.0%)

143 (0.3%)

348 (0.8%)

L-Irlanda

649,166

33,908 (5.2%)

4,976 (0.8%)

2,380 (0.4%)

L-Italja

7,326,567

170,696 (2.3%)

693 (0.01%)

0

Il-Latvja

185,032

9,057 (4.8%)

6,363 (3.4%)

1,175 (0.6%)

Il-Litwanja

440,504

51,881 (11.7%)

4,253 (1.0%)

855 (0.2%)

Il-Lussemburgu

64,337

1,374 (2.2%)

663 (1.0%)

0

Malta

48,594

2,645 (5.4%)

137 (0.3%)

13 (0.03%)

il-Pajjiżi l-Baxxi

2,411,194

103,821 (4.3%)

64,425 (2.7%)

0

In-Norveġja

615,883

48,802 (8.0%)

1,929 (0.3%)

5,321 (0.9%)

Il-Polonja

4,511,123

127,954 (2.8%)

59,880 (1.3%)

0

Il-Portugall

1,331,050

35,894 (2.7%)

2,660 (0.2%)

2,115 (0.2%)

Is-Slovenja

162,902

10,504 (2.7%)

2,829 (1.7%)

400 (0.24%)

Spanja

4,437,258

104,343 (2.35%)

17,400 (0.4%)

0

l-Isvezja

906,189

13,777 (1.5%)

516 (0.06%)

13,261 (1.5%)

l-Isvizzera

777,394

41,645 (5.4%)

16,223 (2.1%)

25,422 (3.3%)

Ir-Renju Unit (L-Ingilterra)

8,033,690

225,920* (2.8%)

96,130 (1.2%)

16,190 (0.2%)

Ir-Renju Unit (L-Iskozja)

647,923

45,357 (7.0%)

6,659 (1.0%)

1,481 (0.2%)

Ir-Renju Unit (Wales)

377,503

12,895 (3.4%)

3,070 (0.8%)

2,843 (0.7%)

* Dejta għall-Ingilterra tinkludi studenti b’Dikjarazzjonijiet tal-Ħtieġa biss

Sors: L-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni dwar il-Ħtiġijiet Speċjali, Dejta tal-Pajjiż 2010

L-istudenti identifikati li għandhom bżonnijiet edukattivi speċjali bħala % tat-total tal-popolazzjoni skolastika

Sors: L-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni dwar il-Ħtiġijiet Speċjali, Dejta tal-Pajjiż 2010

Nota: L-istatistika għall-Bulgarija u l-Italja huma meħuda mill-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni dwar il-Ħtiġijiet Speċjali, Dejta tal-Pajjiż 2008 peress li mhumiex inklużi fil-pubblikazzjoni 2010.

Studenti fi skejjel u klassijiet speċjali bħala % tat-total tal-popolazzjoni skolastika

Sors: L-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni dwar il-Ħtiġijiet Speċjali, Dejta tal-Pajjiż 2010

Nota: L-istatistika għall-Bulgarija u l-Italja huma meħuda mill-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni dwar il-Ħtiġijiet Speċjali, Dejta tal-Pajjiż 2008 peress li mhumiex inklużi fid-dokument 2010.

Contacts :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58) Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site