Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-6 ta' Lulju 2012

SuperAlp! 6: Vjaġġi sostenibbli fl-Alpi

Vjaġġ ta’ 1500 km minn ġol-Alpi biex jiġu aċċennati s-siti tal-proġetti LIFE ffinanzjati mill-UE u l-karatteristiċi uniċi tal-qalba muntanjuża tal-Ewropa – vjaġġ li jibda mis-Slovenja u jkompli għaddej minn ġol-Awstrija, l-Italja u Franza biex jintemm fil-belt ta’ Grenoble. Din hija s-sitt edizzjoni ta’ SuperAlp!: vjaġġi sostenibbli fl-Alpi organizzati mis-Segretarjat Permanenti tal-Konvenzjoni Alpina.

Mill-4 sal-11 ta’ Lulju, grupp ta’ ġurnalisti li jirrappreżentaw ġurnali ewlenin u midja internazzjonali mill-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Nepal, ir-Rumanija, is-Slovenja, l-Isvizzera u r-Renju Unit se jivvjaġġaw mil-Lvant għall-Punent tal-Alpi, bl-użu ta’ mezzi tat-trasport differenti bħala alternattivi għall-vetturi privati: bil-ferrovija, bix-xarabank, bir-rota u naturalment bil-mixi. Fost l-għanijiet tas-SuperAlp! insibu x-xewqa li tiġi kkomunikata l-possibbiltà li wieħed iżur iż-żoni tal-Alpi permezz tat-trasport pubbliku.

Il-qofol tal-edizzjoni tal-2012 se jkun iż-żjarat tat-tmien proġetti LIFE - wieħed fis-Slovenja, tnejn fl-Awstrija, tlieta fl-Italja u tnejn fi Franza - u dawn se jiffokaw fuq suġġetti differenti, mir-riintroduzzjoni tal-orsijiet għall-preservazzjoni tal-ekosistemi tal-ilma.

Din l-edizzjoni speċjali se ssir b’kollaborazzjoni mad-DĠ Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi ċċelebrat l-20 anniversarju tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u tal-Programm “LIFE”, adottati biex jissalvagwardjaw l-ispeċijiet u l-ħabitats l-aktar mhedda fl-Ewropa. Fl-ambitu tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, ġie stabbilit l-akbar netwerk dinji koerenti taż-żoni protetti – Natura 2000 – li huwa magħmul minn aktar minn 26 000 sit fis-27 Stat Membru kollha u jkopri kważi 18 % tat-territorju tal-UE. Dan in-netwerk uniku ġie żviluppat bl-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-inizjattiva LIFE.

L-isfidi tal-globalizzazzjoni jħallu impatti qawwija fuq l-ark Alpin, u biex jiġu affrontati b’mod effettiv jeħtieġ li jkun hemm azzjoni kkoordinata mit-territorji nazzjonali koperti. L-għan tal-Konvenzjoni Alpina, trattat internazzjonali ffirmat fl-1999 bejn tmien Stati Alpini u l-Komunità Ewropea, huwa li tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni attiva biex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli tal-Alpi u biex jiġu protetti l-interessi tal-popolazzjonijiet Alpini. Id-Direttivi tal-UE dwar l-Għasafar u l-Ħabitats u l-istrument LIFE jipprovdu appoġġ sostanzjali għall-konservazzjoni tan-natura fl-Alpi u huma għodda essenzjali biex jiġi żgurat li l-iżvilupp soċjoekonomiku jimxi id f’id mal-ħtieġa li l-bijodiversità prezzjuża tal-Alpi tiġi protetta u rrestawrata.

Għal aktar informazzjoni:

Id-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar:

http://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/birdsdirective/index_en.htm

Id-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitats:

http://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/habitatsdirective/index_en.htm

Natura 2000:

http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/index_en.htm

Kuntatti :

Joe Hennon (+32 2 295 35 93)

Monica Westeren (+32 2 299 18 30)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website