Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Id-drittijiet tal-passiġġieri: applikazzjoni ġdida fuq l-ismartphone li tagħtik id-drittijiet tiegħek kollha waqt li tkun qed tivvjaġġa dan is-sajf

Commission Européenne - IP/12/738   04/07/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-4 ta' Lulju 2012

Id-drittijiet tal-passiġġieri: applikazzjoni ġdida fuq l-ismartphone li tagħtik id-drittijiet tiegħek kollha waqt li tkun qed tivvjaġġa dan is-sajf

Il-passiġġieri li jitħallew l-art fl-ajruporti jew li jkunu qed jistennew il-bagalji neqsin, issa jistgħu jużaw applikazzjoni fuq smartphone biex jiċċekkjaw id-drittijiet tagħhom immedjatament u fuq il-post. Proprju mal-vaganzi tas-sajf, il-Kummissjoni Ewropea nediet applikazzjoni għall-ismartphones li tkopri t-trasport bl-ajru u bil-ferroviji u li tiffunzjona berba pjattaformi mobbli: l-Apple iPhone u iPad, il-Google Android, l-RIM Blackberry u l-Microsoft Windows Phone 7. L-applikazzjoni hija disponibbli fi 22 lingwa tal-UE. Attwalment, din l-applikazzjoni tkopri t-trasport bl-ajru u bil-ferrovija u fl-2013 u ser tiġi estiża għall-vjaġġi bil-kowċ / bix-xarabank u għall-vjaġġi marittimi meta jidħlu fis-seħħ dawn id-drittijiet.

Siim Kallas, Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, responsibbbli għat-Trasport qal: "Kemm minna kienu fajruport u ħassew il-frustrazzjoni ta' meta xi ħadd jgħidlek li mgħandek l-ebda drittijiet meta tkun taf li għandek! B’din l-applikazzjoni, miljuni ta’ vjaġġaturi jista’ jkollhon aċċess faċli għall-informazzjoni korretta dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta l-aktar li jkollhom bżonnha u meta jitfaċċaw sitwazzjonijiet li wieħed ma jkunx qed jistennihom."

Meta vjaġġ ma jmurx kif mistenni, ħafna drabi tkun esperjenza stressanti. Kemm jekk tiġi kkanċellata titjira, jew jekk lukanda ta' vjaġġ offrut bħala pakkett ma tkunx kif kienet irreklamata jew jekk jinbidel l-orarju ta’ ferrovija – is-sitwazzjoni tiġi ttrattata b’mod ferm eħfef jekk il-passiġġieri jkunu jaf l-intitolamenti tagħhom.

Għal kull problema potenzjali, l-applikazzjoni tispjega d-drittijiet tal-passiġġieri. Pereżempju, jekk titjira tkun ikkanċellata u konsegwentement il-passiġġieri jiġu miċħuda l-imbarkazzjoni, huma jistgħu jkunu intitolati għal kumpens ta' bejn EUR 125 u EUR 600. Jekk lill-bagalji tiegħek tiġrilhom il-ħsara minħabba inċident, tista' tkun ukoll intitolat għall-kumpens. Tajjeb li wieħed ikun jaf li kumpaniji ferrovjarji u dawk tal-ajru huma obbligati li jipprovdu informazzjoni trasparenti dwar il-prezz u jassistu lill-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa.

Jekk tħoss li d-drittijiet tiegħek ma ġewx irrispettati, l-applikazzjoni tipprovdi wkoll informazzjoni dwar lil min għandek tikkuntattja sabiex tressaq ilment.

Matul emerġenza fuq skala kbira bħal dik esperjenzata fl-2010, wara l-kriżi tal-irmied volkaniku fl-Islanda, l-applikazzjoni tista’ turi wkoll informazzjoni dwar il-vjaġġ u toffri pariri mill-Kummissjoni Ewropea.

L-applikazzjoni hija parti minn kampanja tal-Kummissjoni Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier disponibbli għalik:

L-utenti kollha tal-ismartphones ser ikunu jistgħu jaċċessaw il-paġni li jitniżżlu mill-internet għall-apparati kollha permezz tal-kodiċi QR:

Għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, ara http://ec.europa.eu/transport/passenger-rights/mt/index.html

Kuntatti :

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site