Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2012

Aġenda Diġitali: Tislima lill-prezzijiet eċċessivi tal-internet mobbli mill-1 ta' Lulju; se jonqsu wkoll il-prezzijiet tat-telefonati u tal-SMS

Mill-1 ta' Lulju 2012, se jkun ħafna rħas li wieħed juża l-internet mobbli biex jaċċessa mapep, vidjows, ritratti, netwerks soċjali u e-mail waqt li jkun qed jivvjaġġa fi Stati Membri oħra tal-UE. Permezz ta’ regolament ġdid tal-UE, għall-ewwel darba, se jkun hemm tariffa massima għar-"roaming tad-dejta", jiġifieri t-tniżżil ta' dejta mill-internet meta wieħed juża konnessjoni bil-mowbajl. Ir-regoli tar-roaming tad-dejta se jfissru ffrankar ta' aktar minn EUR 1000 fis-sena għal persuna tipika li tivvjaġġa fuq xogħol fl-UE. Familja li tagħmel btala annwali f'pajjiż ieħor tal-UE tista’ tistenna li se tiffranka mill-inqas EUR 200. (Id-dettalji sħaħ ta' dawn l-istudji ta' każijiet li jikkonċernaw ir-roaming tad-dejta jinsabu fl-Anness II). Ir-regoli l-ġodda se jnaqqsu wkoll il-prezzijiet massimi għat-telefonati u l-messaġġi.

Kumplessivament, ir-regolament imtejjeb tal-UE dwar ir-roaming – li jqis it-telefonati, il-messaġġi u d-dejta – se jwassal għal iffrankar għall-konsumatur ta' 75%, meta mqabbel mal-prezzijiet tal-2007, f'firxa wiesgħa ta' servizzi tar-roaming bil-mowbajl. Din is-sena, l-Ewropej se jonfqu madwar EUR 5 biljun fuq servizzi tar-roaming, iffrankar ta' madwar EUR 15 biljun meta mqabbel mal-prezzijiet qabel ma l-ewwel regolament tal-UE dwar ir-roaming sar liġi fl-2007.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Neelie Kroes, qalet: "Il-limiti fuq il-prezzijiet tad-dejta jfissru li għandna roaming għall-ġenerazzjoni tal-ismartphone. Dan se jwaqqaf darba għal dejjem il-prezzijiet eċċessivi tar-roaming fl-UE. Huwa ta' pjaċir għalija li sena wara sena l-Unjoni Ewropea qed tqiegħed il-flus lura fil-bwiet iċ-ċittadini."

Il-prezzijiet massimi ġodda li l-utenti tal-mowbajl se jħallsu mill-1 ta' Lulju 2012 huma:

  • biex tagħmel telefonata, 29 ċenteżmu kull minuta, VAT mhux inkluża

  • biex tirċievi telefonata, 8 ċenteżmi kull minuta, VAT mhux inkluża

  • biex tibgħat messaġġ, 9 ċenteżmi, VAT mhux inkluża

  • għat-tniżżil ta' dejta jew għall-ibbrawżjar fuq l-internet waqt l-ivvjaġġar barra l-pajjiż (ħlas impost għal kull kilobyte użat), 70 ċenteżmu kull megabyte (MB), VAT mhux inkluża.

F'Lulju 2009, it-tniżżil tad-dejta kien jiswa aktar minn EUR 4 għal kull megabyte minn bosta operaturi – issa dawk il-prezzijiet se jkunu sitt darbiet orħos. Sal-2014, hekk kif il-prezzijiet jitnaqqsu aktar, l-ispiża massima għat-tniżżil tad-dejta se tkun biss ta' 20 ċenteżmu għal kull megabyte, VAT mhux inkluża, li jfisser iffrankar ta' 90 % fuq bosta rati attwali.

L-operaturi huma liberi li joffru rati rħas. Il-limiti fuq il-prezzijiet huma livell massimu li jaġixxi bħala salvagwardja u l-kompetizzjoni għandha tkompli tniżżilhom.

Ukoll, sa mill-1 ta' Lulju 2012, sabiex jiġu evitati "il-kontijiet ta' dejta li jaħsdu", il-klijenti li jkunu qed jivvjaġġaw f'pajjiżi mhux tal-UE se jibdew jirċievu twissija permezz ta’ messaġġ, e-mail jew pop-up window hekk kif joqorbu l-ammont ta’ EUR 50 għat-tniżżil ta’ dejta li jkunu għamlu, jew l-ammont prestabbilit fil-ftehim tagħhom. Imbagħad il-konsumaturi se jkollhom jikkonfermaw li huma lesti jaqbżu dan il-livell sabiex ikomplu r-roaming tad-dejta tagħhom. Dan jestendi s-sistema ta' twissija attwalment fis-seħħ fl-UE.

Il-miżuri li se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju huma l-ewwel pass fit-tnaqqis progressiv fil-limiti tal-prezzijiet, li eventwalment iwasslu għal sistema ġdida li se tintroduċi fis-suq għażla, kompetizzjoni u servizzi ġodda kbar tar-roaming billi jħallu lill-konsumaturi jagħżlu kuntratt separat tar-roaming qabel isiefru jew jagħżlu fornitur fid-destinazzjoni tagħhom, simili għall-mod kif jagħżlu netwerk tal-Wi-Fi. Din l-għażla se tkun possibbli mill-1 ta' Lulju 2014.

Sfond

L-UE introduċiet limiti fuq il-prezzijiet tar-roaming għall-ewwel darba fl-2007 (IP/07/870), li jiżguraw li l-abbonati tal-mowbajl iħallsu tariffi tar-roaming simili fl-UE kollha. F'Lulju tal-2009, ġew adottati regolamenti riveduti li jnaqqsu aktar il-prezzijiet tar-roaming bir-rati, u b'hekk, sa Lulju 2011, il-prezzijiet massimi tar-roaming kienu 35 ċenteżmu kull minuta meta wieħed jagħmel telefonati u 11-il ċenteżmu kull minuta meta wieħed jirċievi telefonati meta jkun imsiefer (ara IP/09/1064 u MEMO/09/309). Ir-regoli tar-roaming tal-2009 huma applikabbli sal-aħħar ta' Ġunju 2012.

Għal aktar tagħrif

Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-roaming

Il-websajt tal-Aġenda Diġitali

Il-websajt ta’ Neelie Kroes

Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter

Kuntatti:

Ryan Heath (+32 2 296 17 16), Twitter: @ECspokesRyan

Linda Cain (+32 2 299 90 19)

Anness I

Limiti ġodda fuq il-prezzijiet bl-imnut f'ċenteżmi tal-ewro (VAT mhux inkluża)

L-1 ta' Lulju 2012

l-1 ta' Lulju 2013

L-1 ta' Lulju 2014

Dejta (kull MB)

70 ċenteżmu

45 ċenteżmu

20 ċenteżmu

Telefonati magħmula (kull minuta)

29 ċenteżmu

24 ċenteżmu

19-il ċenteżmu

Telefonati riċevuti (kull minuta)

8 ċenteżmi

7 ċenteżmi

5 ċenteżmi

SMS (kull SMS)

9 ċenteżmi

8 ċenteżmi

6 ċenteżmi

Limiti ġodda fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa, VAT mhux inkluża f'ċenteżmi tal-ewro (fuq prezzijiet li jintalbu mill-operaturi lil xulxin)

L-1 ta' Lulju 2012

l-1 ta' Lulju 2013

L-1 ta' Lulju 2014

Dejta (kull MB)

25 ċenteżmu

15-il ċenteżmu

5 ċenteżmi

Telefonati (kull minuta)

14-il ċenteżmu

10 ċenteżmi

5 ċenteżmi

SMS (kull SMS)

3 ċenteżmi

2 ċenteżmi

2 ċenteżmi

Il-limiti proposti fuq il-prezzijiet bl-imnut iservu biss bħala salvagwardja għall-konsumaturi, filwaqt li l-Kummissjoni tistenna li l-miżuri strutturali proposti biex isaħħu l-kompetizzjoni għandhom iwasslu għal offerti innovattivi pan-Ewropej u prezzijiet irħas, li jkunu ħafna iktar baxxi mil-limiti ta' salvagwardja

Anness II

Iffrankar fuq id-dejta

Eżempju 1

Familja ta' 4 tmur ir-Renju Unit għall-Olimpjadi ta' Londra għal ġimgħa u tuża smartphone. Prezzijiet medji tal-UE:

Sajf 2009

Sajf 2012

Iffrankar

1 MB

Prezz medju tal-UE EUR 3 + 19.8% medja tal-VAT (EUR 3.594)

70 ċenteżmu

+ 21% medja tal-VAT (EUR 0.847)

Użu ta' mappa għal 7 darbiet (1 MB għal kull mappa)

25.16

€ 5.93

€ 19.23

Użu ta' netwerks soċjali kuljum għal 45 minuta (+/- 7.5 MB kuljum, total ta' 52.5 MB)

€ 188.69

€ 44.47

€ 144.22

2 ritratti mtellgħin kuljum (+/- 2 MB għal kull ritratt)

€ 100.63

€ 23.72

€ 76.91

2 e-mails mibgħuta kuljum (+/- 20 KB għal kull e-mail, total ta' 0.28 MB)

€ 1.01

€ 0.24

€ 0.77

Totali

€ 315.49

€ 74.36

€ 241.13

Eżempju 2

Familja ta' 4 mill-Ġermanja jew mill-Italja tmur ir-Renju Unit għall-Olimpjadi ta' Londra għal ġimgħa u tuża smartphone:

Sajf 2009

Sajf 2012

Iffrankar

1 MB

Prezz medju EUR 5.85 VAT inkluża

70 ċenteżmu

 + 20% medja tal-VAT (EUR 0.84)

Użu ta' mappa għal 7 darbiet (1 MB għal kull mappa)

€ 40.95

€ 5.88

€ 35.07

Użu ta' netwerks soċjali kuljum għal 45 minuta (+/- 7.5 MB kuljum, total ta' 52.5 MB)

€ 307.13

€ 44.1

€ 263.03

2 ritratti mtellgħin kuljum (+/- 2 MB għal kull ritratt)

€ 163.80

€ 23.52

€ 140.28

2 e-mails mibgħuta kuljum (+/- 20 KB għal kull e-mail, total ta' 0.28 MB)

€ 1.64

€ 0.24

€ 1.40

Totali

€ 513.52

€ 73.74

€ 439.78

Eżempju 3

Raġel/Mara Finlandiż/a jew Pollakk/a imur/tmur ir-Renju Unit għall-Olimpjadi ta' Londra għal 3 ijiem u juża/tuża l-ismartphone tiegħu/tagħha:

Sajf 2009

Sajf 2012

Iffrankar

1 MB

Prezz medju EUR 3.5 VAT inkluża

70 ċenteżmu + 23% tal-VAT (EUR 0.861)

Użu ta' 3 mapep għal kull vjaġġ (1 MB għal kull mappa)

€ 10.5

€ 2.58

€ 7.92

Użu ta' netwerks soċjali kuljum għal nofs siegħa (+/- 5 MB, total ta' 15 MB)

€ 52.50

€ 12.92

€ 39.58

Ritratt wieħed imtella' kuljum (+/- 2 MB għal kull ritratt)

€ 21

€ 5.17

€ 15.83

Totali

€ 84

€ 20.67

€ 63.33

Eżempju 4

Persuna mir-Renju Unit li tmur Franza jew il-Ġermanja fuq xogħol 10 darbiet fis-sena għal 3 ijiem kull darba, u tuża l-ismartphone tagħha b'dan il-mod:

Sajf 2009

Sajf 2012

Iffrankar

1 MB

Prezz medju +/- EUR 6 VAT inkluża

70 ċenteżmu

+ 20% tal-VAT (EUR 0,84)

Użu ta' 3 mapep għal kull vjaġġ (1 MB għal kull mappa)

€ 180

€ 25.20

€ 154.80

Użu ta' netwerks soċjali kuljum għal nofs siegħa (+/- 5 MB)

€ 900

€ 126

€ 774

10 e-mails mibgħuta kuljum (+/- 100 KB għal kull email / 1 MB kuljum)

€ 180

€ 25.20

€ 154.80

Totali

€ 1260

€ 176.40

€ 1083.60


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website